|
13.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Novembru 2009
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9427)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/18/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u partikolarment it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jistabbilixxi li kriterji speċifiċi għal ekotikketta, ippreparati fuq il-bażi tal-kriterji fl-abbozzati mill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti. |
|
(2) |
Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ prodotti ‘kisi tal-injam tal-art’ għandu jinkludi kisi abbażi ta’ injam u pjanti: li jinkludi kisi tal-injam, art laminata, kisi tas-sufra u art tal-bambù li huma magħmula, għal aktar minn 90 % fil-massa (fil-prodott finali), minn injam, trab tal-injam u/jew materjal abbażi ta’ injam/pjanti. Dan ma japplikax għal kisi tal-ħajt, fejn hu indikat sew, jew kisi għall-użu estern jew għal kisi b’funzjoni strutturali.
Dan il-grupp ta’ prodotti mhux se jinkludi kisi ttrattat bi prodotti bijoċidali fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-produzzjoni, ħlief fejn dawk il-prodotti bijoċidali huma inklużi fl-Anness IA għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u fejn is-sustanza attiva hija awtorizzata għall-użu konċernat skont l-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.
Artikolu 2
Sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, kisi tal-injam tal-art irid jaqa’ fil-grupp ta’ prodotti ‘kisi tal-injam tal-art’ kif definit fl-Artikolu 1, u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Għal skopijiet ta’ amministrazzjoni, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art” għandu jkun “35”.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Dawn il-kriterji jimmiraw partikolarment biex jippromwovu:
|
— |
it-tnaqqis ta’ impatti fuq il-ħabitati u riżorsi assoċjati, |
|
— |
it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, |
|
— |
it-tnaqqis ta’ ħruġ ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ambjent, |
|
— |
it-tnaqqis tal-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-materjali u fil-prodotti lesti, |
|
— |
is-sikurezza u n-nuqqas ta’ riskju għas-saħħa fl-ambjent tal-għajxien, |
|
— |
informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur li juża l-prodott b’mod effiċjenti li jnaqqas l-impatt ambjentali globali. |
Il-kriterji huma stabbiliti f’livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-kisi li huwa prodott b’impatt ambjentali baxx.
Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.
Dan il-grupp ta’ prodotti jinkludi “Kisi tal-injam”, “Art laminata”, “Kisi tas-sufra” u “Art tal-bambù”;
Kisi tal-injam huwa “art tal-injam jew kisi tal-ħajt magħmul minn biċċa solida ta’ injam li għandha l-ġnub b’ħanek jew magħmula minn diversi folji ta’ injam inkullati flimkien f’pannell b’ħafna saffi. Kisi tal-injam jista’ jkun mhux lest, u ladarba jiġi installat jiġi xkatlat, u wara jitlesta fuq is-sit jew jitlesta minn qabel f’fabbrika.”
Il-kriterji għall-kisi tal-injam jistgħu japplikaw kemm għal kisi tal-ħajt u kemm għal kisi tal-art, jekk il-proċessi tal-produzzjoni jibqgħu l-istess, bl-użu tal-istess materjali u tal-istess metodi tal-manifattura. Il-kriterji huma stabbiliti għall-użu intern biss.
L-industrija li tipproduċi kisi tal-injam tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC 112.
Art laminata hija “kisi riġidu tal-art b’saff tal-wiċċ li jikkonsisti f’saff irqiq wieħed jew aktar magħmul minn materjal fibruż (normalment karta), mimli bir-reżina aminoplastika ssettjata bis-sħana (normalment melamina), ippressata jew mgħaqqda fuq sustrat, normalment jitlesta b’dahar”.
Il-kriterji għall-kisi tal-laminat jistgħu jiġu applikati biss għall-kisi tal-art u għall-użu fuq ġewwa.
L-industrija li tipproduċi kisi laminat tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC 134.
Kisi tas-sufra huwa kisi tal-art jew tal-ħajt li l-komponent prinċipali tiegħu hu s-sufra. Is-sufra mrammla hija mħallta ma’ preparazzjonijiet li jgħaqqdu, u wara jitnixxfu jew diversi saffi ta’ sufra (agglomerat/fuljetta) huma ppressati flimkien bil-kolla.
