|
12.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/746
tat-28 ta’ Marzu 2023
li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tal-adozzjoni ta’, jew emendi għal, standards internazzjonali u prattiki rakkomandati, u n-notifika ta’ differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali adottati
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li ġiet iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”), daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Din stabbiliet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) u tirregola t-trasport bl-ajru internazzjonali. |
|
(2) |
L-Istati Membri huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u Stati Kontraenti tal-ICAO, filwaqt li l-Unjoni għandha status ta’ osservatur f’ċerti korpi tal-ICAO. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 54(l) tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kunsill tal-ICAO (“Kunsill tal-ICAO”) jista’ jadotta standards u prattiki rakkomandati internazzjonali (“SARPs”) għall-avjazzjoni ċivili u jagħtihom l-isem ta’ Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (“Annessi tal-ICAO”). |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kwalunkwe Anness tal-ICAO jew kwalunkwe emenda għal Anness tal-ICAO ssir effettiva fi żmien tliet xhur minn meta tiġi ppreżentata lill-Istati Kontraenti tal-ICAO, jew fl-aħħar ta’ kull perjodu itwal ta’ żmien li l-Kunsill tal-ICAO jippreskrivi, sakemm sadanittant ma jkunx hemm maġġoranza ta’ Stati Kontraenti tal-ICAO li jirreġistraw id-diżapprovazzjoni tagħhom. Ladarba jkunu ġewadottati mill-Kunsill tal-ICAO u jkunu sarueffettivi, l-istandards internazzjonali jorbtu lill-Istati Kontraenti kollha tal-ICAO, inkluż l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fi ħdan il-limiti stabbiliti fiha, b’mod partikolari fl-Artikoli 37 u 38 tagħha. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kwalunkwe Stat Kontraenti tal-ICAO li jsib li jkun imprattikabbli li jikkonforma fl-aspetti kollha ma’ kwalunkwe standard internazzjonali jew li jġib ir-regolamenti jew il-prattiki tiegħu stess f’konformità sħiħa ma’ kwalunkwe standard internazzjonali wara l-emendar ta’ dan tal-aħħar, jew li jqis li jkun meħtieġ li jiġu adottati regolamenti jew prattiki li jvarjaw fi kwalunkwe aspett partikolari minn dawk stabbiliti minn standard internazzjonali, għandu jagħti notifika immedjata lill-ICAO dwar id-differenzi bejn ir-regolamenti u l-prattiki tiegħu stess u dawk stabbiliti mill-istandard internazzjonali. Fil-każ ta’ emendi għall-istandards internazzjonali, kwalunkwe Stat li ma jagħmilx l-emendi xierqa għar-regolamenti jew għall-prattiki tiegħu stess għandu jagħti notifika lill-ICAO fi żmien sittin jum mill-adozzjoni tal-emenda għall-istandard internazzjonali, jew għandu jindika l-azzjoni li jipproponi li jieħu. |
|
(6) |
Ir-regoli interni tal-ICAO, b’mod partikolari dawk li jikkawżaw l-aħħar verżjonijiet tad-dokumenti għal deċiżjonijiet rigward SARPs ġodda jew emendi lis-SARPs biex ikunu disponibbli għall-Kunsill tal-ICAO tard biss, l-iskadenzi stabbiliti mill-ICAO biex l-Istati Kontraenti tal-ICAO jinnotifikaw id-differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali, kif ukoll in-numru kbir ta’ differenzi fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni, tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li għandhom jiġu nnotifikati kull sena, jagħmlu diffiċli li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni f’Deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-waqt biex SARPs ġodda jew emendi għal SARPs jiġu adottati, jew biex kull differenza tiġi notifikata. |
|
(7) |
Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji u l-proċedura li għandhom jiġu segwiti biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni rigward l-adozzjoni ta’ SARPs jew l-emendi għal SARPs, sa fejn dawk is-SARPs ikunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, kif ukoll fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jiġu diżapprovati jew li ma jiġux diżapprovati l-SARPs skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fir-rigward tan-notifika tad-differenzi b’rabta mal-istandards internazzjonali skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. |
|
(8) |
Minħabba l-ispeċifiċità tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, in-navigazzjoni bl-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru meta mqabbla ma’ oqsma oħrajn indirizzati mill-ICAO, b’mod partikolari l-għadd kbir ta’ SARPs adottati f’dawk l-oqsma mill-Kunsill tal-ICAO kull sena u l-għadd ta’ differenzi li jkollhom jiġu nnotifikati kull sena, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tirrelata biss mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, man-navigazzjoni bl-ajru u mal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru sabiex jiġu ssimplifikati l-proċessi biex tiġi stabbilita malajr il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni għall-adozzjoni ta’ SARPs ġodda u emendi għal SARPs, id-deċiżjoni li jiġu diżapprovati jew ma jiġux diżapprovati SARPs jew emendi lis-SARPs adottati mill-Kunsill tal-ICAO u li jiġu indirizzati għadd kbir ta’ notifiki b’mod effiċjenti. |
