<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-419/18</NO.CASE><NO.CASE>C-483/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0419</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:930">EU:C:2019:930</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20191107">7.11.2019</DATE> – Kawżi Magħquda C‑419/18 u C‑483/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Profi Credit Polska</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Il-legalità tal-garanzija tal-kreditu li toħroġ minn dan il-kuntratt permezz ta’ ċedola in bjank</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal ħlas tal-imsejħa ċedola</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tal-uffiċċju tal-imħallef</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑419/18 u C‑483/18,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa rispettivament mis-Sad Rejonowy dla Warszawhemmhekk (il-Qorti Distrettwali ta’ Varsavja Praga-Sud ta’ Varsavja, il-Polonja) u mis-Sąd Okręgowy w Opolu, II Wydział Cywilny Odwoławczy (il-Qorti Reġjonali ta’ Opole, it-tieni diviżjoni tas-Sezzjoni Ċivili, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-13 ta’ Frar u tat-<DATE ISO="20180703">3 ta’ Lulju 2018</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, fis-26 ta’ Ġunju u fl-<DATE ISO="20180724">24 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Profi Credit Polska S.A.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bogumiła Włostowska,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mariusz Kurpiewski,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kamil Wójcik,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Michał Konarzewski,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Elżbieta Kondracka-Kłębecka,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Monika Karwowska,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stanisław Kowalski,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Anna Trusik,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Adam Lizoń,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Włodzimierz Lisowski</HT> (C-419/18),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Profi Credit Polska S.A.</HT></P></PLAINTIFS><?PAGE NO="2"?><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">OH</HT> (C-483/18),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. Safjan, L. Bay Larsen u C. Toader (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>b’kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil kif ukoll minn S. Šindelková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Goddin u K. Herbout-Borczak kif ukoll minn N. Ruiz García, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1), 6(1) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2 p. 288), kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 133, p. 66</REF.DOC.OJ>, u rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 207, p. 14</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="46" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 234, p. 46</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn Profi Credit Polska S.A., minn naħa, u Bogumiła Włostowska, u Mariusz Kurpiewski, Kamil Wójcik, Michał Konarzewski, u Elżbieta Kondracka-Kłębecka, Monika Karwowska, u Stanisław Kowalski, u Anna Trusik, kif ukoll Adam Lizoń u Włodzimierz Lisowski, u, min-naħa l-oħra, OH, dwar talbiet għal ħlas tal-imsejħa ċedoli li jirriżulta mill-krediti, li jirriżultaw minn kuntratti ta’ self, abbażi taċ-ċedoli maħruġa in bjank minn dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 93/13</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-għoxrin u l-erba’ u għoxrin premessi tad-Direttiva 93/13 huma hekk redatti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Billi l-kuntratti għandhom jiġu abbozzati f’lingwa ċara, li tiftiehem, il-konsumatur għandu fil-fatt jingħata opportunità biex jeżamina l-klawżoli kollha u, jekk ikollu xi dubju, l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli lejn il-kunsumatur għandha tirbaħ;</P><P>[…]</P><P>Billi l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom mezz adegwat u effettiv biex jipprevenu li jkomplu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ <HT TYPE="ITALIC">buona fede</HT>, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsir ta’ klawżola, għandha tirbaħ l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 (1) tad-Direttiva 93/13 huwa redatt fil-kliem li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/48</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Bħalma jispeċifika l-Artikolu 1 tagħha, l-għan tad-Direttiva 2008/48 huwa li jiġu armonizzati ċerti aspetti tar-regoli tal-Istati Membri fir-rigward ta’ ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva jelenka t-tip ta’ informazzjoni li għandu jiġi speċifikat b’mod ċar u konċiż fi kwalunkwe ftehim ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi, fil-kuntest tal-kuntratt ta’ kreditu u favur il-konsumatur, dritt ta’ rtirar mingħajr dan ma jkollu għalfejn jipprovdi motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ċessjoni ta’ drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Fejn id-drittijiet tal-kreditur taħt ftehim ta’ kreditu jew il-ftehim innifsu jiġu ċeduti lil parti terza, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jeċċepixxi kontra ċ-ċessjonarju kwalunkwe difiża li kienet disponibbli għalih kontra l-kreditur oriġinali, inkluża tpaċija fejn din ta’ l-aħħar tkun permessa fl-Istat Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva jispeċifika l-modalitajiet tal-kalkolu tar-rata annwali effettiva globali tal-kreditu lill-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Armonizzazzjoni u n-natura imperattiva tad-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta jew tikkorrespondi għal din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom, barra minn hekk, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jagħtux lok għal evitar li jirriżulta mill-mod li bih jiġu fformulati ftehim, b’mod partikolari billi jiġu integrati ġbid ta’ kreditu jew ftehim ta’ kreditu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi ftehim ta’ kreditu li n-natura u l-iskop tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva minħabba li tintgħażel il-liġi ta’ pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall-ftehim ta’ kreditu, jekk il-ftehim ta’ kreditu jkollu rabta mill-qrib mat-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Penali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-ustawa prawo wekslowe (Liġi dwar il-Kambjali) tat-<DATE ISO="19360428">28 ta’ April 1936</DATE>, kif emendata (Dz. U. tal-2016, pożizzjoni 160), (iktar’ il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Liġi dwar il-Kambjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jipprovdi li għalkemm l-ittra ta’ kambju, inkompleta bil-ħruġ, ġiet ikkompletata b’mod kuntrarju għall-ftehimiet li seħħew, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-ftehimiet ma jistax jiġi oppost lill-portatur, sakemm ma jkunx kiseb l-ittra ta’ kambju b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> jew jekk, meta jakkwista, huwa ma jkunx wettaq negliġenza gravi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni hija applikabbli għaċ-ċedola, skont l-Artikolu 103(2) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 tal-imsemmija liġi, il-persuni li jkunu daħlu taħt iċ-ċedola ma jistgħux jopponu lill-portatur motivi bbażati fuq ir-relazzjonijiet personali tagħhom mat-tiratur jew mal-portaturi preċedenti, sakemm il-portatur, meta jakkwista ċ-ċedola, ma jkunx aġixxa b’mod konxju għad-detriment tad-debitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 101 tal-Liġi dwar il-Kambjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Iċ-ċedola għandha tinkludi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-kelma <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ċedola<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> introdotta fl-istess test tad-dokument bil-lingwa li fiha din tkun inħarġet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-wegħda inkundizzjonata li ser titħallas somma ta’ flus speċifika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-indikazzjoni tat-terminu għal ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>l-indikazzjoni tal-post għall-ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>l-isem tal-persuna li għall-benefiċċju jew li fuq ordni tagħha għandu jsir il-ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>l-indikazzjoni tad-data u tal-post tal-ħruġ taċ-ċedola;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>il-firma tal-emittent taċ-ċedola.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 233(1) u (2) tal-ustawa – Kodeks postępowania cywilnego (il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili), tas-<DATE ISO="19641117">17 ta’ Novembru 1964</DATE>, test ikkonsolidat, kif emendat (Dz. U. Tal-2018, pożizzjoni 155) (iktar ‘il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kpc<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), il-qorti tevalwa, abbażi tal-analiżi fil-fond tal-provi ssodisfatti, il-kredibilità u l-valur tal-provi prodotti. Il-qorti għandha tevalwa, fuq l-istess bażi, kif għandha tinterpreta r-rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ prova jew kull att ta’ parti li tostakola l-istruzzjoni tal-kawża li jkollha quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 248(1) tal-kpc, kull wieħed huwa obbligat li jikkomunika, fuq talba tal-qorti, fit-terminu stabbilit u bil-post preskritt, kull dokument li jinsab fil-pussess tiegħu u li jikkostitwixxi prova tal-fatt rilevanti għall-konklużjoni tal-kawża, ħlief jekk dan id-dokument ikun fih informazzjoni kunfidenzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 321(1) tal-kpc jirriżulta li l-qorti hija pprojbita <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>milli tiddeċiedi dwar pretensjoni li ma kinitx is-suġġett ta’ talba u li tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 339(1) u (2) ta’ dan il-kodiċi, sentenza fil-kontumaċja tingħata meta l-konvenut ma jkunx deher fis-seduta u ma jkunx ippreżenta osservazzjonijiet orali jew bil-miktub. F’dan il-każ, l-informazzjoni kkomunikata mir-rikorrenti hija kkunsidrata bħala allegazzjoni reali bbażata fuq il-fatti msemmija fit-talba jew fin-noti tagħha nnotifikati lill-konvenut qabel is-seduta, ħlief jekk tagħti lok għal dubji jew titqies li hija intiża għall-evażjoni tal-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48 ġew trasposti fid-dritt Pollakk mill-ustawa o kredycie konsumencki, (il-Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsumatur), tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, verżjoni kkonsolidata, kif emendata, (Dz. U. tal-2016, pożizzjoni 1528) iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). L-Artikolu 41 tagħha jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="041.