Il-kisi tas-sufra jista’ jkun maqsum f’madum ta’ Sufra Naturali (li l-komponent prinċipali tiegħu huwa sufra b’kompiżizzjoni agglomerata, maħsub biex jingħata finitura) u f’pannelli ta’ Engineered Cork (li jikkonsisti f’saffi diversi li jinkludu fajberbord li l-komponent prinċipali tiegħu huwa sufra agglomerata jew għandu s-sufra bħala soluzzjoni teknika, maħsub biex jintuża b’saff ta’ finitura tal-użu).
Il-kriterji għall-kisi tas-sufra jistgħu japplikaw kemm għall-kisi tal-ħajt u kemm għall-kisi tal-art, jekk il-proċessi tal-produzzjoni jibqgħu l-istess, bl-użu tal-istess materjali u l-istess metodi tal-manifattura. Il-kriterji huma stabbiliti biss għall-użu fuq ġewwa biss.
L-industrija Ewropea tal-kisi tal-“sufra” tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC134.
Kisi tal-bambù tal-art huwa magħmul minn bambù f’biċċiet solidi jew f’agglomerati bħala komponent prinċipali.
Kriterji għall-kisi tal-bambù jistgħu japplikaw biss għall-kisi tal-art u għall-użu fuq ġewwa.
L-unità funzjonali, li għaliha għandhom jiġu relatati d-dħul u l-ħruġ, hija ta’ 1m2 ta’ prodott lest.
Fejn huwa xieraq, metodi tal-ittestjar oħra li mhumiex dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-Korp Kompetenti li qed jivvaluta l-applikazzjoni.
Fejn ikun possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji akkreditati kif xieraq jew laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ddikjarati fl-istandard EN ISO 17025.
Fejn huwa xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
KRITERJI GĦALL-KISI TAL-INJAM TAL-ART
1. MATERJA PRIMA
Is-sufra, il-bambù u l-injam verġni kollha għandhom joriġinaw minn foresti b’ġestjoni, sabiex jiġu implimentati l-prinċipji u l-miżuri maħsuba biex jiċċertifikaw il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.
1.1. Ġestjoni sostenibbli tal-foresti
Il-produttur għandu jkollu politika ta’ akkwist sostenibbli ta’ injam u sistema biex jittraċċa u jivverifika l-oriġini tal-injam u jsegwih minn mindu jkun għadu fil-foresti sa ma jasal fl-ewwel punt ta’ riċeviment.
L-oriġini tal-injam kollu għandha tkun dokumentata. Il-produttur irid jiżgura li l-injam kollu ġej minn sorsi legali. L-injam ma għandux jiġi minn żoni protetti jew żoni li qegħdin fil-proċess uffiċjali sabiex jiġu protetti, foresti li ilhom jikbru ħafna u foresti b’valur ta’ konservazzjoni għoli ħafna definiti fil-proċessi nazzjonali tal-partijiet interessati sakemm ma jkunx ċar li x-xiri, li sar skont ir-regolamenti tal-konservazzjoni nazzjonali.
|
— |
Sat-30 ta’ Ġunju 2011, għal prodotti tal-injam li jitpoġġew fis-suq bl-Ekotikketta, talanqas 50 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 20 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall-Unjoni Ewropea (1) [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati. |
|
— |
Mill-1 ta’ Lulju 2011, sal-31 ta’ Diċembru 2012 għal prodotti tal-injam bl-Ekotikketta li jitpoġġew fis-suq, talanqas 60 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 30 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall- Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati |
|
— |
Mill-1 ta’ Jannar 2013, għal prodotti tal-injam bl-Ekotikketta li jitpoġġew fis-suq, talanqas 70 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 40 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall- Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati |
Biex jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, l-applikant għandu juri li kull wieħed mill-prodotti tal-injam li għandhom Ekotikketta, meta jiġu introdotti fis-suq wara d-dati murija fil-kriterju ser jilħqu l-livell xieraq ta’ injam ċertifikat. Jekk dan ma jistax jintwera, il-korp kompetenti għandu joħroġ biss il-liċenzja tal-Ekotikketta għall-perjodu li għalih tista’ tintwera l-konformità. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa mill-fornitur tal-injam fejn jindika t-tipi, l-kwantitajiet u l-oriġini eżatta tal-injam użat fil-produzzjoni tal-kisi tal-art. L-applikant għandu jipprovdi ċertifikat(i) xieraq/xierqa li juri(u) li l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tissodisfa kif suppost ir-rekwiżiti kif stabbiliti fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall-Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali].