|
(9) |
Is-SARPs adottati mill-Kunsill tal-ICAO fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jistgħu jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni u jistgħu jkunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa effiċjenti u xieraq, permezz ta’ deċiżjoni, li tistabbilixxi ‘l-kriterji u l-proċedura li għandhom jiġu segwiti għall-istabbiliment tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fir-rigward tas-SARPs f’dawk l-oqsma, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri bħala Stati Kontraenti tal-ICAO skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Fil-livell tal-ICAO, is-SARPs għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jinsabu prinċipalment fl-Annessi 1, 2, 3, 4, 6, 8, 10, 11, 14, 15, 18 u 19 tal-ICAO. |
|
(10) |
Fil-livell tal-Unjoni, ir-rekwiżiti li jinsabu fis-SARPs għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili huma primarjament riflessi u msemmijin fir-Regolament (UE) 2018/1139 (1) fir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fl-atti ta’ implimentazzjoni u dawk delegati adottati fuq il-bażi tagħhom, b’mod partikolari r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (3), (UE) Nru 748/2012 (4), (UE) Nru 965/2012 (5), (UE) Nru 139/2014 (6), (UE) Nru 452/2014 (7), (UE) Nru 1321/2014 (8), (UE) 2015/640 (9), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (10), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (11), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/664 (12). |
|
(11) |
Fil-livell tal-Unjoni, ir-rekwiżiti li jinsabu fis-SARPs għan-navigazzjoni bl-ajru u għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru huma primarjament riflessi u msemmijin fir-Regolamenti (KE) Nru 549/2004 (13), (KE) Nru 550/2004 (14), (KE) Nru 551/2004 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fl-atti ta’ implimentazzjoni u dawk delegati adottati abbażi tagħhom, b’mod partikolari r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (16), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 (17), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 (18), u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 (19). |
|
(12) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICAO f’oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kunsill jadotta, fuq proposta tal-Kummissjoni, deċiżjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 218(9) TFUE li jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICAO b’mod partikolari f’oqsma li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż fejn il-kompetenza kondiviża tal-Unjoni tkun għadha ma ġietx eżerċitata. |
|
(13) |
Ħlief f’każijiet partikolari li jirrigwardaw in-notifika ta’ ċerti differenzi li jirriżultaw mill-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq dokument ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xieraq biex jippermetti -diskussjoni u approvazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tibda tħejji tali dokument mill-aktar fis possibbli sabiex tippermetti biżżejjed żmien biex dan jitħejja, inkluż għal kwalunkwe konsultazzjoni xierqa li jkollha titwettaq fil-livell tal-esperti. Jenħtieġ li d-dokument tal-Kummissjoni, fejn xieraq u skont il-każ, jindika jekk jenħtieġx li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-adozzjoni ta’ SARPs ġodda jew emendi lis-SARPs mill-Kunsill tal-ICAO, u, f’tali każijiet, il-firxa ta’ tali flessibbiltà’ u l-kondizzjonijiet għal qbil dwarhom, jew fir-rigward tal-forma tan-notifika tad-differenzi kkonċernati. Fejn meħtieġ mill-ICAO, in-notifika tad-differenzi jenħtieġ li ssegwi l-format iddefinit mill-ICAO fis-sistema tal-Iffajljar Elettroniku tad-Differenzi. Fejn, skont din id-Deċiżjoni, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni tkun stabbilita f’dokument ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Kunsill għad-diskussjoni u l-approvazzjoni, dak id-dokument jenħtieġ li, fejn xieraq u skont il-każ, jindika jekk jenħtieġx li tingħata flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-forma tan-notifika tad-differenzi kkonċernati. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tibda tħejji tali dokument mill-aktar fis possibbli sabiex tippermetti biżżejjed żmien biex dan ikun ippreparat, inkluż għal kwalunkwe konsultazzjoni xierqa li jkollha titwettaq fil-livell tal-esperti. |
