18.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9705 — EXOR/GEDI)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 89/02)

1.   

Fl-24 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EXOR N.V., (“EXOR”, in-Netherlands),

—

GEDI Gruppo Editoriale S.p.A (“GEDI”, l-Italja).

EXOR takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv ta’ GEDI

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

EXOR: kumpanija azzjonarja b’investimenti f’diversi setturi (manifattura tal-karozzi, produzzjoni ta’ vetturi kummerċjali użat għall-agrikoltura, ir-riassikurazzjoni u l-futbol professjonali),

—

GEDI: pubblikazzjonijiet, komunikazzjoni diġitali, riklami, radju u televiżjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9705— EXOR/GEDI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).