<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-130/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0130</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1052">EU:C:2020:1052</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>44</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>44</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Hogan – Kawża C‑130/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Qorti Ewropea tal-Awdituri vs Pinxten</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Hogan</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑130/19</HT></P><P>Il‑Qorti Ewropea tal-Awdituri</P><P>vs</P><P>Karel Pinxten</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Artikolu 286(6) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ ex Membru tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija tad-dritt għall-pensjoni jew għal benefiċċji oħra minflokha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Liema huma r-regoli legali u l-istandards etiċi li jirregolaw l-imġiba ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>QEA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u liema huma s-sanzjonijiet rilevanti jekk dawn l-istandards jinkisru? Dawn huma l-kwistjonijiet fundamentali li jitqajmu b’dan ir-rikors li issa ġie ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, permezz tar-rikors tagħha, il-QEA titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li K. Pinxten ma wettaqx l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-QEA. Il-QEA ssostni li K. Pinxten aġixxa bi ksur tal-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 285 u 286 TFUE. Għalhekk, hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja timponi sanzjoni xierqa kif previst fl-Artikolu 286(6) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kawża hija l-ewwel waħda li tinvolvi (ex) Membru tal-QEA li tressqet b’riferiment għall-Artikolu 286(6) TFUE. Din l-aħħar dispożizzjoni tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Membru tal-Qorti ta’ l-Awdituri jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu jew jittneħħielu d-dritt tiegħu għall-pensjoni jew benefiċċji oħra minflokha biss jekk il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq talba tal-Qorti ta’ l-Awdituri, ssib li m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa, jew li mhux qiegħed jaqdi, l-obbligazzjonijiet tal-kariga tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. B’mod iktar ġenerali, wieħed jista’ josserva li l-Qorti tal-Ġustizzja sa issa tat biss sentenza waħda abbażi ta’ dispożizzjoni li tixxiebah tat-Trattat applikabbli għall-Kummissarji, jiġifieri s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din il-kawża, għalhekk, tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja opportunità ġdida, minn naħa, sabiex tiċċara ċerti partikolaritajiet proċedurali b’rabta ma’ din il-forma ta’ proċeduri u, min-naħa l-oħra, sabiex tindika l-istandards ta’ mġiba meħtieġa minn persuni li jokkupaw kariga għolja fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Fi żmien meta qiegħed ikun hemm, mill-inqas, dubji<?PAGE NO="2"?> dwar il-leġittimità tal-Unjoni Ewropea, tal-istituzzjonijiet tagħha u tan-nies li jaqduhom, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar din il-kwistjoni, bla dubju, tkun titqies bħala waħda ta’ importanza kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-QEA hija waħda mis-seba’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Bħala tali, hemm iddedikati għaliha tliet artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Artikoli 285, 286 u 287.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 285 TFUE jipprevedi li Membri tal-QEA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>għandhom jaqdu dmirijiethom f’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. It-tieni nett, l-Artikolu 286(3) TFUE jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[f]il-qadi [tad]-doveri [tagħhom], il-membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri la jistgħu jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor [u li huma g]ħandhom jastjenu minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-doveri tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. L-Artikolu 286(4) TFUE iżid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[i]l-membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri ma jistgħux, matul iż-żmien tal-kariga tagħhom, jagħmlu xogħol ieħor, sew jekk bi ħlas sew jekk le. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament Nru 2290/77 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat‑<DATE ISO="19771018">18 ta’ Ottubru 1977</DATE> li jistabbilixxi l-emolumenti tal-membri tal-Qorti tal-Awdituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 87.</P></NOTE>, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1293/2004 tat‑<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 119.</P></NOTE>, kien jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Membru tal-Qorti ta’ l-Awdituri li waqt il-qadi ta’ dmirijietu jkun meħtieġ jivvjaġġa ’l hinn mill-post tal-lokalità proviżorja tal-Qorti għandu jkun intitolat għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-rimborż ta’ l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ir-rimborż ta’ l-ispejjeż tal-lukanda (kamra, servizzi u taxxi biss);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>allowance ta’ sussistenza ugwali, għal kull ġurnata sħiħa ta’ assenza, għal 105 % tal-allowance ta’ sussistenza ta’ kuljum kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jkun fuq missjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE> dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 248, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>investigazzjonijiet interni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>).</ALINEA><ALINEA>Dawk l-investigazzjonijiet interni għandhom jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament u fid-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rispettiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu mħarsa:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess immedjat u mingħajr avviż għal kull informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni f’bażijiet tad-data, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom. L-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. L-Uffiċċju jista’ jieħu kopja ta’ jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta’ kull mezz ta’ informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta’ dawk id-dokumenti jew informazzjoni sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tagħha Nru 66‑2011 tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi l-Linji gwida dwar l-Etika għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas‑<DATE ISO="20111026">26 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-QEA ddeċidiet li l-Linji gwida dwar l-Etika mehmuża mad-deċiżjoni kienu applikabbli għall-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Dawn il-Linji gwida dwar l-Etika jipprovdu, b’mod partikolari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[…]</P><P>2.2. Għandna nġestu r-riżorsi tal-Qorti b’manjiera finanzjarja legali, regolari u soda. Il-Qorti għandha taġixxi bħala l-mudell eżemplari fil-ġestjoni finanzjarja: ir-riżorsi tagħha għandhom ikunu ġestiti b’konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju u ma kull regola applikabbli oħra; l-objettivi tagħha għandhom jintlaħqu b’manjiera ekonomika, effiċjenti u effettiva.</P><P>[…]</P><P>3.2. Għandna nwettqu d-doveri tagħna mingħajr ebda influwenza politika, nazzjonali jew esterna oħra.</P><?PAGE NO="4"?><P>3.3. Għandna nevitaw kull kunflitt ta’ interess, kemm jekk attwali jew apparenti. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, b’konnessjoni ma’ sħubija f’organizzazzjonijiet politiċi, pożizzjonijiet politiċi, sħubija f’bordijiet u interess finanzjarju fl-entitajiet ivverifikati. Għandna noqgħodu partikolarment attenti fuq kwistjonijiet bħal dawn u kif dawn jistgħu jiġu pperċepiti minn partijiet terzi.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li taw lok għat-tilwima</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>K. Pinxten kien Membru tal-QEA mill‑<DATE ISO="20060301">1 ta’ Marzu 2006</DATE> sat‑<DATE ISO="20180430">30 ta’ April 2018</DATE> meta skada l-mandat tiegħu. Huwa kien assenjat lill-Awla III ta’ dik l-istituzzjoni, responsabbli għall-awditjar tan-nefqa tal-Unjoni Ewropea għal relazzjonijiet esterni, tkabbir u għajnuna umanitarja. Mill‑<DATE ISO="20110404">4 ta’ April 2011</DATE> sat‑<DATE ISO="20180430">30 ta’ April 2018</DATE>, K. Pinxten kellu l-kariga ta’ Dekan tal-Awla III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Matul iż-żmien tal-kariga tiegħu, K. Pinxten kellu għas-servizz tiegħu karozza tal-kumpannija u karta tal-fjuwil li biha l-QEA setgħet tiġi ffatturata għall-fjuwil użat għall-karrozza tal-kumpannija tiegħu. Huwa kien ingħata wkoll żewġ karti addizzjonali tal-fjuwil li bihom seta’ jixtri fjuwil mingħajr taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u mingħajr dazju tas-sisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Bejn l‑2006 u l‑2014 il-QEA pprovdiet lil K. Pinxten b’xufier. Minn April 2014, K. Pinxten seta’ jitlob l-użu ta’ xufier assenjat lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>grupp tax-xufiera<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur tal-Finanzi tal-QEA. Sas‑<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, K. Pinxten kien responsabbli għall-iffirmar ta’ ordni ta’ missjoni għax-xufier responsabbli sabiex isuqu sabiex jiġi żgurat li s-sewwieq jiġi rrimborsat għall-ispejjeż tal-missjoni tiegħu u jitħallas allowances ta’ kuljum. Din is-setgħa kienet sussegwentement eżerċitata mis-Segretarju Ġenerali tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Matul iż-żmien tal-kariga tiegħu, K. Pinxten kien irrimborsat għal spejjeż ta’ rappreżentanza u ta’ ospitalità, spejjeż varji sostnuti matul missjonijiet awtorizzati, fuq talba tiegħu, mill-President tal-QEA, kif ukoll imħallas allowances ta’ kuljum b’rabta ma’ dawn il-missjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-investigazzjonijiet u l-proċeduri</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-miżuri preliminari adottati mill-QEA</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl‑2016 il-QEA waslitilha informazzjoni fejn kien allegat li kienu seħħew diversi irregolaritajiet serji relatati ma’ diversi missjonijiet ta’ K. Pinxten.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE> is-Segretarju Ġenerali tal-QEA għarraf verbalment lil K. Pinxten dwar l-akkuża magħmula kontrih. Is-servizzi tal-QEA wettqu wkoll analiżi tal-missjonijiet ta’ K. Pinxten u tax-xufiera tiegħu sabiex jidentifikaw irregolaritajiet li seta’ kien hemm. Wara diversi skambji bejn dawn is-servizzi u K. Pinxten, dan tal-aħħar, f’nota tat‑<DATE ISO="20160930">30 ta’ Settembru 2016</DATE>, ikkontesta kull obbligu li jirrimborsa spejjeż relatati mal-missjonijiet tiegħu jew ma’ dawk tax-xufiera tiegħu. Sussegwentement, issoktaw skambji bejn l-amministrazzjoni tal-QEA u K. Pinxten.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Barra minn dan, fis‑<DATE ISO="20160726">26 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-QEA kienet mgħarrfa li, wara inċident bejn il-karrozza uffiċjali tiegħu u l-vettura privata tiegħu stess fl‑2011, K. Pinxten seta’ wettaq frodi tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160901">1 ta’ Settembru 2016</DATE> il-President tal-QEA rrapporta dawn l-allegazzjonijiet verbalment lil K. Pinxten. F’nota tal-istess jum, K. Pinxten sostna li l-imsemmi inċident kien irriżulta minn ħabta bejn il-karozza uffiċjali tiegħu, misjuqa mix-xufier tiegħu, u l-karozza privata tiegħu, misjuqa minn ibnu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE> is-Segretarju Ġenerali tal-QEA, li kien qiegħed jaġixxi fuq istruzzjonijiet mill-President ta’ din l-istituzzjoni, bagħat fajl lill-OLAF b’rabta mal-attivitajiet ta’ K. Pinxten li kienu wasslu għal nefqa mhux dovuta possibbli mill-baġit tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Wara laqgħa inizjali miżmuma fil‑<DATE ISO="20170131">31 ta’ Jannar 2017</DATE>, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF għarraf formalment lill-President tal-QEA, fil‑<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>, li kienet infetħet investigazzjoni dwar irregolaritajiet li seta’ kien hemm li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li kienu jinvolvu lil K. Pinxten, fl-użu li kien għamel ta’ assi tal-QEA u fil-missjonijiet li huwa wettaq jew awtorizza, bi ksur tar-regoli applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170922">22 ta’ Settembru 2017</DATE>, l-OLAF għarraf lil K. Pinxten dwar il-ftuħ ta’ din l-investigazzjoni u dwar l-istatus tiegħu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> bħala parti minn din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20171120">20 ta’ Novembru 2017</DATE>, l-OLAF wettaq spezzjoni fl-uffiċċju ta’ K. Pinxten u ġabar diversi dokumenti. Wara analiżi preliminari ta’ dawn l-elementi, l-OLAF għarraf lil K. Pinxten, fil‑<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li l-portata tal-investigazzjoni kienet ġiet estiża, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għal abbużi li seta’ kien hemm ta’ drittijiet u ta’ privileġġi marbuta mal-pożizzjoni tiegħu bħala Membru tal-QEA, għal kunflitti ta’ interess