02019R2123 — MT — 01.01.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2123

tal-10 ta’ Ottubru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 321 12.12.2019, p. 64)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2305 tal-21 ta’ Ottubru 2021

  L 461

5

27.12.2021




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2123

tal-10 ta’ Ottubru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

1.  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-każijiet u l-kundizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu:

(a) 

verifiki identitarji u verifiki fiżiċi f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq:

(i) 

il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra msemmija fl-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u l-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra soġġetti għal miżura ta’ emerġenza prevista fl-atti adottati f’konformità mal-Artikoli 28(1), 30(1), 40(3), 41(3), 49(1), 53(3) u 54(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

▼M1

(ia) 

kunsinni tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra msemmija fil-punt (i) li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

▼M1

(ii) 

kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġetti għall-miżuri previsti mill-atti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, inklużi dawk li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848;

(b) 

kontrolli dokumentarji mill-bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq kunsinni ta’:

(i) 

il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fl-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(ii) 

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-punt (i) li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.

▼B

2.  

L-awtoritajiet kompetenti li jinsabu ’l bogħod mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inkluż f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u f’punt tad-dħul fl-Unjoni, għandhom iwettqu l-operazzjonijiet matul u wara l-verifiki dokumentarji, identitarji u fiżiċi f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/2130 ( 3 ).

▼M1

Artikolu 1a

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“kontrolli tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf” tfisser il-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625;

2. 

“kontrolli fitosanitarji” tfisser il-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (g) tar-Regolament (UE) 2017/625;

3. 

“kontrolli organiċi” tfisser il-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 ( 4 ).

▼B

Kapitolu I

Verifiki identitarji u verifiki fiżiċi mwettqa f’punti ta’ kontroll li ma jkunux il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri

Artikolu 2

Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

1.  

►M1  Il-kontrolli fiżiċi u tal-identità għall-verifika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, is-sikurezza tal-għalf u dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti jistgħu jitwettqu f’punt ta’ kontroll li ma jkunx post ta’ kontroll fuq il-fruntiera meta japplikaw il-kundizzjonijiet: ◄

(a) 

l-operatur, meta jagħti n-notifika minn qabel f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, jew l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fid-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (“CHED”) ikunu indikaw il-punt ta’ kontroll fejn iridu jitwettqu l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi;

(b) 

l-eżitu tal-verifiki dokumentarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkun sodisfaċenti;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu rreġistraw fis-CHED l-awtorizzazzjoni tagħhom għat-trasferiment tal-kunsinna lejn il-punt ta’ kontroll;

(d) 

qabel ma l-kunsinna titlaq mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-operatur ikun innotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll fejn ikunu jridu jsiru l-verifiki identitarji u fiżiċi, il-ħin mistenni tal-wasla tal-kunsinna u l-mezz tat-trasport billi jimla u jissottometti CHED separat fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (“IMSOC”);

(e) 

l-operatur ikun ittrasporta l-kunsinna mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sal-punt ta’ kontroll taħt superviżjoni doganali mingħajr ma l-oġġetti jinħattu matul it-trasport;

(f) 

l-operatur ikun żgura li l-kunsinna tkun akkumpanjata sal-punt ta’ kontroll b’kopja tas-CHED imsemmi fil-punt (c), f’format fuq karta jew f’format elettroniku;

(g) 

l-operatur ikun żgura li:

(i) 

il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra msemmija fl-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 u l-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra soġġetti għal miżura ta’ emerġenza prevista fl-atti adottati f’konformità mal-Artikoli 28(1), 30(1), 40(3), 41(3), 49(1), 53(3) u 54(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031 u l-kunsinni ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali msemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, ikunu akkumpanjati sal-punt ta’ kontroll minn kopja awtentikata taċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, maħruġa f’konformità mal-Artikolu 50(2) ta’ dak ir-Regolament;

(ii) 

il-kunsinni ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali soġġetti għall-miżuri previsti mill-atti msemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 ikunu akkumpanjati sal-punt ta’ kontroll b’kopja awtentikata tar-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, maħruġa f’konformità mal-Artikolu 50(2) ta’ dak ir-Regolament.

