|
8.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/26
tas-7 ta' Jannar 2015
li jiffissal-koeffiċjent(i) ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mill-1 sat-2 ta' Jannar 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina. |
|
(2) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 ffissa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, il-kwantità tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4308 għal 400 000 tunnellata. |
|
(3) |
Il-kwantitajiet li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni introdotti mill-1 sat-2 ta' Jannar 2015, fis-13:00, ħin ta' Brussel, għall-kwota(i) li għandhom in-numru tal-ordni 09.4308, huma superjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi(u) stabbilit(i) il-koeffiċjent(i) tal-allokazzjoni li għandu(hom) jiġi(u) applikat(i) għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwota(i) kkonċernata(i), ikkalkulati skont l-Artikolu 7(2), tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tal-Kummissjoni (3). |
|
(4) |
M'għandhomx jinħarġu aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota(i) tariffarja(i) li għandhom in-numru tal-ordni 09.4308, prevista[i] fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għall-perjodu tal-kwota attwali. |
|
(5) |
Sabiex ikun hemm garanzija li l-miżura hija effiċjenti, jeħtieġ li r-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni relevanti tal-kwota[i] li għandha[hom] in-numru tal-ordni 09.4308 u li huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014, introdotti mill-1 sat-2 ta' Jannar 2015, fis-13:00, ħin ta' Brussell, għandu jkollhom koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 7,385870 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja li għandha numru tal-ordni 09.4308.
2. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji, fil-kuntest tal-kwota(i) li għandhom in-numru tal-ordni 09.4308, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014, hija sospiża mit-2 ta' Jannar 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-perjodu tal-kwota attwali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jiftaħ u jipprevedi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).