u ksur ieħor li seta’ kien hemm skont l-Artikoli 285 u 286 TFUE, kif ukoll għal ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-QEA għall-Membri tal-Qorti tal-Awdituri (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>K. Pinxten instema’ oralment mill-investigaturi tal-OLAF fit‑<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>. Fil‑<DATE ISO="20180515">15 ta’ Mejju 2018</DATE> K. Pinxten issottometta osservazzjonijiet bil-miktub lill-OLAF wara li dak l-uffiċċju kien issottometta, fis‑<DATE ISO="20180406">6 ta’ April 2018</DATE>, sommarju tal-fatti stabbiliti fi tmiem l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180702">2 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-QEA rċeviet ir-rapport finali tal-OLAF wara li kienet tlestiet l-investigazzjoni tiegħu. Dak ir-rapport ikkonkluda li K. Pinxten kien għamel użu ħażin mir-riżorsi tal-QEA fil-kuntest ta’ attivitajiet li ma kellhomx rabta ma’ dmirijietu, kien għamel użu ħażin mill-karti tal-fjuwil, u kien għamel użu ħażin mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ vettura għall-karozza uffiċjali tiegħu. Ir-rapport ikkonkluda wkoll li huwa kellu assenzi mhux iġġustifikati, li naqas milli jiddikjara ċerti attivitajiet esterni, li ttrażmetta informazzjoni kunfidenzjali b’mod mhux awtorizzat, u li kien ġie stabbilit li kien hemm kunflitti ta’ interess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Dan ir-rapport jinnota, b’mod partikolari, li 332 missjoni li kienu approvati jew ivvalidati minn K. Pinxten ma kinux relatati mal-qadi ta’ dmirijietu u li huwa uża fondi tal-QEA sabiex ikopri spejjeż ta’ rappreżentanza konnessi ma’ avvenimenti privati li ma kinux fl-interess tal-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi kkonstatati f’dan ir-rapport, l-OLAF irrakkomanda li l-QEA tibda proċeduri dixxiplinari kontra K. Pinxten. Huwa rrakkomanda wkoll li l-QEA tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li jkunu rkuprati EUR 472 869.09, li kienu jikkorrispondu għall-ispejjeż li l-QEA sostniet indebitament, u tqis li tirkupra EUR 97 954.52, korrispondenti għas-salarju mħallas għall-perijodi ta’ assenzi mhux iġġustifikati ta’ K. Pinxten.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Barra minn dan, peress li kien meqjus li xi wħud mill-fatti żvelati mill-investigazzjoni setgħu jikkostitwixxu reati kriminali, l-OLAF bagħat l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċeduri kriminali fil-Lussemburgu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-informazzjoni mibgħuta mill-OLAF, il-Prosekutur Pubbliku tat-Tribunal d’arrondissement de Luxembourg (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu), b’ittra tal‑<DATE ISO="20181001">1 ta’ Ottubru 2018</DATE>, talab li l-QEA tirrevoka l-immunità ta’ K. Pinxten minn proċeduri legali. Fil‑<DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, dik l-istituzzjoni laqgħet dik it-talba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċeduri fi ħdan il-QEA</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-QEA fdat lill-President tagħha l-inkarigu li jħejji rapport preliminari dwar l-allegazzjonijiet ta’ għemil ħażin irrapportati fir-rapport tal-OLAF kontra Pinxten.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-President tal-QEA bagħat rapport preliminari lill-Membri ta’ dik l-istituzzjoni. Ir-rapport irrakkomanda li l-QEA għandha titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>teżamina l-fatti kif stabbiliti u tiddetermina jekk K. Pinxten kienx naqas milli jwettaq l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Dak ir-rapport u r-rapport tal-OLAF intbagħtu lil K. Pinxten fl-istess jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20181119">19 ta’ Novembru 2018</DATE>, K. Pinxten bagħat osservazzjonijiet bil-miktub lill-QEA. Fis‑<DATE ISO="20181126">26 ta’ Novembru 2018</DATE>, huwa nstema’ mill-Membri ta’ dik l-istituzzjoni f’sessjoni <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, f’sessjoni <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, il-QEA ddeċidiet, wara li qieset ir-rapport tal-OLAF, ir-rapport preliminari tal-President tagħha, id-deċiżjoni ta’ revoka tal-immunità ta’ K. Pinxten minn proċeduri legali u l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub u orali, li tirreferi l-kwistjoni li tikkonċerna lil K. Pinxten lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 286(6) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">E.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, K. Pinxten ressaq kawża għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-QEA tal‑<DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE> li kklassifikat is-somma ta’ EUR 153 407.58 bħala pagament indebitu u ordnat li dik is-somma tiġi rkuprata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Kawża T‑386/19.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Dawk il-proċeduri għandhom karatteristiċi komuni ma’ din il-kawża sa fejn is-somma kkontestata hija relatata mal-fatti msemmija fil-kuntest tal-ewwel ilment imressaq f’din il-kawża. Dawk tal-ewwel ġew sospiżi mill-Qorti Ġenerali sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti s-sentenza f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ir-rikors tal-QEA kien ippreżentat fil‑<DATE ISO="20190215">15 ta’ Frar 2019</DATE>. Dan ir-rikors u d-difiża kienu ssupplimentati b’replika u b’kontroreplika. Iż-żewġ partijiet ippreżentaw sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-seduta tad‑<DATE ISO="20200929">29 ta’ Settembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-QEA qiegħda titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors ta’ K. Pinxten għal sospensjoni tal-proċeduri mill-Qorti tal-Ġustizzja sakemm jingħalqu l-proċeduri kriminali fil-Lussemburgu;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara li K. Pinxten waqaf milli jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu skont l-Artikoli 285 u 286 TFUE, u skont ir-regoli adottati skonthom;</P></ITEM><ITEM><P>timponi, għaldaqstant, is-sanzjoni kif prevista fl-Artikolu 286(6) TFUE, fejn il-QEA tħalli d-determinazzjoni tal-portata ta’ din is-sanzjoni għad-diskrezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara inammissibbli t-talba ta’ K. Pinxten għad-danni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil K. Pinxten għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>K. Pinxten qiegħed jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tissospendi l-proċeduri sakemm jingħalqu l-proċeduri kriminali;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-QEA tipproduċi r-rapport dwar l-awditu intern, għall-perijodu mill‑2012 sal‑2018, tal-ispejjeż tal-missjoni tal-Membri tal-QEA u tal-użu ta’ vetturi uffiċjali minn dawn il-membri kollha, u tispeċifika l-miżuri meħuda bħala riżultat ta’ dan ir-rapport, u tipproduċi n-noti relatati mal-pressjoni magħmula fuq l-awditur intern;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-QEA;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-QEA tħallsu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> bħala kumpens għad-danni morali subiti;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-QEA għall-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sottomissjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Bħala rimarka preliminari, għandu jiġi nnotat li l-partijiet issottomettew osservazzjonijiet bil-miktub voluminużi, u argumentaw, fil-parti kbira, b’riferiment għal iktar minn <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> paġna ta’ annessi. Ikun pjuttost inutli nipprova niġbor fil-qosor l-argumenti tagħhom kollha b’mod konċiż. Għal din ir-raġuni nipproponi li nillimita lili nnifsi hawnhekk li nelenka l-ilmenti invokati mill-QEA insostenn tar-rikors tagħha, u l-argumenti proċedurali mqajma minn K. Pinxten. Għall-bqija huwa biżżejjed f’dan l-istadju ninnota li K. Pinxten isostni li l-ilmenti kollha huma infondati u li l-fatti, fil-parti l-kbira tagħhom, ma humiex stabbiliti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ilmenti insostenn tar-rikors tal-QEA</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-QEA tinvoka ħames ilmenti insostenn tat-talba tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel ilment, relatat ma’ użu ħażin tar-riżorsi tal-QEA sabiex ikunu ffinanzjati attivitajiet mhux relatati jew inkompatibbli mad-dmirijiet ta’ Membru tal-QEA</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment tagħha, il-QEA tallega li K. Pinxten uża ħażin ir-riżorsi tal-QEA sabiex jiffinanzja attivitajiet li ma kinux relatati jew kienu inkompatibbli ma’ dmirijietu bħala Membru, bħal attivitajiet rikreattivi – jiġifieri safra lejn il-kumpless fil-muntanji ta’ Crans Montana (l-Isvizzera) mill‑21 sas‑<DATE ISO="20130826">26 ta’ Awwissu 2013</DATE> sabiex jipparteċipa fis-sessjoni tas-sajf tal-Forum ta’ Crans Montana, attivitajiet ta’ rikreazzjoni – bħal diversi vjaġġi għall-kaċċa inklużi tliet kaċeċ f’Chambord (Franza), vjaġġi turistiċi (partikolarment mawra f’Kuba mit‑30 ta’ Marzu sal‑<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>) u attendenza għal riċevimenti jew tiġijiet ta’ ħbieb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Huwa allegat ukoll li K. Pinxten talab rimborsi u ħlasijiet għal attivitajiet relatati mal-interessi personali tiegħu, b’mod partikolari b’rabta max-xiri ta’ vinja. Il-QEA tissottometti li huwa wettaq ukoll missjonijiet għal attivitajiet inkompatibbli ma’ dmirijietu, bħal attivitajiet politiċi fil-kuntest tal-involviment tiegħu mal-partit Open VLD. Fl-aħħar nett, jingħad li K. Pinxten, minn naħa, introduċa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>missjonijiet mingħajr allowances<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għal attivitajiet mhux relatati ma’ dmirijietu – sabiex jiżgura li ma kellux ikollu jħallas għall-mili tal-karozza uffiċjali użata fil-missjonijiet tiegħu – u, min-naħa l-oħra, uża l-karozza uffiċjali tiegħu u qabbad is-servizzi ta’ xufiera tal-QEA għal attivitajiet mhux relatati jew inkompatibbli ma’ dmirijietu, magħduda każijiet fejn huwa stess ma kienx fuq missjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Billi aġixxa b’dan il-mod huwa allegat li K. Pinxten naqas fl-obbligi tiegħu ta’ żvestiment ta’ interessi, indipendenza, imparzjalità, impenn, integrità, responsabbiltà, eżemplarità u trasparenza. Il-QEA tallega li din l-imġiba ammontat għal ksur tal-Artikoli 285 u 286 TFUE u ta’ diversi regoli oħra tad-dritt sekondarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>L-Artikoli 2 u 7 tar-Regolament Nru 2290/77; l-Artikoli 33 u 74 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20180718">18 ta’ Lulju 2018</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 193, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 60, p. 36</REF.DOC.OJ>); l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 38/2016 tal-QEA li tistabbilixxi r-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri; l-Artikoli 1, 2, 4 u 7 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA; il-punti 1.2., 2.2., 3.2., 3.3. u 3.7. tal-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA; l-Artikoli 20, 21 u 25 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-INTOSAI; l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 7‑2004 tal-QEA dwar l-ispejjeż ta’ rappreżentanza u ospitalità tal-Membri tagħha; l-Artikoli 4 sa 6 tad-Deċiżjoni Nru 33‑2004 tal-QEA dwar l-immaniġġar u l-użu tal-flotta ta’ karozzi fil-QEA.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni lment, relatat mal-użu ħażin u illegali ta’ privileġġi fiskali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont it-tieni lment il-QEA tallega li K. Pinxten għamel użu ħażin u illegali minn privileġġi fiskali. B’dan it-tieni motiv il-QEA tissottometti li, billi għamel użu ħażin u illegali mill-karti tal-fjuwil li kienu għad-dispożizzjoni tiegħu, K. Pinxten naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu ta’ integrità, kondotta eżemplari u żvestiment ta’ interessi. Ingħad ukoll li dan kien jammonta għal ksur tal-Artikoli 285 u 286 TFUE u ta’ sensiela ta’ regoli tad-dritt sekondarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-Artikolu 33 tar-Regolament 2018/1046; l-Artikolu 5 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri; l-Artikolu 7 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA; il-punti 1.2. u 2.2. tal-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA; l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 7‑2004.