(h) 

l-operatur ikun indika n-numru ta’ referenza tas-CHED imsemmi fil-punt (c) fid-dikjarazzjoni doganali mressqa lill-awtoritajiet doganali għall-finijiet tat-trasferiment tal-kunsinna fil-punt ta’ kontroll u jkun żamm kopja ta’ dak is-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali kif imsemmi fl-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

2.  
Ir-rekwiżit għall-kopja awtentikata msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-paragrafu 1(g) li takkumpanja l-kunsinna ma għandux japplika meta ċ-ċertifikati uffiċjali rispettivi jew ir-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju jkunu ġew sottomessi fl-IMSOC mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew ikunu ttellgħu fl-IMSOC mill-operatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu vverifikaw li jikkorrispondu għaċ-ċertifikati oriġinali jew għar-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.
3.  

Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tiġġestixxi sistema nazzjonali eżistenti li tirreġistra r-riżultati tal-verifiki dokumentarji, identitarji u dawk fiżiċi, il-punti (d) u (h) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-kunsinni li jitilqu mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn punt ta’ kontroll fi ħdan l-istess Stat Membru, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni dwar il-ħin mistenni tal-wasla tal-kunsinna fil-punt ta’ kontroll u dwar it-tip ta’ mezz tat-trasport tkun disponibbli fis-sistema nazzjonali eżistenti;

(b) 

is-sistema nazzjonali eżistenti tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

tiżgura l-informazzjoni f’waqtha tal-awtoritajiet doganali u tal-operatur dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u tal-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera dwar il-wasla tal-kunsinna fil-punt ta’ kontroll,

(ii) 

tiskambja data elettronika mal-IMSOC, inkluż informazzjoni dwar ir-rifjuti tal-kunsinni u informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni ċara ta’ kull kunsinna, bħal pereżempju permezz ta’ numru ta’ referenza uniku,

(iii) 

tiżgura li l-finalizzazzjoni tas-CHED imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 tista’ sseħħ biss wara l-iskambju tad-data elettronika u l-konferma mill-IMSOC.

▼M1

4.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali li ġejjin f’punt ta’ kontroll indikat fiċ-CHED għajr il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, sakemm tkun ġiet immarkata l-kaxxa tal-immarkar “il-kunsinna ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera” fil-kaxxa 30 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 (“ċertifikat ta’ spezzjoni”):

(a) 

kontrolli fitosanitarji fil-forma ta’ verifiki tal-identità u fiżiċi fir-rigward ta’ kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(1), punt (a)(ia), ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

kontrolli tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fil-forma ta’ verifiki fiżiċi u tal-identità fir-rigward ta’ kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a)(ii), ta’ dan ir-Regolament li huma soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.

Artikolu 2a

Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità f’punti ta’ kontroll li mhumiex postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fir-rigward ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848

1.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu l-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità fir-rigward ta’ kunsinni tal-pjanti, fuq il-prodotti mill-pjanti u fuq l-oġġetti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a)(ia), u fuq kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1), punt (a)(ii), li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, f’punt ta’ kontroll indikat fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għajr il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-punt ta’ kontroll fejn għandhom jitwettqu l-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità jkun ġie indikat fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni mill-operatur responsabbli mill-kunsinna meta tingħata notifika minn qabel skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 ( 6 ) inkella mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera;

(b) 

l-eżitu tal-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli dokumentarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ikun sodisfaċenti;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu rreġistraw fil-kaxxa 26 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni l-awtorizzazzjoni tagħhom li jittrasferixxu l-kunsinna lejn il-punt ta’ kontroll;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu rreġistraw fiċ-CHED l-awtorizzazzjoni tagħhom li jittrasferixxu l-kunsinna lejn punt ta’ kontroll għall-kontrolli tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità jew għal kontrolli fitosanitarji fil-forma ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi, kif xieraq;

(e) 

qabel ma titlaq mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera l-kunsinna, l-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-kontrolli organiċi tinforma lill-awtorità kompetenti fil-punt ta’ kontroll responsabbli mill-kontrolli organiċi tal-wasla tal-kunsinna billi tippreżenta ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fis-Sistema ta’ Kontroll u Esperti tal-Kummerċ (TRACES);

(f) 

l-operatur ikun ittrasporta l-kunsinna mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sal-punt ta’ kontroll taħt superviżjoni doganali mingħajr ma jinħattu l-oġġetti matul it-trasport;

(g) 

l-operatur ikun żgura li l-kunsinni tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a)(ia), u ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a)(ii), li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, ikunu akkumpanjati sal-punt ta’ kontroll minn kopja awtentikata taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni;

(h) 

l-operatur ikun indika n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fid-dikjarazzjoni doganali ppreżentata lill-awtoritajiet doganali għall-finijiet tat-trasferiment tal-kunsinna lejn il-punt ta’ kontroll u jkun żamm kopja ta’ dak iċ-ċertifikat għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali kif imsemmi fl-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.  
Ir-rekwiżit li kopja awtentikata taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (g), trid takkumpanja l-kunsinna ma għandux japplika meta dak iċ-ċertifikat ikun inħareġ fi TRACES mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll fil-pajjiż terz f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306 jew imtella’ fi TRACES mill-operatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu kkontrollaw li din tikkorrispondi maċ-ċertifikat oriġinali ta’ spezzjoni.