Materjal b’bażi ta’ injam tfisser materjal magħmul billi jitwaħħlu flimkien permezz ta’ sustanzi adeżivi u/jew kolla, wieħed jew aktar minn dawn il-materjali: fibri tal-injam, u/jew folji tal-injam bil-qoxra mneħħija jew imqaxxra, u/jew fdalijiet ta’ injam minn foresti, kultivazzjonijiet, injam maqtugħ, fdalijiet mill-industrija tal-polpa/karta, u/jew injam riċiklat. Materjali b’bażi ta’ injam jinkludu: ħardbord, fajberbord, fajberbord b’densità medja, ċippbord, OSB (Oriented Strand Board), plajwud, u pannelli ta’ injam solidu. It-terminu “materjal b’bażi ta’ injam” jirreferi wkoll għal materjali komposti magħmula minn pannelli abbażi ta’ injam miksija bi plastik, jew plastik laminat, jew metalli, jew materjali oħra tal-kisi u pannelli abbażi tal-injam lesti/semimanifatturati.
1.2. Materjali minn injam u pjanti riċiklati (għal art laminata u kisi tal-injam b’diversi saffi)
Injam post consumer, laqx jew fibri applikati matul il-produzzjoni ta’ materjali b’bażi tal-injam (input), għandu talanqas jikkonforma mad-dispożizzjonijiet fl-istandard tal-Industrija EPF, kif rapportat fil-paragrafu 6 tad-dokument “Standard EPF għall-kundizzjonijiet tal-kunsinna ta’ injam riċiklat” tal-24 ta’ Ottubru 2002.
L-ammont totali ta’ materjal riċiklat għandu jikkonforma mal-limiti indikati fit-tabella t’hawn taħt:
|
Elementi u komposti |
Valuri tal-limitu (mg/kg ta’ pannell totali xott) |
|
Arseniku |
25 |
|
Kadmju |
50 |
|
Kromju |
25 |
|
Ram |
40 |
|
Ċomb |
90 |
|
Merkurju |
25 |
|
Florina |
100 |
|
Kloru |
1 000 |
|
Pentachlorophenol (PCP) |
5 |
|
Żjut tal-qatran (benzo(a)pyrene) |
0,5 |
Għandha tingħata dikjarazzjoni li l-injam riċiklat jew materjali tal-pjanti jikkonformaw mal-valuri tal-limitu kif stabbiliti fit-test. Jekk jista’ jkun ippruvat li s-sustanzi indikati ma ntużaw fl-ebda preparazzjoni jew trattament preċedenti, l-applikazzjoni tat-test biex tintwera l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tista’ tiġi evitata.
1.3. Sustanzi tal-mili u preservanti
Art tal-injam ma għandhiex tkun mimlija b’xi sustanzi.
Injam solidu, wara l-qtugħ, ma għandux ikun ittrattat b’sustanzi jew preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma inklużi f’xi waħda minn dawn il-listi:
|
— |
Klassifika ta’ pestiċidi rakkomandata mill-WHO b’perikolu kklassifikat bħala klassi 1a (estremament perikoluż), |
|
— |
Klassifika ta’ pestiċidi rakkomandata mill-WHO b’perikolu kklassifikat bħala klassi 1b (perikoluż ħafna). |
Barra minn dan, it-trattament tal-injam għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (3).
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li turi l-konformità ma’ dan il-kriterju, lista ta’ sustanzi li ġew użati u dokument ta’ informazzjoni għal kull waħda minnhom.
1.4. Injam modifikat ġenetikament
Il-prodott ma għandux ikun fih injam OMĠ.
l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ntuża l-ebda injam OMĠ.