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>[I]ċ-ċedola […] tal-konsumatur li tingħata lill-kreditur għall-finijiet tal-eżekuzzjoni jew tal-garanzija ta’ tranżazzjoni li tirriżulta minn ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur trid tinkludi l-klawżola <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>mhux għan-nom<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> jew klawżola bl-istess sinjifikat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kreditur jaċċetta ċedola […] li ma tinkludix il-klawżola <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>mhux għan-nom<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>, u jittrasferixxi din iċ-ċedola […] lil persuna oħra, il-kreditur huwa obbligat jagħmel tajjeb għad-dannu lill-konsumatur billi jħallas iċ-ċedola […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="041.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 japplikaw ukoll jekk iċ-ċedola jew iċ-ċekk ikun spiċċa fil-pussess ta’ persuna oħra kontra r-rieda tal-kreditur.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-419/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Profi Credit Polska hija kumpannija stabbilita fil-Polonja li l-għan soċjali prinċipali tagħha jikkonsisti fl-għoti ta’ krediti. Din il-kumpannija kkonkludiet ma’ kull wieħed mid-debituri ta’ kuntratti ta’ kreditu fuq il-konsum li l-ħlas tal-kreditu tiegħu huwa ggarantit permezz tal-ħruġ ta’ ċedola inkompleta magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ċedola in bjank<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fejn l-ebda ammont inizjalment ma ġie inkluż. Minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali mill-persuni li ssellfu, Profi Credit Polska, li hija wkoll il-benefiċjarja ta’ dawn iċ-ċedoli, ikkompletat dawn tal-aħħar billi inkludiet ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mis-sena 2016, Profi Credit Polska ressqet quddiem il-qorti tar-rinviju diversi talbiet għal ħlas tas-somom indikati fl-imsemmija ċedoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din il-qorti tindika li, fil-kawżi pendenti quddiemha, l-irkupru, mir-rikorrenti, tal-krediti tagħha huwa segwit biss fuq il-bażi ta’ ċedoli (iktar’ il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>relazzjoni kambjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Peress li r-rikorrenti ma tipproduċix il-kuntratti ta’ kreditu, huwa biss fl-ewwel waħda mill-kawżi prinċipali li l-imsemmija qorti tiddisponi, bis-saħħa tal-konvenut, mill-kuntratt li jikkostitwixxi r-relazzjoni ta’ dritt li fuqhom huwa bbażat l-obbligu ta’ ċedola (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>relazzjoni fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>). Fil-kawżi l-oħra, il-konvenuti ma ħadux pożizzjoni. Għalhekk, din l-istess qorti ddeċidiet li ma tilqax it-talba tar-rikorrenti sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawżi permezz tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas, iżda li titrattahom permezz tal-proċedura ordinarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk, skont id-Direttivi 93/13 u 2008/48, professjonist li għandu l-kwalità ta’ min isellef jistax legalment jiggarantixxi r-rimbors ta’ kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum fir-rigward ta’ persuna li tissellef-konsumatur, permezz ta’ ċedola in bjank maħruġa minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża li, wara l-ħruġ ta’ ċedola, jinħoloq obbligu astratt. Mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jirriżulta li, f’każ ta’ talba għal pagament ibbażata fuq ċedola, il-portata tal-istħarriġ tal-qorti hija limitata għar-relazzjoni kambjali u ma tkunx tista’ tiġi estiża għar-relazzjoni fundamentali li toriġina mir-relazzjoni kambjali. Skont l-imsemmija qorti, l-impossibbiltà li jiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk il-klawżoli tal-kuntratt li jikkostitwixxu r-relazzjoni ta’ dritt fundamentali li fuqhom ikun ibbażat l-obbligu kambjali jistgħux jiġu ddikjarati inġusti ma jirriżultax mil-limiti tal-proċedura, iżda biss mis-saħħa probatorja speċifika taċ-ċedola bħala titolu li jinkorpora l-obbligu tad-debitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikoli 10 u 103 tal-Liġi dwar il-Kambjali, iċ-ċedola in bjank dejjem timplika l-konklużjoni bejn is-sottoskrivent u l-benefiċjarju ta’ ftehim li jippreċiża l-mod li bih iċ-ċedola għandha timtela’ (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ftehim ta’ kambjali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>). Skont il-ġurisprudenza nazzjonali, dan il-ftehim għandu l-effett li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>tagħti lid-debitur id-dritt li jopponi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> lill-ewwel kreditur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>li ma jkunx mela ċ-ċedola skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim, u dan juri, b’mod partikolari, li n-natura astratta taċ-ċedola tiddgħajjef<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk, skont l-imsemmija qorti, ma hemm ebda dubju li l-qorti adita b’kawżi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tivverifika jekk iċ-ċedola ntlietx skont il-ftehim konkluż biss f’każ ta’ eċċezzjoni mqajma mid-debitur. Fil-proċeduri kambjali, il-qorti nazzjonali għaldaqstant ma għandhiex bażi legali sabiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> r-relazzjoni ta’ dritt fundamentali, ħlief jekk il-konvenut iqajjem eċċezzjonijiet, li jkollhom bħala konsegwenza li jwessgħu l-kawża b’tali mod li din tinkludi wkoll ir-relazzjoni fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-portata tal-uffiċċju tagħha f’azzjoni għal ħlas imressqa minn kummerċjant kontra konsumatur abbażi ta’ ċedola. Fil-fatt, wara l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar is-setgħat u l-obbligi tal-qorti nazzjonali li għandha tilwim