Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tiddikjara li ċerti kuntratti konklużi mir-rikorrenti dwar il-bejgħ ta’ proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ proprjetà pubblika f’Neubrandenburg ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, sa fejn din tal-aħħar ma ħaditx pożizzjoni fuq dawn il-kuntratti abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG.