|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1940 |
23.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1940
tat-22 ta’ Settembru 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/1755. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tar-Regolament (UE) 2015/1755 mill-Kunsill, jenħtieġ li titħassar l-entrata li tikkonċerna persuna waħda inkluża fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tinsab fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/1755 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/1755 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1755/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/1755 (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2”), titħassar l-entrata li ġejja:
|
“3. |
Mathias-Joseph NIYONZIMA”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1940/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)