▼B

Artikolu 3

Verifiki identitarji u fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ikel u għalf li ma joriġinawx mill-annimali mwettqa f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

1.  

►M1  Il-kontrolli tal-identità u l-kontrolli fiżiċi fuq kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a)(ii), jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, meta tapplika waħda minn dawn li ġejjin:: ◄

(a) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera biex il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu fil-punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna, u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jawtorizzaw it-trasferiment tal-kunsinna lejn dak il-punt ta’ kontroll;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu ddeċidew li l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu fil-punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna u l-operatur ma joġġezzjonax għal din id-deċiżjoni.

2.  

Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jekk tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif imsemmi fil-paragrafu 1(a),

(b) 

l-operatur joġġezzjona għad-deċiżjoni li l-kunsinna tiġi trasferita lejn il-punt ta’ kontroll kif imsemmi fil-paragrafu 1(b).

▼M1

3.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu l-kontrolli fiżiċi u tal-identità fuq kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punt (a)(ii), li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, f’punt ta’ kontroll li ma jkunx post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, meta, minbarra waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab it-trasferiment lejn punt ta’ kontroll kemm għall-kontrolli tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità u għall-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità;

(b) 

f’każ li l-kunsinna tintgħażel mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kemm għall-kontrollii tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità kif ukoll għall-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu awtorizzaw jew iddeċidew tali trasferiment, kif xieraq, fir-rigward ta’ dawk il-kontrolli kollha. Dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu fl-istess punt ta’ kontroll, li jrid jiġi deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti fil-kunsinna u li jrid ikun jinsab fl-Istat Membru fejn il-kunsinna trid tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

4.  
Meta l-kunsinni jiġu ttrasferiti lejn punt ta’ kontroll skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-kontrolli tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf għandhom jirreġistraw it-trasferiment fiċ-CHED u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli għall-verifiki organiċi għandhom jirreġistraw it-trasferiment fiċ-ċertifikat tal-ispezzjoni.

▼B

Artikolu 4

Verifiki identitarji u fiżiċi fuq pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mwettqa f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

1.  

Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq il-kunsinni ta’:

(a) 

pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-Artikoli 72(1) u 74(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031,

(b) 

pjanti, prodotti tal-pjanti, u oġġetti oħra soġġetti għal miżura ta’ emerġenza prevista fl-atti adottati skont l-Artikoli 28(1), 30(1), 40(3), 41(3), 49(1), 53(3) u 54(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031,

▼M1

(c) 

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-punti (a) u (b) li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.

▼B

2.  

Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera meta tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera biex il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu f’punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna, u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jawtorizzaw it-trasferiment tal-kunsinna lejn dak il-punt ta’ kontroll;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu ddeċidew li l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jitwettqu f’punt ta’ kontroll, li jkun ġie deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti ta’ dik il-kunsinna u l-operatur ma joġġezzjonax għal din id-deċiżjoni.

3.  

Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jekk tkun tapplika xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif imsemmi fil-paragrafu 2(a),

(b) 

l-operatur joġġezzjona għad-deċiżjoni li l-kunsinna tiġi trasferita fil-punt ta’ kontroll kif imsemmi fil-paragrafu 2(b).

▼M1

4.  

Fir-rigward tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), il-kontrolli tal-identità u dawk fiżiċi jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f’punt ta’ kontroll li ma jkunx post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, meta, minbarra waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, japplika dan li ġej:

(a) 

l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab it-trasferiment għal punt ta’ kontroll kemm għall-kontrolli fitosanitarji fil-forma ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi, kif ukoll għall-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi;

(b) 

f’każ li l-kunsinna tintgħażel mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kemm għall-kontrolli fitosanitarji fil-forma ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi kif ukoll għall-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu awtorizzaw jew iddeċidew tali trasferiment, skont kif jixraq, fir-rigward ta’ dawk il-kontrolli kollha. Dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu fl-istess punt ta’ kontroll, li jrid jiġi deżinjat għall-kategorija ta’ oġġetti fil-kunsinna u li jrid ikun jinsab fl-Istat Membru fejn il-kunsinna trid tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

5.  
Meta l-kunsinni jiġu ttrasferiti lejn punt ta’ kontroll f’konformità mal-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-kontrolli fitosanitarji għandhom jirreġistraw it-trasferiment fiċ-CHED u l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-kontrolli organiċi għandhom jirreġistraw it-trasferiment fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.