2. UŻU TA’ SUSTANZI PERIKOLUŻI
2.1. Sustanzi perikolużi għat-trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti
|
(a) |
L-ebda sustanza jew preparazzjoni li ngħataw, jew li jistgħu jingħataw fil-ħin tal-applikazzjoni, kwalunkwe waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom) ma jistgħu jiġu miżjuda mal-prodott tal-injam:
kif inhu stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 (id-Direttiva Dwar is-Sustanzi Perikolużi) rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi (4), u l-emendi sussegwenti tagħha, u b’kunsiderazzjoni għad-Direttiva 1999/45/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva Dwar il-Preparazzjonijiet Perikolużi). Alternattivament, il-klassifikazzjoni tista’ titqies skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (6). F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiġi miżjuda mal-materja prima li fiha, jew li tista’ tingħata fil-ħin tal-applikazzjoni kwalunkwe minn dawn id-dikjarazjonijiet ta’ periklu li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom): H300, H301, H310, H311, H317 H330, H331, H334, H351, H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, H360F, H360D, H361f, H361d H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341, H370, H372. |
|
(b) |
Il-prodott ma għandux ikun fih aġenti aloġenati organiċi li jgħaqqdu, azidirin u polyaziridins kif ukoll pigmenti u addittivi bbażati fuq:
|
2.2. Sustanzi perikolużi fil-kisi u t-trattamenti tal-wiċċ
Rekwiżiti ġeneriċi
|
(a) |
Ir-rekwiżiti tal-parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u ta’ pjanti għandu japplika wkoll għall-kisi u trattamenti tal-wiċċ. |
|
(b) |
Sustanzi kimiċi klassifikati bħala ta’ ħsara għall-ambjent mill-manifattur/fornitur kimiku skont is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-UE (it-28 Emenda għad-Direttiva 67/548/KEE) għandhom jikkonformaw ma’ dawn iż-żewġ limiti li ġejjin:
L-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenti li jappoġġjaw din id-dikjarazzjoni, li jinkludu:
Il-gradi standard ta’ effettività li ġejjin huma użati sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-prodott għat-trattament tal-wiċċ u tal-kwantità applikata: Apparat li jisprejja mingħajr riċiklaġġ 50 %, apparat li jisprejja b’riċiklaġġ 70 %, sprejjar elettrostatiku 65 %, sprejjar, qanpiena/diska 80 %, kisi bir-romblu 95 %, kisi komplut 95 %, kisi bil-vakwu 95 %, tgħaddis 95 %, tlaħliħ 95 %. |
|
(c) |
Il-kontenut ta’ formaldehyde liberu fi prodotti jew preparazzjonijiet użati fil-pannelli ma għandux jeċċedi ż-0,3 % fil-piż.
Il-kontenut ta’ formaldehyde liberu fi preparazzjonijiet li jgħaqqdu, sustanzi adeżivi u kolla għal pannelli tal-plajwud jew pannelli tal-injam laminat ma għandux jeċċedi ż-0.5 % fil-piż. l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet xierqa li jivverifikaw li r-rekwiżiti t’hawn fuq huma rispettati. Għall-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni għandha tiġi ppreżentata SDS jew dokumentazzjoni ekwivalenti li fiha l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-perikolu għas-saħħa. |
Sustanzi Adeżivi
|
(a) |
Ir-rekwiżiti tal-parti 2.1 dwar
Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti
għandhom japplikaw ukoll għas-sustanzi adeżivi.
l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet xierqa li jivverifikaw li r-rekwiżiti t’hawn fuq huma sodisfatti. Għal kull prodott kimiku użat fl-immuntar tal-prodott, għandha tiġi ppreżentata SDS jew dokumentazzjoni ekwivalenti li fiha l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-perikolu għas-saħħa. Rapporti tal-ittestjar jew dikjarazzjoni mill-fornitur għandhom jiġu ppreżentati għall-kontenut ta’ formaldehyde liberu. |
|
(b) |
Il-kontenut tal-VOC tas-sustanzi adeżivi użati fl-immuntar tal-prodott ma għandux jeċċedi l-10 % fil-piż (w/w).
dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-applikant fejn jindika s-sustanzi adeżivi kollha użati fl-immuntar tal-prodott, kif ukoll il-konformità ma’ dan il-kriterju. |
Formaldehyde
Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għal trattament tal-wiċċ li jilliberaw formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,05ppm.
l-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandu jipprovdi Dokument ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza tal-Materjal jew dikjarazzjoni ekwivalenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-formulazzjoni tat-trattament tal-wiċċ.
