Official Journal L 163 , 02/07/1996 P. 0019 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 ta' l-1 ta' Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu, Billi ntalab tagħrif addizzjonali dwar ċerti ismijiet innotifikati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 sabiex ikun żgurat illi ħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta' dan ir-Regolament; billi dan it-tagħrif addizzjonali juri illi d-denominazzjonijiet iħarsu l-Artikoli msemmija; billi għandhom għalhekk ikunu rreġistrati u miżjuda fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1107/96 ( [2]); Billi, wara d-dħul ta' tliet Stati Membri ġodda, il-perjodu taż-żmien ta' sitt xhur ipprovdut fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandu jibda fid-data ta' l-adeżjoni tagħhom; billi wħud minn dawn id-denominazzjonijiet innotifikati minn dawn l-Istati Membri jħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta' dan ir-Regolament u għandhom għalhekk jiġu rreġistrati; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Denominazzjoni ta' l-Oriġini, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Id-denominazzjonijiet fl-Anness ma' dan ir-Regolament huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS A. IL-PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT Il-Laħam frisk u l-ġewwieni IL-PORTUGALL - Il-Cabrito Transmontano (IOP) - Il-Carne Barrosã (IOP) - Il-Carne Maronesa (IOP) - Carne Mirandesa (IOP) Il-Prodotti bbażati fuq il-laħam L-ITALJA - Il-Bresaola della Valtellina (PGI) - Culatello di Zibello (IOP) - Il-Valle d’Aosta Jambon de Bosses (IOP) - Il-Valle d’Aosta Lard d’Arnad (IOP) - Il-Prosciutto di Carpegna (IOP) - Il-Prosciutto Toscano (IOP) - Il-Coppa Piacentina (IOP) - Il-Pancetta Piacentina (IOP) - Is-Salame Piacentino (IOP) Ġobnijiet IL-BELĠJU - Il-Fromage de Herve (IOP) FRANZA - Il-Fourme d’Ambert or Fourme de Montbrison (IOP) L-ITALJA - Il-Bitto (IOP) - Il-Bra (IOP) - Il-Caciocavallo Silano (IOP) [1] - Il-Castelmagno (IOP) - Il-Fiore Sardo (IOP) - Il-Monte Veronese (IOP) - Il-Pecorino Sardo (IOP) [2] - Il-Pecorino Toscano (IOP) [3] - Ir-Ragusano (IOP) - Ir-Raschera (IOP) - Ir-Robiola di Roccaverano (IOP) - It-Toma Piemontese (IOP) [4] - Il-Valle d’Aosta Fromadzo (IOP) - Il-Valtellina Casera (IOP) L-AWSTRIJA - It-Tiroler Graukäse (IOP) IL-PORTUGALL - Il-Queijo de cabra Transmontano (IOP) Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali (il-bajd, il-għasel, il-prodotti mill-ħalib għajr il-butir, eċċ.) IL-GREĊJA - Μέλι Ελάτης Μαινάλου Βανίλια - (Il-għasel fir Menalou Vanilia) (OEM) Iż-Żjut u x-xaħmijiet Iż-Żjut taż-żebbuġa L-ITALJA - L-Aprutino Pescarese (IOP) - Il-Brisighella (IOP) - Il-Collina de Brindisi (IOP) - Il-Canino (IOP) - Is-Sabina (IOP) L-AWSTRIJA - L-iSteierisches Kürbiskernöl (IĠP) Il-Frott, il-ħaxix ta' l-ikel u ċ-ċereali IL-GREĊJA - Φυστίκι Μεγάρων (Il-Megaron pistachio) (OEM) - Φυστίκι Αίγινας (L-Aeginapistachio) (OEM) - Σύκα Βραβρώνας Μαρκοπούλου Μεσογείων (It-tin Vravronas Markopoulou Mesogion) (OFJ) - Πορτοκάλια Μάλεμε Χανίων Κρήτης (Il-larinġ Khania Kreta) (OEM) Żebbuġ tal-mejda - Κονσερβολιά Αμφίσσης (Il-Konservolia Amfissis) (OEM) - Κονσερβολιά Άρτας (Il-Konservolia Artas) (OFJ) - Κονσερβολιά Αταλάντης (Il-Konservolia Atalantis) (OEM) - Κονσερβολιά Ροβίον (Il-Konservolia Rovion) (OEM) - Κονσερβολιά Στυλίδας (Il-Konservolia Stylidas) (OEM) - Θρούμπα Θάσου (It-Throumba Thassou) (OEM) - Θρούμπα Χίου (It-Throumba Chiou) (OEM) - Θρούμπα Αμπαδιάς Ρεθύμνης Κρήτης (It-Throumba Abadias Rethymnis Kreta) (OEM) L-ITALJA - Il-Fagiolo di Lamon della Vallata Bellunese (IĠP) - Il-Fagiolo di Sarconi (IĠP) - Il-Farro della Garfagnana (IĠPI) - Il-Peperone di Senise (IĠP) - Il-Pomodoro S. Marzano dell’Agro Sarnese-Nocerino (IOP) - Il-Marrone del Mugello (IĠP) - Il-Marrone di Castel del Rio (IĠP) - Ir-Riso Nano Vialone Veronese (IĠP) - Ir-Radicchio Rosso di Treviso (IĦĠ) - Ir-Radicchio Variegato di Castelfranco (IĠP) L-AWSTRIJA - Il-Marchfeldspargel (IĠP) Il-Ħut frisk, il-molluski u l-krustaċji u l-prodotti ddervati minnhom IL-GREĊJA - Αυγοτάραχο Μεσολογγίου (bajd tal-ħut Messolongi) (OEM) B. L-OĠĠETTI TA' L-IKEL ELENKATI FL-ANNESS I MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92 Il-Ħobż, il-għaġina, il-kejkijiet, l-oġġetti tal-ħelu, il-gallettini u oġġetti oħra tal-furnar għall-bejgħ IL-ĠERMANJA - In-Nürnberger Lebkuchen (IĠP) - Il-Lübecker Marzipan (IĠP) [1] Ma kenitx mitluba l-protezzjoni għall-isem "Caciocavallo". [2] Ma kenitx mitluba l-protezzjoni għall-isem "Pecorino". [3] Ma kenitx mitluba l-protezzjoni għall-isem "Pecorino". [4] Ma kenitx mitluba l-protezzjoni għall-isem "Toma". --------------------------------------------------