li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13, u b’mod partikolari l-obbligu li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt suġġett għall-evalwazzjoni tagħha, din il-qorti tixtieq tkun taf jekk tali ġurisprudenza hijiex applikabbli wkoll għall-klawżoli ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur f’tilwima fejn il-kummerċjant ifittex l-irkupru tal-kreditu tiegħu abbażi ta’ ċedola maħruġa in bjank u li tiggarantixxi l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kreditu. Id-domandi tal-imsemmija qorti jirreferu wkoll għall-effett ta’ tali eżami fid-dawl tal-prinċipju dispożittiv, kif stabbilit fl-Artikolu 321(1) tal-kpc, li jipprovdi li l-qorti ma tistax tiddeċiedi fuq kap ta’ talba li ma għandux x’jaqsam mat-talbiet tar-rikors u lanqas ma tista’ tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">ultra petita</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi liSąd Rejonowy dla Warszawy Pragi-Południe w Warszawie (il-Qorti Distrettwali ta’ Varsavja Praga-Sud ta’ Varsavja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-[Direttiva 93/13] u d-[Direttiva 2008/48], inkluż, b’mod partikolari, l-Artikoli 10, 14, 17(1) u 19 tagħha, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermetti li jiġi ggarantit permezz ta’ ċedola in bjank minn kreditur professjonist lil persuna li tissellef li hija konsumatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq il-qorti li quddiemha titressaq il-kawża li hemm riferiment għaliha fl-ewwel domanda l-obbligu li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt li jikkostitwixxu r-relazzjoni legali fundamentali li hija l-bażi tal-obbligu ta’ ċedola ma jinkludux klawżoli kuntrattwali inġusti, anki meta l-bejjiegħ jew fornitur rikorrent jibbaża t-talba tiegħu esklużivament fuq ir-relazzjoni bbażata fuq iċ-ċedola?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-483/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>It-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali bejn Profi Credit Polska u OH tikkonċerna ċirkustanzi paragunabbli ma’ dawk inkwistjoni fil-Kawża C-419/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20170515">15 ta’ Mejju 2017</DATE>, is-Sąd Rejonowy ta’ Opole (il-Qorti Distrettwali ta’ Opole, il-Polonja) ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Profi Credit Polska kontra OH dwar il-ħlas tas-somma ta’ PLN9 494.21 złotys Pollakki (madwar EUR 2 211.69).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalkemm il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tingħata sentenza fil-kontumaċja kienu ssodisfatti, il-qorti tal-ewwel istanza ċaħdet it-talba ta’ Profi Credit Polska minħabba dubji li din il-qorti kellha fir-rigward tal-kontenut reali tar-rabta kuntrattwali li tgħaqqad lill-partijiet, minħabba li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tanalizza l-klawżoli tal-kuntratt ta’ self. Fil-fatt, filwaqt li l-imsemmija qorti kienet talbet lil Profi Credit Polska li hija tipproduċi l-ftehim ta’ kambjali kif ukoll il-kuntratt ta’ self, din it-talba baqgħet mingħajr risposta. Barra minn hekk, minn kuntratti standard oħra konklużi minn din il-kumpannija jirriżulta li teżisti differenza sinjifikattiva bejn is-somma mislufa u dik li għandha tiġi rrimborsata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li qieset li, sabiex ikun hemm ċedola, Profi Credit Polska kienet biss obbligata li tippreżenta din iċ-ċedola debitament mimlija u ffirmata, hija appellat mid-deċiżjoni tal-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk qorti adita b’rikors tal-professjonist rikorrent (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) ibbażata fuq ċedola kontra konsumatur tistax teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ilmenti li jirrigwardaw ir-relazzjoni fundamentali, meta hija jkollha informazzjoni dwar l-irregolarità potenzjali ta’din ir-relazzjoni, mingħajr madankollu ma jkollha l-kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum. Filwaqt li fakkret li l-ġurisprudenza nazzjonali tagħti importanza partikolari lill-ftehim ta’ kambjali fil-każ ta’ ċedola in bjank, l-imsemmija qorti tenfasizza li l-obbligu kambjali għandu s-sors tiegħu f’dan il-kuntratt, anki jekk l-obbligu u d-dritt li jikkorrispondi għalih jitnisslu biss wara li l-benefiċjarju jkun mela l-formula taċ-ċedola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Okręgowy w Opolu, II Wydział Cywilny Odwoławczy (il-Qorti Reġjonali ta’ Opole, it-tieni diviżjoni tas-Sezzjoni Ċivili, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Id-dispożizzjonijiet tad-[Direttiva 93/13] b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tagħha, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-[Direttiva 2008/48], b’mod partikolari l-Artikolu 22(3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar il-Kambjali, moqri flimkien mal-Artikolu 17 tagħha, li tipprovdi li qorti ma tistax taġixxi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> f’sitwazzjoni fejn hija konvinta b’mod sod u fondat, abbażi ta’ materji li ma joriġinawx mill-partijiet fit-tilwima, li l-kuntratt li fuqu hija bbażata r-relazzjoni legali bażika huwa tal-inqas parzjalment invalidu, u r-rikorrent jibbaża t-talba tiegħu fuq ċedola in bjank prodotta, filwaqt li l-konvenut ma jqajjem ebda oġġezzjoni u ma jiħux azzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2008/48 ma wettqitx armonizzazzjoni tal-użu taċ-ċedola sabiex tiggarantixxi l-ħlas tal-kreditu li jirriżulta minn kreditu lill-konsumatur, b’tali mod li l-Artikolu 22 tagħha ma huwiex applikabbli f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:711">EU:C:2018:711</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, id-dritt ta’ rtirar jew il-kalkolu tar-rata annwali effettiva globali ma humiex is-suġġett tat-tilwim inkwistjoni fil-kawża prinċipali b’tali mod li l-Artikoli 14 u 19 ta’ din id-direttiva lanqas ma huma applikabbli f’tali ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 17 tal-imsemmija direttiva lanqas ma huwa rilevanti peress li d-domandi preliminari ma jirrigwardawx iċ-ċessjoni tad-drittijiet tal-persuna li ssellef lil terz imsemmi f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li l-Artikoli 14, 17, 19 u 22 tad-Direttiva 2008/48 ma humiex rilevanti għat-tilwim fil-kawża prinċipali, ser tingħata risposta għad-domandi magħmula biss fir-rigward tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 6(1) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/48.