|
(14) |
Fir-rigward tal-adozzjoni ta’ SARPs ġodda jew emendi għal SARPs u deċiżjonijiet li jiġu diżapprovati jew ma jiġux diżapprovati SARPs jew emendi għal SARPs adottati mill-Kunsill tal-ICAO, id-dokument ippreżentat mill-Kummissjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għanijiet u l-linji gwida stabbiliti fl-Anness u jenħtieġ li jqis il-materjal ipprovdut mill-ICAO qabel kwalunkwe deliberazzjoni dwar SARPs ġodda jew emendi għal SARPs fil-Kunsill tal-ICAO kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) f’konformità mal-Artikolu 90(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, fejn applikabbli. |
|
(15) |
Il-pożizzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ SARPs ġodda jew emendi għal SARPs mill-Kunsill tal-ICAO jenħtieġ li tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni. |
|
(16) |
Jenħtieġ li l-pożizzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar jekk jiġux diżapprovati jew ma jiġux diżapprovati SARPs ġodda jew emendi għal SARPs adottati mill-Kunsill tal-ICAO tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-ICAO, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni. |
|
(17) |
Id-differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali adottati, li għandhom jiġu nnotifikati lill-ICAO, jenħtieġ li jkunu bbażati b’mod partikolari fuq l-informazzjoni pprovduta mill-EASA f’konformità mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139, fejn applikabbli. |
|
(18) |
Id-differenzi fir-rigward ta’ standards internazzjonali adottati mill-Kunsill tal-ICAO jistgħu jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni minħabba l-adozzjoni ta’ standard internazzjonali ġdid jew emendat mill-Kunsill tal-ICAO jew minħabba bidla fil-liġi tal-Unjoni.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni rigward tali differenzi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq dokument ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xieraq biex tippermetti diskussjoni u approvazzjoni. |
|
(19) |
Id-differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali adottati mill-Kunsill tal-ICAO jistgħu jirriżultaw ukoll minn miżuri nazzjonali adottati skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139 fil-każ ta’ ċirkostanzi urġenti mhux prevedibbli, fejn dawk il-miżuri jvarjaw mill-istandards internazzjonali u għalhekk jeħtieġu n-notifika tad-differenzi lill-ICAO skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għalhekk huwa xieraq ukoll f’din id-Deċiżjoni li jiġu stabbiliti l-kriterji u l-proċedura li għandhom jiġu segwiti għall-identifikazzjoni ta’ tali differenzi. Dik il-proċedura jenħtieġ li tiddependi fuq il-kamp ta’ applikazzjoni u fuq id-durata tal-miżuri nazzjonali adottati u jenħtieġ li tippermetti lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago mingħajr dewmien. Dik il-proċedura jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(20) |
Il-pożizzjoni fir-rigward tad-differenzi fl-istandards internazzjonali adottati, li għandhom jiġu nnotifikati lill-ICAO, jenħtieġ li tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-ICAO, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni. |
|
(21) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ma tinvolvix ksur tal-obbligi tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. |
|
(22) |
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’konformità mal-istatus ta’ osservatur tal-Unjoni, jaġixxu f’kooperazzjoni mill-qrib f’konformità mad-dmir tagħhom ta’ kooperazzjoni sinċiera. |
|
(23) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika għal perjodu ta’ żmien limitat, jiġifieri biss sa wara s-sessjoni tal-Kunsill tal-ICAO wara t-42 Assemblea tal-ICAO. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill evalwazzjoni bil-miktub tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni biex isservi bħala l-bażi għal kwalunkwe estensjoni potenzjali ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal kwalunkwe emenda għaliha. |
|
(24) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kriterji u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICAO fir-rigward tal-adozzjoni ta’, jew emendi għal, standards internazzjonali u prattiki rakkomandati, u n-notifika tad-differenzi fir-rigward ta’ standards internazzjonali adottati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (Kunsill tal-ICAO), meta dak il-korp jintalab jadotta standards internazzjonali u prattiki rakkomandati ġodda (“SARPs”) jew emendi għal SARPs fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-ġestjoni tat-traffiku relatati mal-Annessi 1, 2, 3, 4, 6, 8, 10, 11, 14, 15, 18 u 19 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”), sa fejn tali SARPs jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u jkollhom effetti legali skont it-tifsira tal-Artikolu 218(9) TFUE, għandha tiġi stabbilita skont il-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Fejn il-Kunsill tal-ICAO jkollu jadotta SARPs ġodda jew emendi għal SARPs kif imsemmijin fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