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tielet ilment, relatat ma’ dikjarazzjonijiet foloz ta’ assigurazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont it-tielet ilment huwa allegat li K. Pinxten għamel dikjarazzjonijiet foloz relatati ma’ talbiet ta’ assigurazzjoni fil-kuntest ta’ allegati inċidenti li jinvolvu l-vettura uffiċjali mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu u li fir-rigward tagħhom jingħad li huwa rċieva żewġ pagamenti indebiti ta’ kumpens. Wieħed kien jirrigwarda inċident irrapportat bejn il-karozza privata tiegħu, misjuqa minn ibnu, u l-karozza uffiċjali, misjuqa mix-xufier tiegħu. L-ieħor kien relatat ma’ inċident li fih ix-xufier tiegħu saq fuq bagalja li kien fiha flixkun inbid u diversi biċċiet ta’ ħwejjeġ. Madankollu, mix-xhieda tax-xufier, mogħtija matul l-investigazzjoni, jidher li x-xufier ma kienx involut fl-ewwel inċident, u li t-tieni inċident ma kienx wassal għall-konsegwenzi li kienu ġew iddikjarati lill-kumpannija tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Jekk din l-allegazzjoni partikolari hija minnha, allura jkun diffiċli li wieħed ma jaqbilx li K. Pinxten kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu ta’ integrità, kondotta eżemplari u żvestiment ta’ interessi, u b’hekk kiser l-Artikoli 285 u 286 TFUE u sensiela ta’ regoli tad-dritt sekondarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>L-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="103" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 103, p. 1</REF.DOC.OJ>); L-Artikolu 7 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA; il-punti 1.2. u 2.2. tal-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-raba’ lment, relatat mal-pożizzjoni mhux iddikjarata u illegali ta’ maniġer ta’ kumpannija kummerċjali u ta’ attività politika qawwija</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ lment, il-QEA tikkritika lil K. Pinxten minħabba li aġixxa bħala maniġer ta’ kumpannija kummerċjali u minħabba li daħal f’attività politika b’mod attiv fi ħdan partit politiku waqt li kien fil-kariga fil-QEA. Huwa għal darba oħra allegat li K. Pinxten, b’hekk, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu ta’ żvestiment ta’ interessi, indipendenza, imparzjalità, impenn, integrità, responsabbiltà, kondotta eżemplari u trasparenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa jkun kiser l-Artikoli 285 u 286 TFUE u sensiela ta’ regoli tad-dritt sekondarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>L-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri; l-Artikoli 5 u 6 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri; l-Artikoli 1 sa 4 u l-Artikolu 7 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA; il-punti 1.2., 2.2., 3.3. u 3.7. tal-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-ħames ilment, relatat mal-kunflitt ta’ interess maħluq fil-kuntest ta’ offerta għall-kiri ta’ appartament privat lill-kap ta’ entità awditjata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames ilment, il-QEA tallega li K. Pinxten ħoloq kunflitt ta’ interess billi offra servizz lill-kap ta’ entità awditjata. B’mod iktar preċiż, huwa akkużat li offra appartament privat għall-kiri lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, meta dik l-entità kienet taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Awla III li tagħha huwa kien id-dekan. Dan kien jaffettwa l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu jew, tal-inqas, seta’ ta din l-impressjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Huwa allegat li K. Pinxten għalhekk ħoloq sitwazzjoni li fiha kien hemm kunflitt ta’ interess u naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu ta’ żvestiment ta’ interessi, indipendenza, imparzjalità, integrità u kondotta eżemplari. Huwa allegat li f’dawn iċ-ċirkustanzi din il-kondotta ammontat għal ksur tal-Artikoli 285 u 286 TFUE u ta’ sensiela ta’ regoli tad-dritt sekondarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>L-Artikolu 61 tar-Regolament 2018/1046; l-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri; l-Artikolu 5 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri; l-Artikoli 1, 2 u 7 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA; il-punti 1.2., 2.2., 3.1., 3.3., 3.4. u 3.7. tal-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA; l-Artikolu 25 tal-Kodiċi ta’ Etika tal-INTOSAI.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">K. Pinxten</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Kif intqal iktar ’il fuq, K. Pinxten jissottometti li l-ilmenti kollha huma infondati u li l-fatti, fil-parti l-kbira tagħhom, ma humiex stabbiliti. Barra minn dan, huwa jressaq diversi argumenti b’rabta mal-aspetti proċedurali ta’ dan ir-rikors u mad-drittijiet tad-difiża tiegħu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rabta bejn dan ir-rikors u l-proċeduri kriminali pendenti fil-Lussemburgu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari, K. Pinxten jissottometti li l-prinċipju li skontu proċeduri dixxiplinari għandhom jistennew l-eżitu tal-proċess kriminali japplika f’din il-kawża. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa jikkontendi li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tagħti s-sentenza tagħha qabel ma jintemmu l-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, K. Pinxten jissottometti li, fil-kuntest tar-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 286(6) TFUE, huwa ma jgawdix mid-dritt ta’ aċċess għal qorti (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>droit au juge<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), lanqas mid-dritt ta’ aċċess għal żewġ livelli ta’ ġurisdizzjoni bi ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) u tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali ffirmata fi Strasbourg fit‑<DATE ISO="19841122">22 ta’ Novembru 1984</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Skont K. Pinxten il-Qorti tal-Ġustizzja taġixxi, skont l-Artikolu 286(6) TFUE, bħala awtorità dixxiplinari u mhux bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Għaldaqstant, K. Pinxten jikkontendi li huwa mċaħħad minn kull forma ta’ protezzjoni ġudizzjarja. Ikun isegwi li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 286 TFUE ma tistax tkun il-bażi għar-rikors ippreżentat mill-QEA.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-irregolarità tal-atti adottati mill-QEA sabiex il-kawża tinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>It-tieni nett, K. Pinxten jinvoka żewġ argumenti proċedurali b’rabta mad-deċiżjoni adottata mill-QEA sabiex il-kawża tinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Minn naħa, huwa jqis li l-għadd ta’ Membri tal-QEA li vvutaw favur li l-kawża tiġi rreferita lill-Qorti tal-Ġustizzja ma kienx biżżejjed. Filwaqt li l-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jeħtieġ maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħamsa ta’ dawn il-Membri – jiġifieri 23 Membru – 22 minnhom biss fil-fatt ivvotaw favur din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, filwaqt li l-Artikolu 8 u l-Artikolu 49(3) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jeħtieġu li s-smigħ ta’ Membru li jkun tressaq ilment kontrih jitmexxa mingħajr ebda interpretu jew membru tal-persunal tal-QEA, is-smigħ ta’ K. Pinxten tmexxa fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali u tal-Kap tas-Servizz Legali ta’ dik l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-ksur tar-rekwiżit ta’ żmien raġonevoli</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>It-tielet nett, K. Pinxten iqis li l-QEA kisret id-dritt tiegħu għal smigħ fi żmien raġonevoli billi kkontestat il-legalità tat-talbiet li huwa ressaq sa mill‑2006, anki jekk il-QEA kellha, mill-bidu nett tal-kariga tiegħu, l-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha sabiex taċċerta jekk dawk it-talbiet kinux leġittimi u, fi kwalunkwe każ, setgħet titlob kjarifika jekk din kienet meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Abbażi tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni, K. Pinxten jitlob li l-QEA tiġi preskritta milli tippreżenta rikorsi relatati ma’ fatti stabbiliti li kienu jmorru lura iktar minn tliet snin jew massimu ta’ ħames snin mill‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>, jiġifieri, id-data tar-rapport preliminari tal-QEA.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-investigazzjoni illegali tal-OLAF u r-rapport tiegħu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-investigazzjoni tal-OLAF, K. Pinxten isemmi tliet irregolaritajiet li jkollhom impatt fuq ir-rapport, li huwa l-bażi tar-rikors tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-ewwel, K. Pinxten jissottometti, essenzjalment, li l-OLAF estenda b’mod irregolari l-iskop tal-investigazzjoni tiegħu abbażi tal-analiżi tad-data misjuba matul l-ispezzjoni mwettqa fl-uffiċċju tiegħu. It-tieni, l-OLAF kiser id-dritt tiegħu għal ħajja privata billi ħa fajls privati, li xi wħud minnhom kien fihom komunikazzjonijiet mal-avukat tiegħu. It-tielet, l-OLAF allegatament kiser id-drittijiet tad-difiża tiegħu b’erba’ modi. L-ewwel, il-ġabra ta’ fatti kienet tassew qasira, it-tabelli mehmuża ma’ din il-ġabra ta’ fatti ma kinux jinftiehmu u mhux id-dokumenti kollha korroborattivi kienu ġew ikkomunikati. It-tieni, K. Pinxten allegatament ma nstemax dwar il-fatti kollha u kwistjonijiet rilevanti oħra li wasslu għar-rapport. It-tielet, l-argumenti tiegħu ma ġewx diskussi iżda biss ikkopjati fl-aħħar tar-rapport. Ir-raba’, l-assistent li kellu qabel ma kinitx irċeviet kopja tat-traskrizzjoni mis-smigħ orali tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat mill-QEA jqajjem għadd ta’ kwistjonijiet proċedurali u sostantivi. Naħseb, madankollu, li t-tweġiba għal bosta minnhom tiddependi min-natura intrinsika ta’ din il-proċedura u mill-iskop tal-missjoni tal-QEA u mid-dmirijiet tal-Membri tagħha. Nipproponi, għalhekk, li naqsam l-analiżi tiegħi f’erba’ taqsimiet. L-ewwel ser nipprova niddetermina n-natura tal-azzjoni prevista fl-Artikolu 286(6) TFUE u d-dmirijiet tal-Membri tal-QEA fid-dawl tal-funzjoni ta’ din l-istituzzjoni. Sussegwentement ser inqis il-kwistjonijiet proċedurali. Fl-aħħar, ser neżamina l-kawża fuq il-mertu u s-sanzjonijiet possibbli li għandhom jiġu applikati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rwol tal-QEA</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-natura tal-proċeduri skont l-Artikolu 286(6) TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 286(5) TFUE, minbarra sostituzzjoni normali jew mewt, id-dmirijiet ta’ Membru tal-QEA għandhom jintemmu meta huwa jirriżenja, jew ikun imġiegħel jirtira b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l‑Artikolu 286(6) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Din l-aħħar dispożizzjoni tgħid li Membru tal-QEA jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu jew jitneħħielu d-dritt tiegħu għal pensjoni jew benefiċċji oħra minflokha biss jekk il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq talba tal-QEA, tikkonstata li l-Membru ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa jew jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu. It-Trattat jipprevedi regola simili għall-Membri tal-Kummissjoni fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 245 TFUE. Fir-rigward tal-proċedura stabbilita minn din id-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li din kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>proċedura awtonoma<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li ma tistax titqabbel mal-proċeduri dixxiplinari li jkunu jinvolvu uffiċjal jew membru tal-persunal tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’mod iktar speċifiku, fl-unika kawża komparabbli, Il‑Kummissjoni vs Cresson<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-Avukat Ġenerali Geelhoed qies li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>minħabba li hemm rabta diretta bejn il-kondotta ta’ Kummissarju u d-dehra pubblika u l-funzjonament tal-istituzzjoni li fiha jkollu kariga, il-proċedura skont [it-tieni paragrafu tal-Artikolu 245 TFUE] hija <HT TYPE="ITALIC">ta’ natura</HT> <HT TYPE="ITALIC">kostituzzjonali</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż) iżda punt 94 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra). Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Din hija wkoll l-opinjoni tiegħi minħabba li huwa ċar li dawn id-dispożizzjonijiet jikkontribwixxu sabiex tkun żgurata n-natura demokratika tal-Unjoni Ewropea bħala ordni legali mwaqqfa, kif jisħaq l-Artikolu 2 TUE, fuq l-Istat tad-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Minn naħa, l-inkarigu tal-QEA, li ngħatat l-istatus ta’ istituzzjoni bit-Trattat ta’ Maastricht, huwa inizjalment iddefinit fi kliem ġenerali ħafna fl-Artikolu 285 TFUE. Dan jgħid li l-funzjoni tal-QEA huwa li twettaq l-awditu tal-Unjoni. L-Artikolu 287 TFUE, li jagħti d-dettalji ta’ dan l-inkarigu u jispjega kif il-QEA jeħtiġilha twettqu, jgħid, b’mod partikolari, fil-paragrafu 1, li l-QEA għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u l-ħruġ kollu tal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kollha stabbiliti mill-Unjoni u li hija għandha tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill stqarrija li biha tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, stqarrija li tista’ tiġi kkompletata b’evalwazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam maġġuri tal-attività tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-missjoni tal-QEA hija, għaldaqstant, li tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni, li tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, u li taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/MissionAndRole.aspx.</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, billi jiġi aċċettat il-kliem tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żmien tal-wegħda solenni mogħtija mill-ewwel Membri tal-QEA f’Ottubru 1977, il-QEA hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>l-kuxjenza finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-Qorti tal-Awdituri (1995), <HT TYPE="ITALIC">Auditing the Finances of the European Union</HT>, il-Lussemburgu, ktejjeb tal-Qorti tal-Awdituri, b’mod partikolari pp. 7 u 13.