Plastiċizzanti
Ir-rekwiżiti ta’ parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti għandhom japplikaw ukoll għal xi ftalati użati fil-proċess tal-manifattura.
Barra minn dan, DNOP (ftalat di-n-octyl), DINP (ftalat di-isononyl), DIDP ((ftalat di-isodecyl) mhumiex permessi fil-prodott.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
Bijoċidi
Huma biss il-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi bijoċidali inklużi fl-Anness IA tad-Direttiva 98/8/KE, u awtorizzati għall-użu f’kisi tal-art, li huma permessi għall-użu.
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ta’ dan il-kriterju ġew sodisfatti, flimkien ma’ lista ta’ prodotti bijoċidali użati.
3. IL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI
3.1. Konsum tal-enerġija
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat bħall-enerġija tal-ipproċessar użata għall-produzzjoni tal-kisi.
L-enerġija tal-ipproċessar, ikkalkulata kif indikat fl-Appendiċi Tekniku, għandha teċċedi l-limiti li ġejjin (P = punt tal-iskor):
|
Familja tal-prodott |
Limitu (P) |
|
Art tal-injam u kisi tal-Bambù |
10,5 |
|
Kisi laminat tal-art |
12,5 |
|
Kisi tas-sufra |
9 |
l-applikant għandu jikkalkula l-konsum tal-Enerġija tal-proċess tal-produzzjoni skont l-istruzzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku, u jipprovdi r-riżultati relatati u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ.
3.2. Ġestjoni tal-iskart
L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar il-proċeduri adottati għall-irkuprar ta’ prodotti sekondarji li joriġinaw mill-proċess. L-applikant għandu jipprovdi rapport li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
it-tip u l-kwantità tal-iskart irkuprat, |
|
— |
it-tip tar-rimi, |
|
— |
informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid (internament jew esternament għall-proċess tal-produzzjoni) ta’ skart u materjali sekondarji fil-produzzjoni ta’ prodotti ġodda. |
l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa bbażata fuq, pereżempju, dokumenti tal-bilanċ tal-massa u/jew sistemi ta’ rappurtaġġ ambjentali li juru r-rati tal-irkuprar miksuba kemm esternament jew internament, pereżempju, permezz ta’ riċiklaġġ, użu mill-ġdid jew reklamazzjoni/riġenerazzjoni.
4. IL-FAŻI TAL-UŻU
4.1. Ħruġ ta’ sustanzi perikolużi
Il-ħruġ ta’ formaldehyde mill-pannelli tas-sufra, bambù jew fibri tal-injam li jikkostitwixxu l-kisi ma għandux jaqbeż iż-0,05 mg/m3.
l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa bbażata fuq test skont il-metodu ta’ chamber test skont il-metodu EN 717-1.
Komposti Organiċi Volatili (VOC)
Il-prodotti lesti ma għandhomx jeċċedu l-valuri ta’ emissjoni li ġejjin:
|
Sustanza |
Rekwiżit (wara 3 ijiem) |
|
Total ta’ komposti organiċi fil-firxa taż-żamma C6 – C16 (TVOC) |
0,25 mg/m3 arja |
|
Total ta’ komposti organiċi fil-firxa taż-żamma > C16 – C22 (TSVOC) |
0,03 mg/m3 arja |
|
Total VOC mingħajr LIC (*1) |
0,05 mg/m3 arja |
L-applikant għandu jippreżenta ċertifikat tal-ittestjar skont it-testijiet tal-emissjoni prEN 15052 jew EN ISO 16000-9.