▼B

Artikolu 5

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

1.  
Il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi jistgħu jitwettqu f’punt ta’ kontroll għall-kunsinni msemmija fl-Artikolu 4(1) bil-kundizzjoni li l-operatur ikun żgura li l-imballaġġ jew il-mezz tat-trasport tal-kunsinni jkunu magħluqa jew issiġillati b’mod li, matul it-trasferiment tagħhom lejn il-punt ta’ kontroll ma jkunux jistgħu jikkawżaw l-infestazzjoni jew l-insfezzjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti tal-pjanti jew ta’ oġġetti oħra bil-pesti elenkati bħala pesti tal-kwarantina fl-Unjoni jew bħala pesti regolati li mhumiex ta’ kwarantina fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 5(2) u 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 u, fil-każ taż-żoni protetti, bil-pesti rispettivi inklużi fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 32(3) ta’ dak ir-Regolament.
2.  

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul jistgħu jippermettu li l-imballaġġi jew il-mezzi tat-trasport tal-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ma jingħalqux jew ma jiġux ssiġillati, meta japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kunsinna tkun tikkonsisti minn injam tal-koniferi mkabbar jew prodott f’żona ġeografika ta’ pajjiż terz fejn dak il-pajjiż terz jaqsam fruntiera tal-art mal-Istat Membru li tkun responsabbli minnu l-awtorità kompetenti u fejn ikun hemm informazzjoni li l-injam ikollu l-istess status fitosanitarju f’dak il-pajjiż terz u f’dak l-Istat Membru,

(b) 

il-kunsinni tal-injam tal-koniferi jiġu trasportati f’punt ta’ kontroll li jkun jinsab fl-istess Stat Membru bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul,

(c) 

il-kunsinni tal-injam tal-koniferi ma jippreżentawx riskju speċifiku ta’ tixrid ta’ pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, jew ta’ pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, waqt it-trasport lejn il-punt ta’ kontroll,

(d) 

qabel ma jħalli t-territorju ta’ dak l-Istat Membru, l-awtorità kompetenti tiżgura li dak l-injam jiġi pproċessat b’mod li l-injam ma jirrappreżentax riskju fitosanitarju.

3.  

L-Istati Membri li jsegwu d-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 għandhom:

(a) 

jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar iż-żona kkonċernata tal-pajjiż terz u dwar l-istatus fitosanitarju ta’ din iż-żona;

(b) 

kull sena jissottomettu rapport bil-volum u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-injam tal-koniferi kkonċernat.

Artikolu 6

Operazzjonijiet matul u wara l-verifiki identitarji u fiżiċi f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

1.  
Wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu awtorizzaw jew iddeċidew dwar it-trasferiment tal-kunsinna fil-punt ta’ kontroll indikat fis-CHED, l-operatur responsabbli mill-kunsinna ma għandux jippreżenta l-kunsinna għall-verifiki identitarji u fiżiċi f’punt ta’ kontroll differenti minn dak indikat fis-CHED, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ma jawtorizzawx it-trasferiment tal-kunsinna għal punt ta’ kontroll ieħor, f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 4(2).
2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll għandhom jikkonfermaw il-wasla tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera billi jimlew is-CHED imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a) fl-IMSOC.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll għandhom jiffinalizzaw is-CHED separat imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) jew meta japplika l-Artikolu 2(3), is-CHED imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), billi jirreġistraw fih l-eżitu tal-verifiki identitarji u tal-verifiki fiżiċi u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-kunsinna meħuda skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625.
4.  
L-operatur għandu jipprovdi n-numru ta’ referenza tas-CHED iffinalizzat imsemmi fil-paragrafu 3 fid-dikjarazzjoni doganali li titressaq lill-awtoritajiet doganali għall-kunsinna u għandu jżomm kopja ta’ dak is-CHED għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali bħala dokument ta’ sostenn kif imsemmi fl-Artikolu 163 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
5.  