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda fil-Kawża C‑419/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/48 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jiġi ggarantit il-ħlas ta’ kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, konkluż bejn professjonist jew fornitur u konsumatur, permezz ta’ ċedola maħruġa in bjank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, fil-politiki tal-Unjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, li jinsabu f’pożizzjoni ta’ inferjorità meta mqabbla ma’ professjonisti, sa fejn għandhom jitqiesu li huma inqas informati, ekonomikament iktar dgħajfa u legalment b’inqas esperjenza mill-kontraenti tagħhom, hija stabbilita fl-Artikolu 169 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190327">27 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>slewo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑681/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:255">EU:C:2019:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar, minn naħa, li, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jevitaw l-applikazzjoni ta’ klawżoli inġusti sabiex huma ma jipproduċux effetti vinkolanti fil-konfront tal-konsumatur, sakemm il-konsumatur ma jopponix dan (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abanca Corporación Bancaria u Bankia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-70/17 u C-179/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:250">EU:C:2019:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, moqri flimkien mal-erbgħa u għoxrin premessa tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u tal-professjonisti kompetituri, jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-professjonist jew fornitur (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Aqua Med</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:282">EU:C:2019:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li għalkemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tawtorizza l-ħruġ ta’ ċedola sabiex jiġi ggarantit il-ħlas tal-kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, l-obbligu ta’ ħruġ ta’ tali ċedola jirriżulta mhux minn din il-leġiżlazzjoni, iżda minn kuntratti ta’ kreditu konklużi bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li ċ-ċedoli inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom karatteristiċi partikolari. Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li dawn iċ-ċedoli huma inizjalment inkompleti, peress li nħarġu in bjank, jiġifieri mingħajr ma dawn kienu jinkludu ammont. Sussegwentement, l-ammonti għandhom jitniżżlu fuq dawn iċ-ċedoli mill-professjonist jew fornitur b’mod unilaterali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikoli 10 u 101 tal-Liġi dwar il-Kambjali jirriżulta li, għalkemm l-indikazzjoni tal-ammont dovut tikkostitwixxi normalment kundizzjoni ta’ validità ta’ ċedola, huwa possibbli li tinħareġ ċedola in bjank bil-kundizzjoni li ftehim ta’ kambjali jistabbilixxi l-modalitajiet li bihom l-imsemmija ċedola tista’ tiġi ulterjorment ikkompletata b’mod legali mill-kreditur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, din tapplika għal klawżoli ta’ kuntratti konklużi bejn professjonist jew fornitur u konsumatur li ma jkunux ġew innegozjati individwalment (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040909">9 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-70/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:505">EU:C:2004:505</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VB Pénzügyi Lízing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-137/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:659">EU:C:2010:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Dumitraș</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-534/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:700">EU:C:2016:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Sa fejn, minn naħa, il-ħlas tal-kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum huwa ggarantit minn stipulazzjoni li teżiġi l-ħruġ ta’ ċedola in bjank u, min-naħa l-oħra, il-leġiżlazzjoni nazzjonali teżiġi l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kambjali, din l-istipulazzjoni u dan il-ftehim jistgħu jaqgħu taħt id-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, id-Direttiva 93/13 tobbliga lill-Istati Membri jipprevedu mekkaniżmu li jiżgura li kull klawżola kuntrattwali li ma ġietx innegozjata b’mod individwali tista’ tiġi mistħarrġa sabiex tiġi evalwata n-natura possibbilment inġusta tagħha. F’dan il-kuntest, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi proprji tal-każ inkwistjoni, tali klawżola tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, ta’ ekwilibriju u ta’ trasparenza stabbiliti minn din id-direttiva (is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Abanca Corporación Bancaria et Bankia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-70/17 u C-179/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:250">EU:C:2019:250</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, klawżola ta’ kuntratt li ma tiġix innegozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, tkun tikkawża żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi ddeterminat jekk klawżola tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>inġusta<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika jekk il-professjonist, fuq il-bażi ta’ aġir leali u ġust fil-konfront tal-konsumatur, setax raġonevolment jistenna li dan tal-aħħar jaċċetta tali klawżola wara negozjati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Lupean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑119/17</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:103">EU:C:2018:103</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li la l-istipulazzjoni li tobbliga lill-persuna li tissellef tippreżenta ċedola in bjank sabiex tiggarantixxi l-kreditu tal-persuna li jislef skont dan il-kuntratt u lanqas il-ftehim ta’ kambjali ma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jirrigwardaw id-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew dwar l-adegwatezza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew l-oġġetti li għandhom jiġu pprovduti bħala korrispettiv, min-naħa l-oħra fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tan-natura potenzjalment inġusta ta’ din l-istipulazzjoni u tal-ftehim ta’ kambjali ser ikollha tieħu inkunsiderazzjoni kemm ir-rekwiżit dwar l-iżbilanċ sinjifikattiv u r-rekwiżit ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-informazzjoni, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, fuq il-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-konsegwenzi tal-imsemmija konklużjoni hija, għal konsumatur, ta’ importanza fundamentali. Huwa, b’mod partikolari, abbażi ta’ din l-informazzjoni li dan tal-aħħar jiddeċiedi jekk jixtieqx jintrabat bil-kundizzjonijiet redatti minn qabel mill-professjonist jew fornitur (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Gutiérrez Naranjo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-154/15, C-307/15 u C-308/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:980">EU:C:2016:980</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li qorti nazzjonali adita b’tilwim bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiddetermina jekk il-konsumatur rċeviex l-informazzjoni kollha li jista’ jkollha effett fuq il-portata tal-obbligi tiegħu u li tippermettilu li jevalwa, b’mod partikolari, il-konsegwenzi proċedurali tal-garanzija tal-krediti li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ self għall-konsum permezz ta’ ċedola maħruġa in bjank u l-possibbiltà ta’ rkupru ulterjuri tad-dejn fuq il-bażi ta’ din iċ-ċedola biss. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, u b’mod konformi mal-għoxrin premessa tad-Direttiva 93/13, hija determinanti l-kwistjoni dwar jekk il-klawżola kuntrattwali inkwistjoni hijiex ifformulata f’termini ċari u komprensibbli u jekk il-konsumatur effettivament kellux l-opportunità li jieħu konjizzjoni tal-kontenut tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għad hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 jimponi fuq qorti nazzjonali, adita b’tilwima dwar krediti li joriġinaw minn kuntratt ta’ kreditu fis-sens ta’ din id-direttiva, l-obbligu li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-osservanza tal-obbligu ta’ informazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni u li tiġbed il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw fid-dritt nazzjonali għal ksur ta’ dan l-obbligu, sakemm is-sanzjonijiet josservaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda fil-Kawża C-419/18 għandha tkun li l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex jiġi ggarantit il-ħlas tal-kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, konkluż bejn professjonist jew fornitur u konsumatur, tippermetti li f’dan il-kuntratt jiġi stabbilit obbligu għal min jissellef li joħroġ ċedola in bjank, u li tissuġġetta l-leġittimità tal-ħruġ ta’ tali ċedola għall-konklużjoni minn qabel ta’ ftehim ta’ kambjali li jiddetermina l-modalitajiet li bihom din iċ-ċedola tista’ tiġi kkompletata, sakemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li din l-istipulazzjoni u dan il-ftehim josservaw l-Artikoli 3 u 5 ta’ din id-direttiva kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/48.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda fil-Kawża C-419/18 u fuq id-domanda fil-Kawża C-483/18</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda fil-Kawża C-419/18 u tad-domanda fil-Kawża C‑483/18, il-qrati tar-rinviju jistaqsu, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/48 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, qorti nazzjonali jkollha dubji serji dwar il-fondatezza ta’ talba bbażata fuq ċedola intiża li jiġi ggarantit id-dejn li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, u meta din iċ-ċedola tkun inħarġet inizjalment in bjank mis-sottoskrivent, u li din iċ-ċedola tkun inħarġet sussegwentement mill-benefiċjarju, din il-qorti għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk id-dispożizzjonijiet miftiehma bejn il-partijiet għandhomx natura inġusta u, f’dan ir-rigward, tista’ teżiġi mill-professjonist li jipproduċi l-kitba li jikkonstata dawn id-dikjarazzjonijiet b’tali mod li l-imsemmija qorti tkunx f’pożizzjoni li