5. IMBALLAĠĠ
L-imballaġġ għandu jkun magħmul minn wieħed minn dawn li ġejjin:
|
— |
materjal li faċilment jiġi riċiklat, |
|
— |
materjali meħuda minn riżorsi rinovabbli, |
|
— |
materjali maħsuba biex jerġgħu jintużaw. |
Deskrizzjoni tal-imballaġġ tal-prodott għandha tingħata mal-applikazzjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
6. L-ADEGWATEZZA GĦALL-UŻU
Il-prodott għandu jkun adegwat għall-użu. Din l-evidenza tista’ tinkludi informazzjoni minn ISO, CEN jew metodi għall-ittestjar ekwivalenti xierqa, bħal proċeduri nazzjonali.
dettalji tal-proċeduri tat-test u r-riżultati għandhom jiġu ppreżentati, flimkien ma’ dikjarazzjoni li l-prodott huwa adegwat għall-użu bbażata fuq l-informazzjoni l-oħra kollha dwar l-aqwa applikazzjoni mill-utent aħħari. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (8), prodott huwa meqjus bħala adegwat għall-użu jekk jikkonforma ma’ standard armonizzat, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika mhux armonizzata rikonoxxuta fuq livell Komunitarju. Il-marka tal-konformità tal-KE “KE” għall-prodotti tal-bini tipprovdi lill-produtturi b’attestazzjoni tal-konformità li tingħaraf faċilment u li tista’ titqies bħala suffiċjenti f’dan il-kuntest.
7. INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR
Il-prodott għandu jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għall-utent, li tipprovdi pariri dwar l-użu propju, flimkien mal-aqwa użu ġenerali u tekniku tal-prodott, kif ukoll il-manutenzjoni tiegħu. Dan għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fuq il-pakkett u/jew fuq dokumentazzjoni li tingħata mal-prodott:
|
(a) |
informazzjoni li l-prodott ingħata Ekotikketta tal-UE flimkien ma’ spjegazzjoni qasira imma speċifika dwar din xi tfisser, apparti l-informazzjoni ġenerali mogħtija fil-kaxxa 2 tal-lowgo; |
|
(b) |
rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni tal-prodott. Din l-informazzjoni għandha tenfasizza l-istruzzjonijiet rilevanti kollha partikolarment dawk li jirreferu għall-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti. Kif inhu xieraq, għandha ssir referenza għall-karatteristiċi tal-użu tal-prodott f’kundizzjonijiet diffiċli, pereżempju l-assorbiment tal-ilma, ir-reżistenza għat-tbajja’, ir-reżistenza għall-kimiki, it-tħejjija meħtieġa tal-wiċċ ta’ taħt, l-istruzzjonijiet tat-tindif u t-tipi rrakkomandati ta’ aġenti tat-tindif u tal-intervalli tat-tindif. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll kwalunkwe indikazzjoni possibbli dwar it-tul potenzjali tal-ħajja mistennija tal-prodott f’termini tekniċi, jew bħala medja jew bħala firxa tal-valur; |
|
(c) |
indikazzjoni ta’ kif isir ir-riċiklaġġ jew ir-rimi (spjegazzjoni sabiex tingħata informazzjoni lill-konsumatur dwar il-prestazzjoni għolja possibbli tat-tali prodott); |
|
(d) |
informazzjoni dwar l-Ekotikketta tal-UE u l-gruppi ta’ prodotti relatati magħha, inkluż it-test li ġej (jew l-ekwivalenti tiegħu): “għal iktar informazzjoni żur il-websajt tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/”. |
l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ u/jew it-testi magħluqa fih.
8. INFORMAZZJONI LI TIDHER FUQ L-EKOTIKKETTA
Il-kaxxa 2 tal-Ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej:
|
— |
foresti b’ġestjoni sostenibbli u b’impatt imnaqqas fuq il-ħabitat, |
|
— |
sustanza perikoluża ristretta, |
|
— |
proċess tal-produzzjoni li jiffranka l-enerġija, |
|
— |
riskju mnaqqas għas-saħħa fl-ambjent ħaj. |
(3) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(5) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(6) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(*1) LCI = Lanqas Konċentrazzjoni ta’ Interess (Lowest Concentration of Interest); cf. “Proċess ta’ valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa għal emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) minn prodotti tal-bini” (Aġenzija Ambjentali Federali).