fi żmien xieraq u mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa tal-Kunsill tal-ICAO fejn ikunu ser jiġu adottati SARPs ġodda jew emendi għal SARPs, tippreżenta lill-Kunsill, għad-diskussjoni u l-approvazzjoni, dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-abbozz ta’ pożizzjoni li tkun ser tittieħed f’isem l-Unjoni; f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fil-każ tal-adozzjoni urġenti ta’ SARPs ġodda jew ta’ emenda, jew tas-sospensjoni temporanja tad-dħul fis-seħħ ta’ SARPs jew ta’ emenda, fejn it-test tal-abbozz ta’ SARPs jew emendi rilevanti jkun disponibbli inqas minn xahar qabel id-data tal-laqgħa tal-Kunsill tal-ICAO fejn dawk is-SARPs jew l-emendi jkunu ser jiġu adottati, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tippreżenta d-dokument lill-Kunsill mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tkun irċeviet l-abbozzi ta’ SARPs ġodda jew l-abbozzi ta’ emendi mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”). |
|
(b) |
fi żmien xieraq u mill-inqas xahar qabel l-iskadenza stabbilita mill-ICAO għar- reġistrazzjoni ta’ diżapprovazzjoni minn Stati kontraenti skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, tippreżenta lill-Kunsill, għad-diskussjoni u l-approvazzjoni, dokument li jistabbilixxi l-abbozz ta’ pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni. Fejn xieraq, il-pożizzjoni msemmija fil-punt b) tal-ewwel subparagrafu tista’ tiġi inkluża fid-dokument ippreżentat lill-Kunsill skont il-punt a) tal-ewwel subparagrafu. |
2. Id-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), għandhom ikunu bbażati fuq l-għanijiet u l-linji gwida stabbiliti fl-Anness u jqisu l-informazzjoni u l-materjal rilevanti kollha pprovduti mill-ICAO qabel kwalunkwe deliberazzjoni u, kif xieraq, l-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) f’konformità mal-Artikolu 90(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, fejn applikabbli.
3. Bidliet żgħar mhux sostantivi għall-pożizzjoni approvata mill-Kunsill skont il-paragrafu 1, punt a), jistgħu jiġu miftiehma fuq il-post, fid-dawl tal-iżviluppi fis-sessjoni tal-Kunsill tal- tal-ICAO, mill-Istati Membri flimkien mar-rappreżentant tal-Unjoni f’konformità mad-dmir ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Id-dokumenti li jistabbilixxu l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni skont il-paragrafu 1, punt a), għandhom jindikaw jekk jistgħux jiġu miftiehma aġġustamenti oħrajn għal dik il-pożizzjoni fuq il-post, fid-dawl tal-iżviluppi fil-laqgħa tal-Kunsill tal-ICAO. Dawk l-aġġustamenti ma għandhomx jaffettwaw l-essenza u l-iskop tal-pożizzjoni.
4. Il-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt a) għandha tiġi espressa fi ħdan il-Kunsill tal-ICAO mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Il-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt b) għandha tiġi espressa mill-Istati Membri kollha filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 3
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICAO dwar in-notifika ta’ differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali li jinsabu fl-Annessi 1, 2, 3, 4, 6, 8, 10, 11, 14, 15, 18 u 19 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, sa fejn tali standards internazzjonali jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, għandha tiġi stabbilita skont il-kriterji u l-proċedura stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Meta l-liġi tal-Unjoni tkun differenti mill-istandards internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni u notifika lill-ICAO ta’ dawk id-differenzi għalhekk tkun meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xieraq u mill-inqas xahrejn qabel kwalunkwe skadenza stabbilita mill-ICAO għan-notifika tad-differenzi, tippreżenta lill-Kunsill, għad-diskussjoni u l-approvazzjoni, dokument, ibbażat b’mod partikolari fuq l-informazzjoni pprovduta mill-EASA f’konformità mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139, fejn applikabbli, biex jiġu stabbiliti d-dettalji tad-differenzi li għandhom jiġu nnotifikati lill-ICAO, u, fejn xieraq, biex tiġi indikata liema flessibbiltà hija disponibbli lill-Istati Membri fir-rigward tal-forma tan-notifika.
Il-pożizzjoni li tkun ser tittieħed skont dan l-Artikolu għandha tiġi espressa mill-Istati Membri kollha filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interessi tal-Unjoni.