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu wkoll jitfakkar li t-Trattati stabbilixxew sistema għat-tqassim ta’ setgħat fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li tassenja lil kull waħda minnhom ir-rwol proprju tagħha fl-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u fit-twettiq tal-inkarigi fdati lill-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, dwar dan, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑539/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:733">EU:C:2011:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-660/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:616">EU:C:2016:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, il-ħolqien tal-QEA kien ippreżentat bħala garanzija ta’ bilanċ u ta’ imparzjalità fl-arkitettura istituzzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, dwar dan, Vardabasso, V., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>La cendrillon de l’histoire: la cour des comptes européenne et la démocratisation des institutions européennes<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <HT TYPE="ITALIC">Journal of European Integration History</HT>, Vol. 17(2), 2011, pp. 285‑302, b’mod partikolari p. 286.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-ħtieġa għal awditu estern tal-finanzi pubbliċi hija kondiviża b’mod wiesa’ u hija meqjusa bħala wieħed mill-pilastri tad-demokrazija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, dwar dan, Vardabasso, V., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., b’mod partikolari p. 300.</P></NOTE>. Huwa biss xieraq li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-persuni taxxabbli jkollhom garanzija dwar il-mod kif jittieħed u jintefaq dħul pubbliku. Bħala istituzzjoni gwardjana mhux maġġoritarja, il-QEA għandha rwol ewlieni fil-governanza demokratika, anki jekk, bħall-ġudikatura tal-Unjoni, din ix-xorta ta’ istituzzjoni ma hijiex direttament suġġetta għas-superviżjoni politika jew għall-vot popolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, dwar dan, Laffan, B., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Auditing and accountability in the European Union<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, <HT TYPE="ITALIC">Journal of European Public Policy</HT>, Vol. 10, Taylor u Francis, 2003, pp. 762‑777, b’mod partikolari p. 762.</P></NOTE>. L-element determinanti tal-leġittimità tal-QEA jinsab, għalhekk, fl-indipendenza tagħha u fl-importanza tar-rwol tagħha fit-trawwim ta’ governanza tajba u fil-promozzjoni tal-fiduċja tal-pubbliku fil-mod li bih it-tassazzjoni tal-Unjoni u dħul ieħor jintużaw korrettement bl-aħjar effikaċità fir-rigward tal-ispejjeż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, dwar dan, Laffan, B., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., l-iktar pp. 762 u 763.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, skont it-teorija ta’ Montesquieu kmieni sa mill‑1748, huwa ċar li dawk kollha li jkunu f’kariga jtendu li jabbużaw mis-setgħat tagħhom u jissoktaw jagħmlu hekk sakemm jitwaqqfu. Din hija r-raġuni għaliex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sabiex ma jitħalliex li jkun hemm abbuż ta’ setgħa, għandu jinħoloq dak kollu possibbli sabiex setgħa twaqqaf setgħa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Montesquieu, <HT TYPE="ITALIC">The Spirit of Law</HT>, Ktieb XI, Kapitolu 4 (traduzzjoni ta’ Stewart P., Société Montesquieu, Unité Mixte de Recherche 5037, CNRS, 2018, disponibbli fi http://montesquieu.ens-lyon.fr/spip.php?article2728). Fil-verżjoni oriġinali bil-Franċiż: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Pour qu’on ne puisse abuser du pouvoir, il faut que, par la disposition des choses, le pouvoir arrête le pouvoir<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (<HT TYPE="ITALIC">De l’Esprit des lois</HT>, Garnier Frères, Pariġi, 1961, pp. 162‑163).</P></NOTE>. Prinċipji ta’ separazzjoni ta’ setgħat kienu, għalhekk, irfinati mal-medda tas-snin sabiex l-istituzzjonijiet kollha – kemm dawk eletti u, daqstant importanti, dawk mhux eletti – ikunu suġġetti għal kontroll u superviżjoni. Illum huwa aċċettat li, f’demokrazija, kull setgħa titlob lil setgħa opposta tikkontrollaha bil-għan li timmoderaha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, dwar dan, Hourquebie, F., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>De la séparation des pouvoirs aux contre-pouvoirs: ‘l’esprit’ de la théorie de Montesquieu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fi Vrabie, G. (editur), <HT TYPE="ITALIC">L’évolution des concepts de la doctrine classique de droit constitutionnel</HT>, Institutul European, 2008, Iasi, ir-Rumanija, pp. 59‑67, b’mod partikolari p. 60.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 286(6) TFUE, b’hekk, tikkontribwixxi sabiex tkun żgurata n-natura demokratika tal-Unjoni Ewropea bħala ordni legali bbażata, kif jisħaq l-Artikolu 2 TUE, fuq l-Istat tad-dritt. Essenzjalment hija tipprovdi għal dak li jammonta għat-tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ Membru (jew, bħal f’din il-kawża, ta’ ex Membru) ta’ istituzzjoni tal-Unjoni meta l-kondotta ta’ din il-persuna tonqos milli tħares regoli demokratiċi xierqa. Hemm dispożizzjonijiet simili fil-kostituzzjonijiet nazzjonali u fil-liġijiet fundamentali ta’ ħafna Stati Membri fir-rigward ta’ okkupanti ta’ kariga kostituzzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, pereżempju, l-Artikolu 61 tal-Liġi Bażika Ġermaniża (li tipprovdi għat-tressiq tal-President Federali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għal ksur volontarju ta’ din il-Liġi Bażika jew ta’ Liġi Federali oħra<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) u l-Artikolu 12.3.1 tal-Kostituzzjoni tal-Irlanda (tneħħija tal-President tal-Irlanda minħabba inkapaċità permanenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>meta tali inkapaċità tiġi stabbilita għas-sodisfazzjoni tal-Qorti Suprema magħmula minn mhux inqas minn ħames imħallfin<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</P></NOTE>. Bħala tali, din il-proċedura hija, għalhekk, ta’ natura kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-fatt li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 286(6) TFUE hija l-unika waħda li fiha l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jeħtieġ li l-kawża tinqata’ mill-Qorti tal-Ġustizzja f’seduta plenarja – flimkien mal-Artikolu 228(2) TFUE għal kawżi li jinvolvu l-Ombudsman Ewropew, u mal-Artikoli 245 u 247 TFUE għal kawżi li jinvolvu Membri tal-Kummissjoni – juri, jekk hemm bżonn, l-importanza u n-natura straordinarja ta’ din il-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-Artikolu 16(4) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>. Dan ir-rekwiżit fih innifsu huwa biżżejjed sabiex juri l-fatt li din il-proċedura ma hijiex ta’ natura dixxiplinari, minħabba li l-karatteristika nnifisha ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ġustizzja dixxiplinari<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> hija preċiżament li ġeneralment tammonta għal forma ta’ sanzjoni privata bbażata fuq kuntratt, iktar milli l-ġustizzja pubblika mogħtija<?PAGE NO="14"?> minn okkupanti ta’ kariga ġudizzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, dwar dan, De Bernardinis, C., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Vers un modèle européen de régime disciplinaire des fonctionnaires<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, f’Potvin‑Solis, L. (editur), <HT TYPE="ITALIC">Vers un modèle européen de la fonction publique</HT>, Bruylant, Brussell, 2011, pp. 349‑372, b’mod partikolari p. 352.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, fi proċeduri dixxiplinari, l-istituzzjoni li timponi s-sanzjoni ma tkunx qorti skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta, iżda tkun pjuttost awtorità amministrattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, dwar dan, Pilorge‑Vrancken, J., <HT TYPE="ITALIC">Le droit de la fonction publique de l’Union européenne</HT>, Bruylant, Brussell, 2017, p. 364.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dmirijiet tal-Membri tal-QEA</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), anki jekk ksur ta’ ċertu grad ta’ gravità huwa meħtieġ qabel ma d-dispożizzjonijiet relattivi tal-Artikolu 245 TFUE jkunu jistgħu jinbdew kif imiss, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>il-membri tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jġibu ruħhom b’mod inattakkabbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-Membri tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, kif spjega l-Avukat Ġenerali Geelhoed f’dik il-kawża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>huwa essenzjali sabiex l-istituzzjonijiet tal-[Unjoni] jiffunzjonaw sewwa li persuni li jokkupaw kariga għolja ma jitqisux biss bħala li jkunu kompetenti mill-aspett professjonali, iżda jitqiesu li jkunu ta’ mġiba inattakkabbli. Il-kwalitajiet personali ta’ dawn il-persuni jirriflettu direttament fuq il-fiduċja li l-pubbliku ġenerali jkollu fl-istituzzjonijiet [tal-Unjoni], il-kredibbiltà tagħhom u, għalhekk, l-effikaċja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż) iżda punt 68 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Huwa b’dan il-għan f’moħħna li għandna ninterpretaw l-Artikoli 285 u 286 TFUE, li jelenkaw xi wħud mid-dmirijiet inklużi fil-wegħda solenni mogħtija mill-Membri tal-QEA fil-bidu taż-żmien tal-kariga tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-ewwel wieħed minnhom huwa li jkunu kompletament indipendenti u jaġixxu fl-interess ġenerali tal-Unjoni. Il-Membri tal-QEA la jistgħu jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mingħand ebda gvern jew mingħand ebda korp ieħor. Barra minn dan, huma għandhom jonqsu minn kull azzjoni li tkun inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom kemm matul kif ukoll wara ż-żmien tal-kariga tagħhom. Għalhekk, huma għandhom iħarsu l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tagħhom. Kif jispeċifika l-Artikolu 286(4) TFUE, dan jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/><HT TYPE="ITALIC">b’mod speċjali</HT> id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li dawn l-obbligi huma abbozzati fl-istess kliem bħal dawk interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) f’dak li jirrigwarda d-dmirijiet tal-Membri tal-Kummissjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, minħabba li l-Artikolu 286(4) TFUE wkoll ma fih ebda restrizzjoni fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>obbligi li jirriżultaw [mill-kariga ta’ Membru tal-QEA]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, dan il-kliem għandu jiġi interpretat bl-istess mod wiesa’ bħalma kien ġie interpretat għall-Membri tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għalhekk huwa importanti li l-Membri tal-QEA, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>in kunsiderazzjoni tar-responsabbiltajiet għolja li huma fdati lilhom […] josservaw l-iktar normi rigorużi fil-qasam ta’ mġiba. Għaldqastant hemm lok li dan il-kunċett jiġi mifhum bħala li jinkludi, barra l-obbligi li jġibu rwieħhom<?PAGE NO="15"?> b’integrità u jeżerċitaw diskrezzjoni, espressament msemmija [fl-Artikolu 286(4) TFUE], id-dmirijiet kollha li jirriżultaw mill-kariga tagħhom ta’ membru tal-[QEA] […] Għaldaqstant […] [i]l-membri tal-[QEA] […] għandhom, f’kull mument, iqegħdu l-interess ġenerali tal-[Unjoni] qabel kollox, <HT TYPE="ITALIC">mhux biss qabel interessi nazzjonali, iżda wkoll qabel l-interessi personali</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Dan ifisser, b’mod konkret, li l-Membri tal-QEA għandhom iħarsu l-obbligi ta’ indipendenza, integrità u diskrezzjoni kif stabbiliti fl-Artikoli 285 u 286 TFUE, iżda wkoll l-ogħla standard ta’ imparzjalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, dwar dan, Vogiatzis, N., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>The independence of the European Court of Auditors<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, <HT TYPE="ITALIC">Common Market Law Review</HT>, Vol. 56, 2019, pp. 667‑772, b’mod partikolari p. 669.</P></NOTE> u żvestiment ta’ interessi. Għall-Membri tal-QEA, li hija, kif diġà ngħad, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kuxjenza finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tal-Unjoni, dan neċessarjament jimplika responsabbiltà sħiħa fil-mod ta’ kif huma jonfqu fondi pubbliċi u, għaldaqstant, ċertu grad ta’ trasparenza fil-mod ta’ kif huma jagħmlu dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konformità ma’ regoli proċedurali u diversi drittijiet invokati minn K. Pinxten</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rabta bejn dan ir-rikors u l-proċedura kriminali pendenti fil-Lussemburgu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Bħala punt preliminari, K. Pinxten iqis li l-prinċipju li skontu proċeduri dixxiplinari għandhom jistennew l-eżitu ta’ proċess kriminali japplika f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, madankollu, naħseb li dan jammonta għal karatterizzazzjoni żbaljata tan-natura tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 286(6) TFUE, li hija, kif issuġġerejt qabel, ta’ natura kostituzzjonali. Il-fatt li jiġi aċċettat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tagħti s-sentenza tagħha qabel ma jintemmu l-proċeduri kriminali jimmina l-għan speċifiku segwit mill-Artikolu 286(6) TFUE bħala parti ewlenija tas-separazzjoni tas-setgħat stabbilita mit-Trattat. Kif l-Avukat Ġenerali Geelhoed spjega fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson, proċedura kriminali nazzjonali u l-Artikolu 286(6) TFUE jaqdu għanijiet differenti fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali u tal-Unjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>filwaqt li dik tal-ewwel għandha l-għan li tinforza standards li jitqiesu li huma essenzjali għat-tessut tas-soċjetà fil-livell nazzjonali, dan tal-aħħar huwa mfassal sabiex jiżgura li l-istituzzjonijiet [tal-Unjoni] jiffunzjonaw sewwa sabiex jitwettqu l-għanijiet tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż) iżda punt 98 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra).</P></NOTE>, u, inżid ukoll, rispett għall-funzjonament demokratiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Barra minn dan, filwaqt li l-imġiba li tagħti lok għaż-żewġ proċeduri tista’ tkun l-istess, ir-regoli u d-dmirijiet li fid-dawl tagħhom l-oġġettività tal-fatti għandha tintwera sabiex persuna involuta tinstab ħatja ma humiex l-istess. Il-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk, ma hijiex marbuta bil-karatterizzazzjoni legali tal-fatti magħmula fil-kuntest tal-proċeduri kriminali, u huwa għall-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li teżerċita d-diskrezzjoni tagħha b’mod sħiħ, li tinvestiga jekk il-kondotta lmentata fil-proċeduri mressqa skont l-Artikolu 286(6) TFUE tikkostitwixxix ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ Membru tal-QEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, dwar dan, b’rabta mal-proċedura skont l-Artikolu 245 TFUE, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, ikun xi jkun l-eżitu<?PAGE NO="16"?> tal-proċeduri kriminali nazzjonali, l-eżitu tal-proċedura skont l-Artikolu 286(6) TFUE huwa indipendenti mis-sentenzi fi proċeduri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Anki jekk ikun hemm liberazzjoni. Din is-sitwazzjoni kienet analizzata espliċitament mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Nikolaou vs Il‑Qorti tal-Awdituri (C‑220/13 P). Ara, b’mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:176">EU:C:2014:176</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE> (<NO.CASE>C‑220/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2057">EU:C:2014:2057</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-oppost huwa minnu wkoll inkwantu l-eżitu tal-proċeduri preżenti ma għandux rilevanza fuq proċeduri kriminali pendenti fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Meqjusa l-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena konvint li ma huwiex, għalhekk, meħtieġ li wieħed jistenna l-eżitu tal-proċeduri kriminali nazzjonali li bħalissa jinsabu pendenti quddiem il-qrati nazzjonali tal-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>K. Pinxten jissottometti li, fil-kuntest tar-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 286(6) TFUE, huwa la jgawdi mid-dritt ta’ aċċess għal qorti u lanqas mid-dritt ta’ aċċess għal żewġ livelli ta’ ġurisdizzjoni, bi ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta u tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 7 tal-KEDB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, anki kieku kien aċċettat li din l-aħħar dispożizzjoni tapplika għal proċeduri abbażi tal-Artikolu 245 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>biżżejjed li jiġi mfakkar li, skont it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-imsemmi Protokoll, dan id-dritt jista’ jkun suġġett għal eċċezzjonijiet b’mod partikolari meta l-persuna kkonċernata tkun ġiet iġġudikata fl-ewwel istanza mill-għola qorti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Meqjus li ż-żewġ proċeduri jixtiebhu, l-istess għandu japplika għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 286(6) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Bi tweġiba, K. Pinxten jargumenta li l-Qorti tal-Ġustizzja taġixxi, taħt l-Artikolu 286(6) TFUE, bħala awtorità dixxiplinari u mhux bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Għaldaqstant, K. Pinxten jikkontendi li huwa mċaħħad minn kull forma effettiva ta’ protezzjoni ġudizzjarja. Isegwi li l-proċedura msemmija f’din id-dispożizzjoni ma tistax tkun il-bażi għar-rikors ippreżentat mill-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Dan l-argument jammonta sostanzjalment għal kontestazzjoni tal-validità ta’ dispożizzjoni tat-Trattat filwaqt li l-eżami tal-validità tad-dritt primarju ma jaqax fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, dwar dan, b’rabta mal-Artikolu 267 TFUE, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pringle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑370/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:756">EU:C:2012:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’kull każ, kif diġà indikajt, in-natura tal-proċedura inkwistjoni ma hijiex dixxiplinari iżda hija pjuttost ta’ natura kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Barra minn dan, għandu jiġi nnotat li l-proċedura kollha mmexxija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja abbażi tal-Artikolu 286(6) TFUE hija konformi mar-regoli applikabbli għal rikorsi diretti previsti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa wkoll impressjonanti li l-proċeduri għandhom jinstemgħu mill-Qorti tal-Ġustizzja f’seduta plenarja skont l-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-konvenut fil-proċeduri jikseb il-benefiċċju ta’ smigħ minn kumpliment sħiħ ta’ mħallfin indipendenti li huma nnifishom jagħmlu parti mill-istituzzjoni tal-Unjoni fdata bl-interpretazzjoni u bl-applikazzjoni tat-Trattati. Huwa ċar li, f’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja taġixxi, kif l-Avukat Ġenerali Geelhoed iddikjara fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>il-ġudikatura imparzjali [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż) iżda punt 94 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-irregolarità tal-atti adottati mill-QEA sabiex tressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>K. Pinxten jinvoka żewġ argumenti proċedurali b’rabta mad-deċiżjoni adottata mill-QEA sabiex tressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huwa jikkontendi li l-għadd tal-Membri tal-QEA li vvutaw favur li l-kawża tiġi rreferita lill-Qorti tal-Ġustizzja ma kienx biżżejjed skont l-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA. Fit-tieni lok, huwa jargumenta li s-smigħ tiegħu seħħ fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali u tal-Kap tas-Servizz Legali ta’ dik l-istituzzjoni, u dan b’mod kuntrarju għar-rekwiżiti tal-Artikolu 49(3) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sabiex wieħed jiftakar, id-dispożizzjonijiet imsemmija hawnhekk huma dawk applikabbli fiż-żmien meta kienu ttieħdu d-deċiżjonijiet ikkontestati, jiġifieri dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA adottati fil‑<DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE> u dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 38/2016 tal-QEA li tistabbilixxi r-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA.</P></NOTE>. Nipproponi issa li nittratta dawn l-argumenti wieħed wara l-ieħor.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jipprovdi li d-deċiżjonijiet tal-QEA għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-Membri preżenti għal-laqgħa tal-QEA. B’deroga minn din ir-regola, l-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jgħid li d-deċiżjoni tal-QEA li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja abbażi tal-Artikolu 286(6) TFUE <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>għandha tittieħed b’vot sigriet minn maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħamsa tal-Membri [tal-QEA]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fid-data li fiha ttieħed il-vot rilevanti kien hemm 28 Membru tal-QEA. Minn dawn it‑28 Membru, żewġ Membri rrikużaw lilhom innifishom: wieħed minħabba li kien ħabib ta’ K. Pinxten u l-ieħor minħabba li kienet il-membru Belġjana li ssuċċedietu. Erba’ membri oħra tal-QEA ma kinux preżenti u kienu ġew skużati għal din il-fini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Meta l-kliem tal-eċċezzjoni fl-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jitqabbel mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 25(3) ta’ dawn ir-regoli wieħed għaldaqstant isib x’jitgħallem. Dak tal-ewwel jipprovdi li l-għadd meħtieġ huwa ta’ erbgħa minn kull ħamsa tal-Membri, filwaqt li l-Artikolu 25(3) jsemmi maġġoranza tal-Membri preżenti fil-laqgħa rilevanti. Minħabba l-kliem kuntrastanti ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, huwa ċar, għalhekk, li l-maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħamsa għandha tkun ikkalkolata abbażi tal-għadd tal-Membri tal-QEA u mhux biss b’riferiment għall-Membri fil-fatt preżenti waqt il-vot.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Minħabba li l-QEA kellha 28 Membru bi dritt għal vot fiż-żmien tad-deċiżjoni inkwistjoni, il-maġġoranza teoretikament meħtieġa kienet ta’ 23 membru. Jekk, madankollu, jitħallew barra r-rikużi, dak l-għadd jitnaqqas għal 26 Membru, sabiex b’hekk il-maġġoranza ta’ votanti meħtieġa kienet ta’ 21.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Huwa minnu li r-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA ma fihom ebda dispożizzjoni dwar il-kwistjoni speċifika ta’ rikuża. Minkejja dan, kif l-Avukat Ġenerali Wahl osserva fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex għaliex ir-Regoli tal-Proċedura ma fihom ebda regola speċifika dwar<?PAGE NO="18"?> rikuża tal-Membri tagħha li l-prinċipju ma jistax jiġi invokat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara, dwar dan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża L‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Unjoni Ewropea vs Kendrion</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑150/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:612">EU:C:2018:612</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Tabilħaqq, rikuża ma hija xejn inqas minn parti mir-rekwiżit ta’ imparzjalità li għandu jiġi ssodisfatt minn kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, dwar dan, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060919">19 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Wilson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑506/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:587">EU:C:2006:587</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-kundizzjoni ta’ imparzjalità naturalment tapplika wkoll għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni bis-saħħa tad-dritt għal amministrazzjoni tajba kif previst fl-Artikolu 41 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, dwar dan, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Ziegler vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑439/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:513">EU:C:2013:513</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0154">154</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0155">155</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Marzuiani vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑566/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:437">EU:C:2016:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, fil-kuntest ta’ proċedura mressqa kontra Stat Membru, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:982">EU:C:2017:982</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Isegwi li l-possibbiltà ta’ rikuża, għalhekk, tapplika neċessarjament għal deċiżjonijiet meħuda mill-QEA, l-iktar fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi mibdija kontra persuni u li x’aktarx jintemmu b’deċiżjonijiet li jaffettwawhom ħażin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, minħabba li l-iskop ta’ rikuża huwa li jkun evitat kull kunflitt ta’ interess, huwa wkoll ċar li l-persuna li tirrikuża lilha nnifisha jew li tiġi rrikużata ma għandha tintervjeni bl-ebda mod fil-proċeduri. Sa ċertu punt, il-persuna li tirrikuża lilha nnifisha ma tkunx għadha, għall-inqas temporanjament, Membru tal-istituzzjoni inkwistjoni, fir-rigward ta’ problema partikolari. L-effett ta’ rikuża ma jistax, għalhekk, jitqies bħala ekwivalenti għal astensjoni. Kieku kien mod ieħor, il-persuna rrikużata kienet tkun inkluża fil-quorum. Madankollu, tali inklużjoni jista’ jkollha impatt fuq id-deċiżjoni adottata, u b’hekk tiftaħ il-bieb għal perċezzjoni ta’ parzjalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meqjusa l-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li ż-żewġ Membri tal-QEA li rrikużaw lilhom innifishom ma għandhomx jingħaddu għall-finijiet tal-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher, għalhekk, li nkisbet il-maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħamsa meħtieġa minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-Artikolu 49(3) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jipprovdi li laqgħat tal-QEA li jsiru skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>laqgħat <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT><QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> skont it-tifsira tal-Artikolu 49(3) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA. B’mod konkret, dan ifisser li s-smigħ ta’ Membru li jkun tressaq ilment kontrih għandu jsir mingħajr ebda interpretu jew membru tal-persunal tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Għandu jkun innotat, madankollu, li l-Artikolu 39(1) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jgħid li s-Segretarju Ġenerali huwa l-persuna inkarigata sabiex jitħejjew u jinżammu l-minuti tal-laqgħat tal-QEA. L-Artikolu 50(1) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jikkonferma li l-abbozz tal-minuti tal-QEA jitħejja mis-Segretarju Ġenerali jew minn kull persuna nnominata għal dan il-għan. Minkejja dan, filwaqt li l-ħames paragrafu tal-istess artikolu jinnota li l-minuti ta’ laqgħat <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> għandhom ikunu suġġetti għal distribuzzjoni ristretta, ma jingħatawx dettalji dwar<?PAGE NO="19"?