tiżgura r-rispett tad-drittijiet li l-konsumaturi jisiltu minn dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domanda tal-qrati tar-rinviju tikkonċerna żewġ konfigurazzjonijiet distinti, sa fejn, fl-ewwel kawża prinċipali fil-kuntest tal-Kawża C-419/18, il-qorti nazzjonali għandha kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum, filwaqt li, fil-kawżi prinċipali l-oħra, dan ma huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’din l-ewwel konfigurazzjoni, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, meta l-qorti jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt meħtieġa, hija għandha l-obbligu li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> klawżoli li jistgħu jkunu inġusti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:711">EU:C:2018:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tieni konfigurazzjoni, u fir-rigward b’mod partikolari tal-preċiżazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju fil-Kawża C-483/18, li tindika li ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-kuntratt li jorbot lill-partijiet fil-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iżda għandha konjizzjoni tal-kontenut ta’ kuntratti oħra normalment użati mill-professjonist, għandu jitfakkar li għalkemm, skont l-Artikolu 3(1) tagħha, id-Direttiva 93/13 tapplika għall-klawżoli li ma kinux is-suġġett ta’ negozjati individwali, li jinkludi b’mod partikolari l-kuntratti standard, ma jistax jitqies li qorti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>għandha punti ta’ fatt u ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata iktar’ il fuq, għall-unika raġuni li hija jkollha konjizzjoni dwar ċerti mudelli ta’ kuntratti użati mill-professjonist, mingħajr ma l-imsemmija qorti jkollha fil-pussess tagħha l-instrument li jikkonstata l-kuntratt konkluż bejn il-partijiet fil-kawża pendenti quddiemha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:711">EU:C:2018:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Pollakk jippreċiża, fl-osservazzjonijiet tiegħu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li ma huwiex rari li l-ftehim ta’ kambjali, għalkemm jikkostitwixxi ftehim distint mill-kuntratt ta’ kreditu, jinżamm irreġistrat fi ħdan dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li hija l-qorti nazzjonali li għandha tieħu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-miżuri istruttorji sabiex tistabbilixxi jekk klawżola li tidher fil-kuntratt li hija s-suġġett tal-kawża li għandha quddiemha, u li tkun ġiet konkluża bejn professjonist jew fornitur u konsumatur, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva u, fl-affermattiv, tevalwa n-natura possibbilment inġusta ta’ tali klawżola (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>VB Pénzügyi Lízing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-137/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:659">EU:C:2010:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-472/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:88">EU:C:2013:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, fl-assenza ta’ stħarriġ effettiv tan-natura potenzjalment inġusta tal-klawżoli tal-kuntratt ikkonċernat, ir-rispett tad-drittijiet mogħtija mid-Direttiva 93/13 ma jistax jiġi ggarantit (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180913">13 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-176/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:711">EU:C:2018:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta qorti nazzjonali tiġi adita b’talba bbażata fuq ċedola, li inizjalment kienet inħarġet in bjank u sussegwentement ikkompletata, intiża sabiex tiggarantixxi d-debitu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum, talba li fuqha din il-qorti għandha dubji serji dwar il-fondatezza tagħha, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 jirrikjedu li l-imsemmija qorti tista’ tkun f’pożizzjoni li titlob il-produzzjoni tad-dokumenti li jservu l-bażi ta’ din it-talba, inkluż il-ftehim ta’ kambjali meta tali ftehim jikkostitwixxi, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kundizzjoni preliminari għall-ħruġ ta’ din it-tip ta’ ċedola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-kunsiderazzjonijiet preċedenti ma jiksrux il-prinċipju dispożittiv, invokat mill-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, iċ-ċirkustanza li qorti nazzjonali teżiġi li r-rikorrent jipproduċi l-kontenut tad-dokument jew dokumenti li jservu ta’ bażi għat-talba tiegħu taqa’ sempliċement taħt il-kuntest probatorju tal-kawża, peress li tali talba hija intiża biss sabiex tiżgura l-bażi tal-att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, meta qorti nazzjonali tkun ikkonstatat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ksur ta’ din id-dispożizzjoni, hija għandha, mingħajr ma tistenna lill-konsumatur iressaq talba f’dan is-sens, li tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw skont id-dritt nazzjonali minn tali ksur, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Wara li tkun stabbilixxiet abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li hija għandha, jew li tagħha hija kellha komunikazzjoni wara l-miżuri istruttorji li hija ħadet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għal dan il-għan, li klawżola taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, jekk il-qorti nazzjonali tikkonstata li din il-klawżola hija ta’ natura inġusta, din il-qorti hija, bħala regola ġenerali, marbuta li tinforma b’dan lill-partijiet fil-kawża u li tistedinhom jiddiskutuha b’mod kontradittorju skont il-forom