|
13.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/63 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/570
tal-10 ta’ Marzu 2023
li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura
(notifikata bid-dokument C(2023)1562)
(It-testi bil-Pollakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4b(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 4b(2) tar-Regolament (KE) Nru 138/2004, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovenja ressqu talbiet għal deroga sal-21 ta’ Awwissu 2022. |
|
(2) |
L-informazzjoni li dawk l-Istati Membri taw lill-Kummissjoni tindika li t-talbiet tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Taljana, tar-Repubblika tal-Polonja u tar-Repubblika tas-Slovenja huma ġustifikati mill-ħtieġa għal adattamenti kbar fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm tat-trażmissjoni tad-data għall-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura, kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004. |
|
(3) |
Għalhekk, id-derogi mitluba għandhom jingħataw lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Repubblika tas-Slovenja. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (2), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi mir-Regolament (KE) Nru 138/2004 stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma mogħtija lill-Istati Membri elenkati hawn.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
ANNESS
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Snin ta’ referenza koperti b’deroga |
Ambitu tad-deroga |
||||||||||||||
|
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 |
Ir-Renju ta’ Spanja |
Sentejn (30 Sett 2023 - 29 Sett 2025) |
2021, 2022 |
Trażmissjoni ta’ 7 varjabbli:
|
||||||||||||||
|
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 |
Ir-Repubblika Taljana |
Sentejn (30 Sett 2023 - 29 Sett 2025) |
2021, 2022 |
Trażmissjoni tal-varjabbli skont it-terminoloġija tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 mill-Partita 21 (konsum tal-kapital fiss) lejn il-Partita 37 (trasferimenti kapitali). |
||||||||||||||
|
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 |
Ir-Repubblika tal-Polonja |
Sentejn (30 Sett 2023 - 29 Sett 2025) |
2021, 2022 |
Trażmissjoni tal-varjabbli kollha elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 fir-rigward tar-REAA. |
||||||||||||||
|
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 |
Ir-Repubblika tas-Slovenja |
Sentejn (30 Sett 2023 - 29 Sett 2025) |
2021, 2022 |
Trażmissjoni tal-varjabbli kollha elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 fir-rigward tar-REAA. |