|
27.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/60 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 711/2014
tas-26 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 tal-Kunsill (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li tali Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
122,4 |
0 |
AR |
|
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
134,3 147,4 |
0 0 |
AR BR |
|
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta' sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
294,3 220,5 315,7 254,6 |
2 24 0 14 |
AR BR CL TH |
|
0207 14 60 |
Koxox tat-tiġieġ, iffriżati |
135,0 |
2 |
BR |
|
0207 27 10 |
Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjani, iffriżati |
312,5 323,6 |
0 0 |
BR CL |
|
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedak u tiġieġ |
267,9 |
6 |
BR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p.19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”