> min għandu jżomm il-minuti f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari. L-Artikolu 23 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jeħtieġ li minuti għandhom jinżammu għal kull laqgħa tal-QEA, mingħajr eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, minħabba li huwa ovvju li s-smigħ ta’ Membru tal-QEA li jinstema’ fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA għandu jiġi traskritt, wieħed għandu jassumi li la l-Artikolu 8 u lanqas l-Artikolu 49(3) u lanqas, wara kollox, l-Artikolu 50 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA ma jidderogaw mir-regola msemmija fl-Artikolu 39 ta’ dawn ir-regoli. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Artikolu 49(3) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA għandu, għalhekk, jiġi interpretat bħala li ma jirreferix għas-Segretarju Ġenerali jew għall-persuna nnominata abbażi tal-Artikolu 50(1) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jista’ jiġi nnotat li deċiżjoni tal-QEA tat‑<DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>DEC 16/15 FINAL (Anness B.26 tal-fajl ta’ K. Pinxten).</P></NOTE> kienet tgħid li l-Kap tas-Servizz Legali kien innominat abbażi tal-Artikolu 50(1) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni ta’ Regoli tal-Proċedura tal-QEA sabiex jassisti lis-Segretarju Ġenerali fl-inkarigu tiegħu li jsegwi laqgħat b’riferiment espliċitu għall-minuti. Ifisser, għalhekk, li għal dawn ir-raġunijiet, il-preżenza tiegħu waqt is-smigħ ta’ K. Pinxten, flimkien ma’ dik tas-Segretarju Ġenerali, kienet, għaldaqstant, b’mod konformi mar-regoli applikabbli tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>F’kull każ, inżid waqt li jiena għaddej, li l-preżenza tal-Kap tas-Servizz Legali hija, bħala prinċipju, garanzija ta’ konformità mar-regoli għall-benefiċċju tal-Membru kkonċernat. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 49(3) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA għandu, għalhekk, jiġi interpretat bħala li lanqas ma jagħmel riferiment għall-Kap tas-Servizz Legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-ksur tar-rekwiżit ta’ żmien raġonevoli</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok K. Pinxten iqis li l-QEA kisret id-dritt tiegħu għal smigħ fi żmien raġonevoli billi kkontestat il-legalità tat-talbiet li huwa għamel sa mill‑2006, anki jekk il-QEA kellha, mill-bidu tal-kariga tiegħu, l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex taċċerta jekk dawn it-talbiet kinux leġittimi u, f’kull każ, setgħet titlob kjarifika jekk kienet teħtieġha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Abbażi tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni, K. Pinxten jikkontendi li l-QEA għandha tiġi preskritta milli tippreżenta rikorsi relatati ma’ fatti stabbiliti li kienu jmorru lura iktar minn tliet snin jew massimu ta’ ħames snin mill‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>, jiġifieri, id-data tar-rapport preliminari tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>L-ewwel u qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>meta t-tul ta’ żmien tal-proċedura ma huwiex stabbilit permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-natura <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="2019" ID="QE0046"/> taż-żmien meħud mill-istituzzjoni sabiex tadotta l-att inkwistjoni għandha tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għal kull każ u, b’mod partikolari, l-importanza tat-tilwima għall-persuna kkonċernata, il-kumplessità tal-kawża[, id-diversi stadji proċedurali li l-istituzzjoni tal-Unjoni tkun segwiet] u l-aġir tal-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid ta’ Arango Jaramillo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs BEI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/12 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:134">EU:C:2013:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Marzuiani vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑566/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:437">EU:C:2016:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant isegwi, minn dan<?PAGE NO="20"?> ir-rekwiżit għal evalwazzjoni speċifika, li n-natura raġonevoli ta’ perijodu ma tistax tiġi stabbilita b’riferiment għal limitu massimu speċifiku stabbilit b’mod astratt iżda, pjuttost, għandha tiġi eżaminata fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, dwar dan, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid ta’ Arango Jaramillo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs BEI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/12 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:134">EU:C:2013:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Marzuiani vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑566/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:437">EU:C:2016:437</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-perijodu ta’ ħames snin li fuqu jistrieħ K. Pinxten huwa, kif il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat espressament, applikabbli biss għall-kuntest speċifiku tal-irkupru ta’ dejn tal-Unjoni u, b’mod iktar speċifiku, għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Barra minn dan, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha għamlitha ċara li, anki f’dawk iċ-ċirkustanzi speċifiċi, it-terminu ta’ ħames snin huwa biss preżunzjoni konfutabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Marzuiani vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑566/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:437">EU:C:2016:437</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>F’din il-kawża għandu jiġi nnotat, qabel kollox, fir-rigward tal-istadji proċedurali segwiti, li l-proċedura interna li wasslet għal dan ir-rikors bdiet fit‑<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE> u fl‑<DATE ISO="20160901">1 ta’ Settembru 2016</DATE> meta K. Pinxten ġie mgħarraf dwar diversi allegazzjonijiet magħmula kontrih b’rabta ma’ irregolaritajiet serji li seta’ kien hemm. Il-fajl sussegwentement intbagħat lill-OLAF fl‑<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE> u dan fetaħ l-investigazzjoni tiegħu fil‑<DATE ISO="20161115">15 ta’ Novembru 2016</DATE>. Wara, il-QEA rċeviet ir-rapport finali tal-OLAF fit‑<DATE ISO="20180702">2 ta’ Lulju 2018</DATE>. Fit‑<DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-QEA ddeċidiet li tagħti istruzzjoni lill-President tagħha jħejji rapport preliminari skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-OLAF fir-rapport finali tiegħu. Dan ir-rapport preliminari kien ikkomunikat lill-Membri tal-QEA u lil K. Pinxten flimkien mar-rapport finali tal-OLAF fil‑<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>. K. Pinxten issottometta osservazzjonijiet bil-miktub fid‑<DATE ISO="20181119">19 ta’ Novembru 2018</DATE> u s-smigħ tiegħu seħħ fis‑<DATE ISO="20181126">26 ta’ Novembru 2018</DATE>. Abbażi ta’ dawn il-fatti, il-QEA ddeċidiet, tlett ijiem wara, li tirreferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 286(6) TFUE. Il-perijodu ta’ żmien inkwistjoni kien għaldaqstant, f’kull każ, biss ftit iktar minn sentejn minn meta tfaċċaw għall-ewwel darba l-allegazzjonijiet dwar K. Pinxten u d-deċiżjoni ta’ riferiment tal-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Meqjus l-għadd ta’ atti proċedurali li twettqu matul dan il-perijodu – l-ewwel stadji interni li jinvolvu lil K. Pinxten wara li kienu saru l-allegazzjonijiet, ir-riferiment lill-OLAF u l-investigazzjoni sussegwenti minnu, l-abbozzar ta’ ġabra fil-qosor tal-fatti u r-rapport finali mill-OLAF u rapport preliminari mill-QEA, li magħhom għandu jiżdied iż-żmien mogħti lil K. Pinxten għad-difiża tiegħu (osservazzjonijiet bil-miktub, kemm lill-OLAF kif ukoll lill-QEA, u smigħ mill-OLAF u mill-QEA) – wieħed ma jistax jgħid, naħseb jiena, li l-mod li bih il-QEA ttrattat il-każ, u l-perijodu ta’ żmien meħud sabiex isir dan, ammontaw għal ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>It-tieni, b’rabta mal-fatti, huwa minnu li xi wħud minnhom imorru lura għall‑2006, is-sena li fiha K. Pinxten beda l-ewwel terminu tal-kariga tiegħu fil-QEA. Wieħed jista’ jinnota, madankollu, li parti kbira tal-ilmenti hija marbuta ma’ avvenimenti li seħħew wara Ottubru 2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Bħal tnejn mit-tliet kaċeċ f’Chambord (Franza) (l-ewwel ilment), il-mawra f’Kuba (l-ewwel ilment), it-twaqqif ta’ kumpannija privata u r-rwol ta’ K. Pinxten bħala maniġer ta’ din il-kumpannija (ir-raba’ lment) u l-offerta ta’ appartament privat għall-kiri lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (il-ħames ilment).</P></NOTE>, jiġifieri, minn perijodu aċċettat minn K. Pinxten innifsu, jew ma’ avvenimenti li, jekk seħħew qabel, kienu ttennew wara din l-allegata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>data kruċjali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Bħall-użu ħażin u illegali tal-karti tal-fjuwil li kienu għad-dispożizzjoni tiegħu (it-tieni lment) jew il-parteċipazzjoni fil-bord ta’ tmexxija ta’ partit politiku (l-ewwel u r-raba’ lment).</P></NOTE>. Minbarra dan, ir-rekwiżit ta’ żmien raġonevoli, kif<?PAGE NO="21"?> issa espressament previst fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta, ma jistax jiġi mqabbel ma’ forma ta’ statut ta’ limitazzjonijiet f’materji kriminali, iddefinit mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Qorti EDB<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>) bħala d-dritt statutorju ta’ persuna li wettqet reat li ma titressaqx azzjoni kriminali kontriha jew li ma tiġix iġġudikata wara li jkun skada ċertu perijodu ta’ żmien mit-twettiq tar-reat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara, dwar dan, il-Qorti EDB, it‑<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Coëme <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Belġju, CE:ECHR:2000:0622JUD003249296, punt 146.</P></NOTE>. Dak tal-ewwel huwa d-dritt li l-affarijiet tagħha jiġu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/><HT TYPE="ITALIC">ittrattati</HT> fi żmien raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> – jiġifieri, skont kif ifformulat b’mod iktar speċifiku fl-Artikolu 47 tal-Karta, id-dritt li l-każ tagħha jinstema’ minn qorti fi żmien raġonevoli. Fi kliem ieħor, f’materji dixxiplinari jew kriminali, ir-rekwiżit ta’ żmien raġonevoli huwa ż-żmien li fih l-awtur ta’ xi għemil ħażin għandu jiġi mixli, mhux mill-jum tal-fatti, iżda pjuttost mill-jum li fih il-persuna kkonċernata tiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>akkużata<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara, dwar dan, Franchimont, M., Jacobs, A. u Masset, A., <HT TYPE="ITALIC">Manuel de procédure pénale</HT>, Larcier, Coll. de la Faculté de droit de l’Université de Liège, 2012, Brussell, p. 123. Skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ikun hemm <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>akkuża kriminali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="2019" ID="QE0052"/> mill-mument li fih persuna tiġi nnotifikata uffiċjalment mill-awtorità kompetenti dwar allegazzjoni li hija wettqet reat kriminali, jew mill-punt li fih is-sitwazzjoni tagħha tkun intlaqtet sostanzjalment minn azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet bħala riżultat ta’ suspett kontriha<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> (il-Qorti EDB, il‑<DATE ISO="20171005">5 ta’ Ottubru 2017</DATE>, Kalēja vs il-Latvja, CE:ECHR:2017:1005JUD002205908, punt 36).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>F’kull każ, kieku r-rekwiżit ta’ żmien raġonevoli kellu jinftiehem, fil-kuntest tal-proċedura speċifika skont l-Artikolu 286 TFUE, bħala li jinkludi wkoll regola ta’ limitazzjoni, allura jkun meħtieġ li titqies il-gravità tal-ksur li jista’ jiġi ġġudikat skont l-Artikolu 286(6) TFUE. Tabilħaqq, huwa stabbilit li, fis-sistemi legali tal-Istati Membri fejn ikun hemm terminu perentorju f’materji kriminali, it-tul tad-dewmien ikun direttament proporzjonat għall-gravità tal-ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, dwar dan, fir-rigward tad-dritt Belġjan, Beernaert, M.‑A., Bosly, H. D. u Vandermeersch, D., <HT TYPE="ITALIC">Droit de la procédure pénale</HT>, La Charte, Bruges, 2014, p. 189.</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, perijodu ta’ 10 snin bejn l-ewwel atti allegati u l-ewwel att adottat mill-istituzzjoni b’rabta magħhom – jew anki 12‑il sena f’din il-kawża jekk jitqies ir-rapport preliminari tal-President tal-QEA, kif issuġġerixxa K. Pinxten – ma jidhirx eċċessiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">5.