Meta, fi żmien 15-il jum minn dak li fih ġie awtorizzat it-trasferiment ta’ kunsinna lejn il-punt ta’ kontroll, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ma jkunux għadhom irċevew il-konferma tal-wasla tal-kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll, dawn għandhom:

(a) 

jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll jekk il-kunsinna tkunx waslet fil-punt ta’ kontroll;

(b) 

meta l-verifika prevista fil-punt (a) turi li l-kunsinna ma tkunx waslet fil-punt ta’ kontroll, jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra msemmija fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 bil-fatt li ma jkunux irċevew il-konferma tal-wasla tal-kunsinna fid-destinazzjoni;

(c) 

iwettqu investigazzjoni ulterjuri biex jiddeterminaw fejn jinsabu eżatt l-oġġetti b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra kif imsemmi fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

▼M1

6.  

Fir-rigward ta’ kunsinni ttrasferiti lejn punt ta’ kontroll għat-twettiq ta’ kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi, l-awtoritajiet kompetenti tal-punt ta’ kontroll għandhom:

(a) 

jikkonfermaw il-wasla tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-kontrolli organiċi permezz ta’ TRACES;

(b) 

fiċ-ċertifikat tal-ispezzjoni jirreġistraw l-eżitu tal-kontrolli organiċi fil-forma ta’ kontrolli tal-identità u fiżiċi u jirreġistraw id-deċiżjoni dwar il-kunsinna f’konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.

▼B

Kapitolu II

Verifiki tad-dokumenti mwettqa ’l bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

Artikolu 7

Verifiki tad-dokumenti fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mwettqa ’l bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

▼M1

Il-kontrolli tad-dokumenti fuq il-kunsinni tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b), li jidħlu fl-Unjoni, jistgħu jitwettqu minn waħda minn dawn li ġejjin:

▼B

(a) 

meta il-kunsinni jaslu f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu jinsabu ’l bogħod mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’punt ta’ kontroll li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, bil-kundizzjoni li jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla tal-kunsinna;

(b) 

meta l-kunsinni jkunu soġġetti għal kontroll b’inqas frekwenza kif stabbilit fir-regoli msemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 u jaslu f’punt tad-dħul li ma jkunx il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul fl-Unjoni.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ verifiki dokumentarji fuq il-kunsinni ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra mwettqa ’l bogħod minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

1.  

It-twettiq tal-verifiki dokumentarji msemmija fl-Artikolu 7 għandu jkun soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 għandhom iwettqu verifiki dokumentarji fuq:

(i) 

iċ-ċertifikati uffiċjali u r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju mtellgħa fl-IMSOC mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla tal-kunsinna,

(ii) 

iċ-ċertifikati uffiċjali u r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju mtellgħa fl-IMSOC mill-operatur meta l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkunu ċċekkjaw li dawn jikkorrispondu maċ-ċertifikati oriġinali jew mar-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju,

(iii) 

iċ-ċertifikati uffiċjali u r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju sottomessi fl-IMSOC mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, jew

(iv) 

iċ-ċertifikati uffiċjali oriġinali, meta l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 jkunu parti mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera deżinjat kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 ( 7 ), jew

▼M1

(v) 

fir-rigward tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni msemmi fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2306;

▼B

(b) 

il-kunsinna ma għandhiex tiġi trasportata lejn il-punt ta’ kontroll għall-verifiki identitarji u fiżiċi mill-operatur mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sakemm l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7 ma jkunux infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera bir-riżultati sodisfaċenti tal-verifiki dokumentarji.

▼M1

2.  
Meta l-kunsinni tal-pjanti, tal-prodotti tal-pjanti u tal-oġġetti l-oħra jkunu jridu jiġu ttrasportati mill-operatur lejn punt ta’ kontroll biex jitwettqu l-kontrolli tal-identità u l-kontrolli fiżiċi, għandhom japplikaw l-Artikoli 2, 2a, 4 u 5.

▼B

3.  

Kunsinna ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra tista’ tiġi ttrasportata mill-operatur mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sal-punt ta’ kontroll biex jitwettqu l-verifiki dokumentarji, bil-kundizzjoni li l-punt ta’ kontroll ikun taħt is-superviżjoni tal-istess awtorità kompetenti bħall-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Kapitolu III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 9

Tħassir

1.  
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE hija mħassra b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2020.
2.  
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/313/UE u 2010/458/UE huma mħassra b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.

L-Artikoli 4(1)(a), 7 u 8 għandhom japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2020.

L-Artikolu 2(3) għandu japplika sat-13 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150 14.6.2018, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/2130 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu matul u wara l-verifiki dokumentarji, il-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi, fuq l-annimali u l-oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri (Ara paġna 128 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461, …, p. 13).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 6 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 461, xxx, p. 30).

( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1012 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidderoga mir-regoli dwar il-ħatra ta’ punti ta’ kontroll u mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 4).