Appendiċi tekniku għall-kisi b’bażi ta’ injam u pjanti
KALKOLU TAL-KONSUM TAL-ENERĠIJA
Il-konsum tal-enerġija huwa kkalkulat bħala medja annwali tal-enerġija kkunsmata matul il-proċess tal-produzzjoni (eskluż it-tisħin tal-post) mill-materja prima fi kwantità kbira sal-kisi lest. Dan ifisser, pereżempju, li l-kalkolu tal-enerġija għal prodotti b’bażi ta’ injam u pjanti għandu jitkejjel minn meta tidħol il-materja prima fil-fabbrika, sal-operazzjonijiet tat-tlestija, inkluż l-imballaġġ.
Il-kalkolu ma għandux jinkludi l-kontenut tal-enerġija tal-materja prima (jiġifieri: enerġija minn materja prima).
L-enerġija meħtieġa għall-manifattura ta’ sustanzi adeżivi u verniċ jew kisi ma għandhiex tiġi inkluża fil-kalkoli.
L-unità magħżula għall-kalkoli hija MJ/m2.
Il-konsum tal-elettriku jirreferi għal elettriku mixtri mingħand fornitur estern.
Jekk il-produttur għandu enerġija żejda li tinbiegħ bħala elettriku, fwar jew sħana, il-kwantità mibjugħa tista’ titnaqqas mill-konsum tal-fjuwil. Huwa biss il-fjuwil li filfatt jintuża fil-produzzjoni tal-kisi ta’ art li għandu jiġi inkluż fil-kalkoli.
Art tal-Injam Solidu u kisi tal-Bambù
Parametru ambjentali
|
A |
= |
Injam minn foresta ċertifikata, sostenibbli (%) |
|
B |
= |
Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%) |
|
C |
= |
Konsum tal-elettriku (MJ/m2) |
|
D |
= |
Konsum tal-fjuwil (MJ/m2) |
Art laminata
Parametru ambjentali
|
A |
= |
Sufra. Bambù jew Injam minn foresta ċertifikata, sostenibbli (%) |
|
B |
= |
Proporzjon ta’ materja prima tal-injam riċiklat (%) |
|
C |
= |
Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%) |
|
D |
= |
Konsum tal-elettriku (MJ/m2) |
|
E |
= |
Konsum tal-fjuwil (MJ/m2) |
Kisi tas-sufra
Parametru ambjentali
|
A |
= |
Proporzjon ta’ sufra riċiklata (%) |
|
B |
= |
Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%) |
|
C |
= |
Konsum tal-elettriku (MJ/m2) |
|
D |
= |
Konsum tal-fjuwil (MJ/m2) |
Il-kontenut tal-enerġija ta’ diversi fjuwils huwa mogħti fit-tabella li ġejja.
Tabella għall-kalkulazzjoni tal-konsum tal-fjuwil
Perjodu tal-produzzjoni – sena
Jiem:
Minn:
Sa:
|
Fjuwil |
Kwantità |
Unitajiet |
Fattur tal-konverżjoni |
Enerġija (MJ) |
|
Tiben (15 % W) |
|
kg |
14,5 |
|
|
Griebeb (7 % W) |
|
kg |
17,5 |
|
|
Skart tal-injam (20 % W) |
|
kg |
14,7 |
|
|
Laqx tal-injam (45 % W) |
|
kg |
9,4 |
|
|
Pit |
|
kg |
20 |
|
|
Gass naturali |
|
kg |
54,1 |
|
|
Gass naturali |
|
Nm3 |
38,8 |
|
|
Butan |
|
kg |
49,3 |
|
|
Pitrolju |
|
kg |
46,5 |
|
|
Petrol |
|
kg |
52,7 |
|
|
Diżil |
|
kg |
44,6 |
|
|
Nafta |
|
kg |
45,2 |
|
|
Żejt fjuwil tqil |
|
kg |
42,7 |
|
|
Faħam Xott tal-Fwar |
|
kg |
30,6 |
|
|
Antraċite |
|
kg |
29,7 |
|
|
Faħam tal-kannol |
|
kg |
33,7 |
|
|
Kokk industrijali |
|
kg |
27,9 |
|
|
Elettriku (mill-grilja) |
|
kWh |
3,6 |
|
|
Enerġija totali (MJ) |
|
|||