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-investigazzjoni illegali tal-OLAF u r-rapport tiegħu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-investigazzjoni tal-OLAF, K. Pinxten isemmi tliet irregolaritajiet li huwa jgħid itebbgħu r-rapport tal-OLAF lill-QEA.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-estensjoni tal-investigazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, K. Pinxten jissottometti, essenzjalment, li l-OLAF estenda l-iskop tal-investigazzjoni tiegħu b’mod irregolari abbażi tal-analiżi tad-data misjuba matul l-ispezzjoni mwettqa fl-uffiċċju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-ewwel ittra mingħand l-OLAF li għarrfet lil K. Pinxten li l-OLAF kien beda investigazzjoni kontrih kienet semmiet biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>irregolaritajiet li seta’ kien hemm li kienu jinvolvu[h] bħala Membru [tal-QEA] fl-użu [minnu] ta’ assi tal-QEA, u [dwar] missjonijiet imwettqa u/jew awtorizzati [minnu], bi ksur tar-regoli applikabbli, li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ittra tal-OLAF lil K. Pinxten tat‑<DATE ISO="20170922">22 ta’ Settembru 2017</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.32, p. 252).</P></NOTE>. Kien biss matul it-tieni stadju (jiġifieri, fl-ittra mibgħuta mill-OLAF fil‑<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE> lill-avukat ta’ K. Pinxten) li l-OLAF għarraf lill-avukat ta’ K. Pinxten li d-Direttur Ġenerali tal-OLAF kien iddeċieda, wara analiżi preliminari tad-data miksuba<?PAGE NO="22"?> fil-kuntest tal-ispezzjoni, li jestendi l-investigazzjoni għal kunflitti possibbli ta’ interess u ksur ieħor tal-Artikoli 285 u 286 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ittra tal-OLAF lis-Sinjura Levi tal‑<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.34, p. 255).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Skont K. Pinxten, spezzjoni ma jistax ikollha l-għan jew l-effett li tikxef ksur li seta’ kien hemm li ma setax ikun magħruf qabel din l-ispezzjoni, minħabba li l-għan u l-iskop tal-ispezzjoni huma ddefiniti fil-mandat mogħti lill-investigaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Punt 108 tad-difiża ta’ K. Pinxten.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Madankollu, naħseb li din l-interpretazzjoni ta’ kif investigazzjoni tal-OLAF għandha titmexxa hija wisq restrittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li r-responsabbiltà tal-OLAF, kif iddikjarata espressament fil-premessa 6 tar-Regolament Nru 883/2013, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>testendi wkoll lil hinn mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji biex tinkludi l-attivitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu mas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni kontra mġiba irregolari fi proċeduri amministrattivi jew kriminali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Sussegwentement, sabiex jitwettaq dan l-inkarigu l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-OLAF <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess immedjat u minngħajr avviż għal kull informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni f’bażijiet tad-data, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom […] L-Uffiċċju jista’ jieħu kopja ta’ jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta’ kull mezz ta’ informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta’ dawk id-dokumenti jew informazzjoni sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>. Fl-aħħar nett, wieħed għandu jżomm f’moħħu wkoll li membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom dmir speċifiku li jikkooperaw mal-OLAF skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 883/2013 li skontu l-istituzzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>għandhom jiżguraw li […] il-membri […] jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-[OLAF] jkun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>. Dan l-obbligu japplika wkoll għall-Membri tal-QEA skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 99‑2004 tal-QEA dwar r-regoli li jikkonċernaw arranġamenti għal kooperazzjoni mill-Membri tal-QEA f’investigazzjonijiet interni li għandhom x’jaqsmu mal-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>[f]il-kuntest ta’ l-investigazzjoni [tal-OLAF] [i]l-Membri tal-[QEA] għandhom jikkooperaw <HT TYPE="ITALIC">totalment</HT> ma’ l-[OLAF]<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Minħabba l-iskop tal-missjoni tal-OLAF, is-setgħat mogħtija lilu sabiex iwettaqha u d-dmir speċifiku ta’ kollaborazzjoni impost fuq il-Membri tal-QEA, inqis li spezzjoni mwettqa mill-OLAF jista’ jkollha <HT TYPE="ITALIC">l-effett</HT> li tinkixef il-possibbiltà ta’ ksur li ma kienx fi ħdan l-iskop oriġinali tal-investigazzjoni. Jekk l-OLAF ma jitħalliex jagħmel dan ikun ifisser li tingħalaq għajn waħda għal possibbiltà ta’ irregolaritajiet serji b’kontradizzjoni sħiħa mal-funzjoni tal-OLAF, mas-setgħat tiegħu u mad-dmir ta’ kooperazzjoni tal-Membri tal-QEA, filwaqt li l-effikaċja ta’ investigazzjoni mill-OLAF hija ta’ interess pubbliku, li joħroġ mill-interess pubbliku iktar ġenerali li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara, dwar dan, Inghelram, J.F.H., <HT TYPE="ITALIC">Legal and Institutional Aspects of the European Anti-Fraud Office (OLAF)</HT>, Europa Law Publishing, Amsterdam, 2011, b’mod partikolari p. 137.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Kull konklużjoni oħra tkun ta’ preġudizzju għall-<HT TYPE="ITALIC">indipendenza</HT> tal-OLAF minħabba li twassal sabiex id-Direttur Ġenerali tal-OLAF ikun limitat sabiex jibda investigazzjonijiet, inkluż fil-każ ta’ estensjoni tal-iskop ta’ investigazzjoni. Tabilħaqq, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fir-rigward<?PAGE NO="23"?> tal-possibbiltà ta’ estensjoni tal-iskop ta’ investigazzjoni interna mill-OLAF għal dak ta’ investigazzjoni esterna, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>dan ikun il-każ fejn, meta jkun hemm suspetti gravi biżżejjed dwar il-fatti, li nkixfu matul investigazzjoni interna […] id-Direttur Ġenerali tal-OLAF ma tħalliex […] jestendi l-iskop ta’ dik tal-ewwel<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Sentenza tas‑<DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dalli vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑399/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:384">EU:T:2019:384</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, isegwi mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li, peress li l-OLAF wettaq l-ispezzjoni tiegħu skont ir-regoli applikabbli, għarraf lil K. Pinxten bl-estensjoni tal-investigazzjoni u offrielu l-opportunità li jinstema’ dwar il-fatti kollha li bihom huwa fl-aħħar mill-aħħar kien ġie akkużat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ittra tal-OLAF lis-Sinjura Levi tal‑<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.34, p. 255).</P></NOTE>, l-irregolaritajiet li nkixfu b’riżultat tal-estensjoni tal-investigazzjoni tal-OLAF jistgħu jitqiesu wkoll f’din il-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt għal ħajja privata ta’ K. Pinxten</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, K. Pinxten jallega li l-OLAF kiser id-dritt tiegħu għal ħajja privata billi ħa fajls privati u ħa kopja ta’ komunikazzjonijiet li seta’ kien hemm relatati mal-avukat tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tal-Karta, kull persuna għandha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha u tal-komunikazzjonijiet tagħha. Madankollu, dan id-dritt ma huwiex wieħed assolut. Skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, dan id-dritt jista’ jkun suġġett għal restrizzjonijiet, sakemm dawn ikunu attwalment previsti mil-liġi, jikkorrispondu għal objettivi ta’ interess ġenerali li l-Unjoni trid tilħaq u ma jikkostitwixxux, fir-rigward tal-objettivi li jridu jintlaħqu, interferenza sproporzjonata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>OZ vs BEI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:289">EU:C:2019:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward jista’ jiġi nnotat li d-dritt tal-OLAF li jieħu kopja tad-dokumenti rilevanti huwa previst mil-liġi, jiġifieri, mill-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament Nru 883/2013. Dan id-dritt huwa meħtieġ sabiex jitħares l-interess finanzjarju tal-Unjoni, li bla dubju huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>objetti[v] ta’ interess ġenerali rikonoxxu[t] mill-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> skont it-tifsira tal-Artikolu 52(1) tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara, dwar dan, Inghelram, J.F.H., <HT TYPE="ITALIC">Legal and Institutional Aspects of the European Anti-Fraud Office (OLAF)</HT>, Europa Law Publishing, Amsterdam, 2011, b’mod partikolari p. 91.</P></NOTE>. Tabilħaqq, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà saħqet fir-rigward tal-Istati Membri, l-obbligu li dawn jiġġieldu kontra attivitajiet illegali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ miżuri dissważivi u effettivi huwa obbligu impost, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, mid-dritt primarju tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 325(1) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Taricco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:555">EU:C:2015:555</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Il-fatt li ċerti dokumenti kienu indikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>privati<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> mill-persuna investigata huwa irrilevanti f’dan il-kuntest. Qabel kollox, wieħed jista’ josserva li l-Artikolu 13.5 tal-Linji gwida dwar il-Proċeduri ta’ Investigazzjoni għall-Persunal tal-OLAF jgħid speċifikament li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>[w]aqt spezzjoni tal-proprjetà, membri tal-unità tal-investigazzjoni jistgħu jaċċessaw kwalunkwe informazzjoni miżmuma mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-UE konċernata, inklużi inter alia kopji ta’ dejta elettronika, <HT TYPE="ITALIC">kopji ta’ dokumenti pr</HT>ivati (inklużi rekords mediċi) <HT TYPE="ITALIC">meta jistgħu jkunu relevanti għall-investigazzjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Din l-interpretazzjoni tas-setgħat tal-OLAF jidhirli li hija konformi mar-Regolament Nru 883/2013 minħabba li dan ir-regolament jagħti s-setgħa lill-OLAF jieħu kopja ta’ kull dokument jew tal-kontenut ta’ kull mezz ta’ data miżmum mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni sakemm dawn jirrelataw ma’ informazzjoni rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>Għandu wkoll ikun irrikonoxxut li, fil-kuntest ta’ investigazzjoni dwar jekk K. Pinxten użax ħażin il-kariga tiegħu, id-drittijiet tiegħu għal ħajja privata b’rabta ma’ materjal iġġenerat matul l-impjieg tiegħu – ħlief għal korrispondenza u posta elettronika purament privati u personali – ma jistgħux jitqiesu bħala partikolarment b’saħħithom. Kull konklużjoni oħra ma tkunx konsistenti mal-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jiġġieldu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri li għandhom ikunu ta’ deterrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>Minbarra dan, is-setgħat tal-OLAF huma fformulati b’mod li jiġi żgurat li jintużaw proporzjonatament. Skont l-Artikolu 13.4 tal-Linji gwida dwar il-Proċeduri ta’ Investigazzjoni għall-Persunal tal-OLAF, jekk ikun meħtieġ, l-ispezzjoni tista’ ssir mingħajr ma jkun preżenti l-Membru tal-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni. Madankollu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>f’każijiet bħal dawn, membru ieħor tal-persunal jew membru tas-sigurtà tal-istituzzjoni […] tal-UE konċernata jkun preżenti […]<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li l-ispezzjoni twettqet fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-QEA u tal-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Informazzjoni u tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-QEA (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>UPD<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>). Fir-rigward tal-komunikazzjonijiet privati ta’ K. Pinxten, jingħad espressament fir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>Rapport dwar l-Operazzjoni Forensika Diġitali 22/Nov/2017<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Fajl ta’ K. Pinxten, Anness B 25.