Artikolu 5
1. Meta Stat Membru jadotta, f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139, miżuri nazzjonali li jagħtu eżenzjonijiet li jikkonċernaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi individwali jew b’tul ta’ żmien totali li ma jaqbiżx it-tmien xhur, u fejn dawk il-miżuri nazzjonali jkunu differenti mill-istandards internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni u jeħtieġu n-notifika tad-differenzi minn dawk l-istandards f’konformità mal-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, dak l-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe differenza li għandha tiġi nnotifikata.
2. Meta l-eżenzjonijiet mogħtija f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139 ikunu ta’ applikazzjoni ġenerali u t-tul ta’ żmien totali tagħhom jaqbeż it-tmien xhur, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifikaha dwar dawk l-eżenzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u, fejn applikabbli, wara li tirċievi r-rakkomandazzjoni tal-EASA f’konformità mal-Artikolu 71(2) ta’ dak ir-Regolament, tippreżenta lill-Kunsill, għad-diskussjoni u l-approvazzjoni, dokument, filwaqt li tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat u, fejn applikabbli, l-informazzjoni pprovduta mill-EASA f’konformità mal-Artikolu 90(4) ta’ dak ir-Regolament, li jistabbilixxi d-dettalji tad-differenzi li għandhom jiġu nnotifikati lill-ICAO.
Il-pożizzjoni li tkun ser tittieħed skont dan il-paragrafu għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li jkunu adottaw miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jirrikjedu n-notifika ta’ differenzi filwaqt li jaġixxu fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 6
L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhiex tinvolvi ksur tal-obbligi tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago.
Artikolu 7
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2025.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport li janalizza l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u b’mod partikolari l-effettività tagħha u l-frekwenza tal-użu tagħha, mill-inqas erba’ xhur qabel id-data tal-iskadenza tagħha.
3. Fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jestendi l-applikazzjoni tagħha jew inkella jemenda din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/664 tat-22 ta’ April 2021 dwar qafas regolatorju għall-U-space (ĠU L 139, 23.4.2021, p. 161).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20).
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20).
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3).
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1).
ANNESS
GĦANIJIET U LINJI GWIDA GĦAT-TWAQQIF TAL-POŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JITTIEĦDU F'ISEM L-UNJONI FI ĦDAN L-ORGANIZZAZZJONI TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI INTERNAZZJONALI
Għanijiet
|
1. |
Il-promozzjoni ta' sistema tat-trasport bl-ajru sikura, effiċjenti, bi prestazzjoni tajba, miftuħa u ambjentalment korretta f'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2020 dwar l-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti — inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur. |
|
2. |
Il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' kooperazzjoni reġjonali u ta' sistemi tal-avjazzjoni reġjonali, u appoġġ għar-rikonoxximent tagħhom mill-ICAO u mill-Istati Kontraenti tagħha, kif ukoll l-integrazzjoni tagħhom fil-qafas tal-ICAO. |
|
3. |
Il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' regoli u politiki li jiżguraw operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru sikuri u t-twettiq ta' sorveljanza xierqa fuq ir-regoli tas-sikurezza, f'konformità mal-qafas regolatorju għas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2018/1139 (1) u filwaqt li jitqies ir-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. |
|
4. |
Il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistemi tan-navigazzjoni bl-ajru effiċjenti, bi prestazzjoni tajba u interoperabbli, f'konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 549/2004 (2), (KE) Nru 550/2004 (3) u (KE) Nru 551/2004 (4) u filwaqt li jitqies il-Pjan Globali tan-Navigazzjoni bl-Ajru u l-immodernizzar tal-blokok tas-sistemi tal-avjazzjoni (ASBUs). |
|
5. |
It-tkomplija tal-appoġġ, inkluż fejn rilevanti permezz ta' assistenza teknika u attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet, l-iżvilupp fl-Istati Kontraenti kollha tal-ICAO ta' sistema globali tat-trasport bl-ajru sikura, effiċjenti u ambjentalment korretta, eż. permezz tal-proġetti tal-Unjoni tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI). |
Għanijiet
L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, għandhom jagħmlu kull sforz biex jappoġġaw l-azzjonijiet li ġejjin tal-ICAO:
|
1. |
sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' regoli u politiki li jiżguraw operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru sikuri u t-twettiq ta' sorveljanza adegwata fuq ir-regoli dwar is-sikurezza:
|
|
2. |
sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistemi tan-navigazzjoni bl-ajru effiċjenti, bi prestazzjoni tajba u interoperabbli:
|
|
3. |
sabiex jitkompla l-appoġġ għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport bl-ajru globali sikura, effiċjenti u ambjentalment korretta fl-Istati Kontraenti kollha tal-ICAO:
|
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20).