21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/26


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10930 – POST / BGL / BCEE / BIL / BDL / i-HUB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 440/10)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

POST Luxembourg (“POST”, il-Lussemburgu),

—

BGL BNP Paribas (“BGL”, il-Lussemburgu), li jappartjeni għall-grupp BNP Paribas (Franza),

—

Banque et Caisse d’Epargne de l’Etat, Luxembourg (“BCEE”, il-Lussemburgu),

—

Banque Internationale à Luxembourg S.A. (“BIL”, il-Lussemburgu), li jappartjeni għal Legend Holdings (iċ-Ċina),

—

Banque de Luxembourg (“BDL”, il-Lussemburgu), li jappartjenti għal Crédit Industriel et Commercial (Franza),

—

i-Hub S.A. (“i-Hub”, il-Lussemburgu), li bħalissa huwa kkontrollat bi sħab minn POST u BGL.

POST, BGL, BCEE, BIL u BDL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ i-Hub.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

POST: tipprovdi servizzi tal-posta, tat-telekomunikazzjoni, tal-ICT u bankarji fil-Lussemburgu. POST hija proprjetà kollha kemm hi tal-Istat tal-Lussemburgu;

—

BGL: istituzzjoni tal-kreditu li jipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji fil-Lussemburgu, fosthom servizzi bankarji lill-konsumatur, servizzi finanzjarji internazzjonali u servizzi bankarji korporattivi u istituzzjonali;

—

BCEE: istituzzjoni tal-kreditu li jipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji fil-Lussumburgu fosthom servizzi bankarji għall-konsumatur, servizzi finanzjarji internazzjonali u servizzi bankarji korporattivi u istituzzjonali. BCEE huwa proprjetà kollha kemm hi tal-Istat tal-Lussemburgu.

—

BIL: grupp bankarju privat li jopera f’attivitajiet bankarji għall-konsumatur, f’attivitajiet bankarji privati u korporattivi, u fl-assikurazzjoni, bil-Lussemburgu bħala l-punt fokali ġeografiku prinċipali tiegħu;

—

BDL: istituzzjoni tal-kreditu li jipprovi firxa ta’ servizzi bankarji fil-Lussemburgu, fosthom servizzi bankarji lill-konsumatur, servizzi finanzjarji internazzjonali u servizzi bankarji korporattivi u istituzjonali;

—

i-Hub: jipprovdi servizzi ta’ appoġġ għall-konformità, li jinvolvu, permezz tal-pjattaforma repożitorja, għajnuna lill-impriżi li jagħmlu kontrolli fil-kuntest biex jafu min huma l-klijenti tagħhom biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ kontra l-ħasil tal-flus.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10930 – POST / BGL / BCEE / BIL / BDL / i-HUB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.