previsti mir-regoli nazzjonali ta’ proċedura (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑472/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:88">EU:C:2013:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont il-Gvern Pollakk, l-Artikolu 10 tal-Liġi dwar il-Kambjali ma huwiex ta’ ostakolu sabiex qorti nazzjonali tikkonstata li l-kreditu bbażat fuq ċedola ma jeżistix f’dak li jirrigwarda l-ammont li jeċċedi s-somma li tirriżulta mill-ftehim ta’ kambjali. Tali konstatazzjoni tista’ tiġi stabbilita mhux biss wara lment tal-konsumatur, iżda wkoll, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam. Bl-istess mod, peress li l-ftehim tal-kambjali jikkostitwixxi kundizzjoni ta’ ħruġ ta’ ċedola in bjank u ssupplimentata sussegwentement, l-iskop tiegħu li jkun jinsab preċiżament fil-fakultà li huwa jistabbilixxi li jikkontrolla l-użu ta’ din it-tip ta’ ċedola u issa l-ammont imniżżel fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-qrati tar-rinviju, dawn jistgħu jivverifikaw jekk iċ-ċedola ġietx mimlija b’mod konformi mal-ftehim konkluż f’każ ta’ eċċezzjoni mqajma mid-debitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-obbligu għal Stat Membru li jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jilħaq ir-riżultat stabbilit minn direttiva huwa obbligu vinkolanti impost mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 KE u mill-istess direttiva. Dan l-obbligu li jittieħdu l-miżuri kollha ġenerali jew partikolari huwa impost fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri, inklużi, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarjii (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-obbligu li jsir eżami <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tan-natura inġusta ta’ ċerti klawżoli u tal-preżenza ta’ indikazzjonijiet obbligatorji ta’ informazzjoni f’kuntratt ta’ kreditu jikkostitwixxi regola proċedurali li taqa’ fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għalhekk, meta japplikaw id-dritt intern, il-qrati nazzjonali huma marbuta li jinterpretawh, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva kkonċernata sabiex jintlaħaq ir-riżultat intiż minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Radlinger u Radlingerová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-377/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:283">EU:C:2016:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fin-nuqqas li wieħed ikun jista’ jagħti interpretazzjoni u applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 93/13, il-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu li jeżaminaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk id-dikjarazzjonijiet miftiehma bejn il-partijiet humiex ta’ natura inġusta, billi jekk ikun hemm bżonn ma tapplikax id-dispożizzjonijiet jew il-ġurisprudenza nazzjonali kollha li jipprekludu tali eżami (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Pannon GSM</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:350">EU:C:2009:350</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finanmadrid EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-49/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:98">EU:C:2016:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-risposta għat-tieni domanda fil-Kawża C-419/18 u għad-domanda magħmula fil-Kawża C-483/18 għandha tkun li l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, qorti nazzjonali jkollha dubji serji dwar il-fondatezza ta’ talba bbażata fuq ċedola intiża sabiex tiggarantixxi d-debitu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, u li din iċ-ċedola inizjalment inħarġet in bjank mis-sottoskrivent, u kkompletata sussegwentement mill-benefiċjarju, din il-qorti għandha teżamina, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk id-dispożizzjonijiet miftiehma bejn il-partijiet għandhomx natura inġusta u, f’dan ir-rigward, tista’ teżiġi mill-professjonist li jipproduċi l-kitba li jikkonstata dawn id-dikjarazzjonijiet b’tali mod li l-imsemmija qorti tkun f’pożizzjoni li tiżgura r-rispett tad-drittijiet li l-konsumaturi jisiltu minn dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex jiġi ggarantit il-ħlas tal-kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, konkluż bejn professjonist jew fornitur u konsumatur, tippermetti li f’dan il-kuntratt jiġi stabbilit obbligu għal min jissellef li joħroġ ċedola in bjank, u li tissuġġetta l-leġittimità tal-ħruġ ta’ tali ċedola għall-konklużjoni minn qabel ta’ ftehim ta’ kambjali li jiddetermina l-modalitajiet li bihom din iċ-ċedola tista’ tiġi kkompletata, sakemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li din l-istipulazzjoni u dan il-ftehim josservaw l-Artikoli 3 u 5 ta’ din id-direttiva kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE> dwar ftehim [kuntratt] ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, qorti nazzjonali jkollha dubji serji dwar il-fondatezza ta’ talba bbażata fuq ċedola intiża sabiex tiggarantixxi l-kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, u li din iċ-ċedola inizjalment inħarġet in bjank mis-sottoskrivent, u kkompletata sussegwentement mill-benefiċjarju, din il-qorti għandha teżamina, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk id-dispożizzjonijiet miftiehma bejn il-partijiet għandhomx natura inġusta u, f’dan ir-rigward, tista’ teżiġi mill-professjonist li jipproduċi l-kitba li jikkonstata dawn id-dikjarazzjonijiet b’tali mod li l-imsemmija qorti tkun f’pożizzjoni li tiżgura r-rispett tad-drittijiet li l-konsumaturi jisiltu minn dawn id-direttivi.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>