</P></NOTE> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>l-investigaturi tal-OLAF eżaminaw minn qabel din id-data kollha u f’konformità ma’ rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data kif mitlub [mill-UPD]. Posta elettronika privata u posta elettronika li b’mod ċar ma kinitx relatata mal-iskop tal-investigazzjoni tħassru mill-inboxes esportati kollha […] L-eżami minn qabel u t-tħassir twettqu [mill-UPD] […] [L-UPD] ipprovda wkoll id-dokumenti elettroniċi eżaminati minn qabel, magħżula u kkopjati mid-drive U\: u S\:<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>Fir-rigward partikolarment tal-kwistjoni tal-korrispondenza li allegatament tinvolvi lill-avukat ta’ K. Pinxten, huwa ċar li l-kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet bil-miktub bejn avukat u klijent għandha titħares taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea, sakemm, madankollu, tali komunikazzjonijiet isiru għall-għanijiet u fl-interessi tad-drittijiet tad-difiża tal-klijent u joriġinaw minn avukati indipendenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Ara, dwar dan, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820518">18 ta’ Mejju 1982</DATE>, <NAME.CASE>AM &amp; S Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>155/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:157">EU:C:1982:157</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-550/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:512">EU:C:2010:512</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, f’dan il-każ, huwa biżżejjed jiġi nnotat li, kif il-QEA osservat, K. Pinxten ma jipproduċi ebda prova li tistabbilixxi li l-OLAF straħ fuq dokument kopert mill-kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet bejn avukat u l-klijent tiegħu. K. Pinxten lanqas ma jidentifika xi dokument bħal dan fir-rapport finali tal-OLAF jew fl-annessi tiegħu. Għall-kuntrarju, jidher mill-Anness 6 tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>Rapport dwar l-Operazzjoni Forensika Diġitali 22/Nov/2017<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>fir-rigward tal-filtrazzjoni tal-posta elettronika […] tħassru l-elementi tal-Outlook kollha ta’ qabel l‑2010<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. Dan id-dokument jagħmilha ċara wkoll li kien tħassar ukoll materjal ieħor bħal riferimenti għal u korrispondenza mal-konsulent legali ta’ K. Pinxten<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Fajl ta’ K. Pinxten, Anness B 25.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dawn iċ-ċirkustanzi, wieħed għandu jikkonkludi li l-OLAF ma kisirx id-dritt ta’ K. Pinxten għal ħajja privata fil-kuntest tal-investigazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-drittijiet tad-difiża ta’ K. Pinxten</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tiegħu K. Pinxten jissottometti li l-OLAF kiser id-drittijiet tad-difiża tiegħu. L-ewwel nett, il-ġabra ta’ fatti kkomunikata kienet tassew qasira, it-tabelli mehmuża ma’ din il-ġabra ta’ fatti ma kinux jinftiehmu u ma kinux ingħataw id-dokumenti korroborattivi kollha. It-tieni nett, K. Pinxten jallega li ma nstemax dwar il-fatti kollha u fir-rigward tas-smigħ tax-xhieda li wassal għar-rapport. It-tielet nett, l-argumenti tiegħu ma kinux diskussi iżda sempliċement ikkopjati fl-aħħar tar-rapport. Ir-raba’ nett, l-assistenta li kellu qabel ma kinitx irċeviet kopja tat-traskrizzjoni tas-smigħ orali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Huwa ċar li, kif previst fl-Artikolu 41 tal-Karta, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi, minn naħa, id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’, qabel ma tittieħed kull miżura li tkun taffettwaha ħażin u, min-naħa l-oħra, id-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>[i]r-rispett tad-drittijiet tad-difiża fil-proċedimenti kollha mibdija kontra persuna li jistgħu jwasslu għal att li jista’ jaffettwa lil din ta’ l-aħħar jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt [tal-Unjoni] u għandu jkun iggarantit anki fin-nuqqas ta’ kull regolamentazzjoni dwar il-proċedimenti inkwistjoni. Skond ġurisprudenza kostanti, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jeħtieġ li l-persuna li kontra tagħha l-Kummissjoni bdiet proċedura amministrattiva tingħata l-possibbiltà, matul din il-proċedura, li tagħti b’mod utli l-opinjoni tagħha fuq ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati kif ukoll fuq id-dokumenti mressqa [mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija] sabiex [isostnu] l-allegazzjoni [tagħhom] dwar l-eżistenza [ta’ ksur] tad-dritt [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Punt 104.</P></NOTE>. Fil-kuntest ta’ investigazzjoni mill-OLAF, jista’ jiżdied li l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 883/2013 jipprovdi wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>ladarba titlesta l-investigazzjoni u qabel ma jitfasslu konklużjonijiet li jirreferu għal persuna kkonċernata b’isimha, dik il-persuna għandha tingħata l-opportunità tikkummenti fuq il-fatti li jikkonċernawha<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wieħed għandu l-ewwel jeżamina jekk K. Pinxten kienx mgħarraf f’waqtu dwar l-ilmenti magħmula kontrih u jekk huwa kellux l-opportunità jinstema’<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, ma nistax naċċetta l-argument ta’ K. Pinxten li ma ġewx irrispettati d-drittijiet tad-difiża tiegħu. Tabilħaqq, jidher mill-fajl li K. Pinxten kien mistieden b’ittra tas‑<DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE> għal intervista fit‑<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE> dwar l-irregolaritajiet li seta’ kien hemm li dwarhom huwa kien mgħarraf fit‑<DATE ISO="20170922">22 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.72.</P></NOTE>. Huwa wkoll ċar li K. Pinxten kien mgħarraf li l-iskop tal investigazzjoni kien twessa’ u dwar l-intervista permezz ta’ ittra lill-avukat tiegħu fil-<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0070"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.34.</P></NOTE>. Huwa minnu li l-avukat ta’ K. Pinxten wieġbet għal din l-ittra billi qalet li l-klijent tagħha jkun disponibbli għall-OLAF fil-kuntest tal-intervista tat‑<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE> biss fir-rigward tal-fatti msemmija fin-notifika bħala persuna kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0071"><P>Fajl ta’ K. Pinxten, Anness B.20, p. 136.</P></NOTE>. Minkejja dan, jidher mill-minuti tal-intervista ta’ K. Pinxten li proporzjon kbir tal-fatti mikxufa mill-investigazzjoni tal-OLAF u inklużi fir-rapport finali tiegħu kien diskuss jew, għall-inqas, issemma matul din l-intervista, b’mod ħieles u mingħajr restrizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0072"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.73.</P></NOTE>. Minbarra dan, il-kwistjonijiet li ma tqajmux direttament matul din l-intervista kien inklużi, minkejja dan,<?PAGE NO="26"?> fil-ġabra ta’ fatti li ntbagħtet wara (bħall-mawra fi Crans Montana jew il-parteċipazzjoni fil-bord ta’ tmexxija ta’ partit politiku jew id-dikjarazzjonijiet (allegatament) foloz ta’ assigurazzjoni). F’dan ir-rigward, filwaqt li K. Pinxten jissottometti li l-ġabra ta’ fatti kkomunikata kienet ferm qasira u li t-tabelli mehmuża ma’ din il-ġabra ma kinux jinftiehmu, huwa ċar li din il-ġabra hija komprensiva biżżejjed fil-preżentazzjoni tagħha, kemm tar-regoli applikabbli, kif ukoll tal-irregolaritajiet ilmentati. Il-mod ċar u komplet tal-ġabra ta’ fatti ma tantx jista’ jkun ikkontestat minn K. Pinxten meta huwa ħejja mhux inqas minn 36 paġna ta’ osservazzjonijiet – li għalihom kienet ingħatat estensjoni ta’ 10 ijiem minħabba l-kontenut voluminuż tal-każ inkunsiderazzjoni – li jkopru l-fatti kollha allegati fil-ġabra ta’ fatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0073"><P>Fajl tal-QEA, Annessi B.37.41 u B.37.88.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Barra minn dan, għandu jkun innotat ukoll li r-rapport finali tal-OLAF fih biss ir-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali. Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 883/2013, l-istituzzjoni destinatarja għandha tieħu miżuri, partikolarment ta’ natura dixxiplinari jew legali, li r-riżultati tal-investigazzjoni interna jkunu jiġġustifikaw. Minkejja dan, jibqa’ l-fatt li d-deċiżjoni li tista’ taffettwa ħażin lill-persuna kkonċernata hija d-deċiżjoni li tkun setgħet tittieħed mill-istituzzjoni li lilha jkun intbagħat ir-rapport finali tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>Meqjusa l-kunsiderazzjonijiet tal-aħħar, naħseb li l-fatt li K. Pinxten irċieva – wara li kien diġà nstema’ għall-ewwel darba mill-OLAF u tħalla jagħmel kummenti dwar il-ġabra ta’ fatti – kopja tar-rapport finali tal-OLAF u tal-annessi tiegħu fid-dawl tal-proċedura amministrattiva quddiem il-QEA, li tiġi qabel ir-rikors ippreżentat kontra K. Pinxten abbażi tal-Artikolu 286(6) TFUE, ma jistax, għalhekk, ma jingħatax każ tiegħu fl-evalwazzjoni tar-rispett tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li K. Pinxten ma ngħatax biss l-opportunità jissottometti kummenti bil-miktub dwar ir-rapport finali tal-OLAF kif ukoll dwar ir-rapport preliminari mħejji mill-President tal-QEA – li fil-fatt huwa għamel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0074"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.40.</P></NOTE> – iżda wkoll li jinstema’ dwar il-fatti f’dawn id-dokumenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0075"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.41.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, inħossni fi dmiri nosserva li l-mod kif tmexxiet il-proċedura amministrattiva ma juri xejn li seta’ kiser id-drittijiet tad-difiża ta’ K. Pinxten.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">6.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni dwar ir-regoli proċedurali u diversi drittijiet invokati minn K. Pinxten</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>Isegwi minn dan ta’ hawn fuq li l-motivi kollha mressqa fid-difiża ta’ K. Pinxten li huma relatati ma’ kwistjonijiet proċedurali u ma’ konformità ma’ diversi drittijiet, b’mod partikolari d-drittijiet tad-difiża, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Sabiex inkun komplet, inżid li, għalkemm il-QEA tistrieħ ħafna fuq ir-rapport finali tal-OLAF sabiex turi li l-allegazzjonijiet tagħha huma msejsa sewwa, jibqa’ l-fatt li t-talba tagħha tinftiehem b’mod indipendenti minn dan ir-rapport u l-annessi tiegħu. Minbarra dan, ir-rikors juri wkoll evalwazzjoni personali tal-fatti mill-QEA, li f’xi aspetti tbiegħdet mill-konklużjonijiet tal-OLAF.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="27"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Jekk kienx hemm ksur tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 286 TFUE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 286(6) TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Qabel ma neżamina jekk K. Pinxten kisirx wieħed jew iktar mill-obbligi tiegħu bħala Membru tal-QEA, jista’ jkun utli ntenni tliet osservazzjonijiet li diġà għamilt f’dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, wieħed jista’ jiddeduċi mill-kliem tal-Artikolu 286 TFUE li huwa d-dmir tal-Membri tal-QEA li jiżguraw li l-interess ġenerali tal-Unjoni jiġi dejjem qabel, mhux biss interessi nazzjonali, iżda wkoll interessi personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0076"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. It-tieni nett, Membri tal-QEA għandhom, mhux biss iħarsu l-obbligi ta’ indipendenza, integrità u diskrezzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 285 u 286 TFUE, iżda wkoll l-ogħla standard ta’ imparzjalità u żvestiment ta’ interessi. Dan neċessarjament jimplika responsabbiltà sħiħa fil-mod li bih huma jonfqu fondi pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0077"><P>Ara l-punti 70 sa 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. It-tielet nett, it-Trattat ma jgħid xejn dwar ix-xorta jew il-frekwenza ta’ ksur li jista’ jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 286(6) TFUE. L-unika kundizzjoni hija li l-Membru tal-QEA involut ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa jew iħares l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>Minħabba li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat għall-Membri tal-Kummissjoni u għall-Membri tal-QEA jixtiebhu, huwa ċar li l-imġiba ta’ dawn tal-aħħar jeħtiġilha wkoll tkun tali li ma tistax tiġi mċanfra. Madankollu, il-ksur ta’ obbligi għandu jilħaq ċertu grad ta’ gravità qabel ma jkun jista’ jiġi ġġustifikat rikors skont l-Artikolu 286(6) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0078"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ir-rekwiżit ta’ gravità faċli jkun spjegat mis-severità tal-piena possibbli li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ timponi fuq l-okkupant tal-kariga (jew, bħal f’dan il-każ, l-ex okkupant tal-kariga) jekk ikunu pprovati l-allegazzjonijiet ta’ irregolarità. Min-naħa l-oħra, jista’ jkun dedott mill-formulazzjoni ġenerali tal-Artikolu 286(6) TFUE, flimkien mal-funzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-kuntest istituzzjonali tal-Unjoni, li n-nuqqas inkwistjoni jista’ jirriżulta minn att wieħed iżda serju, kif ukoll minn repetizzjoni ta’ atti individwalment inqas serji li r-repetizzjoni tagħhom tirrifletti biċ-ċar nuqqas ta’ ħarsien tar-regoli fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>Isegwi minn dawn il-kunsiderazzjonijiet li, fil-kuntest tal-Artikolu 286(6) TFUE, ikun biżżejjed – iżda madankollu meħtieġ – li jkun stabbilit ksur ta’ ċertu grad ta’ gravità sabiex rikors skont l-Artikolu 286(6) TFUE jkun iddikjarat fondat. Dan il-ksur serju għandu jirriżulta jew minn att serju uniku jew mir-repetizzjoni tal-istess atti inqas serji li, kull wieħed minnhom, ma jitqiesx minnu nnifsu biżżejjed serju. Min-naħa l-oħra, il-gravità tal-att jew ir-repetizzjoni tiegħu, jew anki l-akkumulazzjoni ta’ diversi atti, jista’ jkollhom effett fuq il-portata tat-tneħħija tad-dritt għall-pensjoni jew benefiċċji oħra minflokha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0079"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-eżami tal-ilmenti fil-kawża ta’ K. Pinxten</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142.</NO.P><TXT>Il-QEA tibbaża ruħha fuq ħames ilmenti sabiex issostni r-rikors tagħha, li huma relatati ma’ mill-inqas 332 fatt fir-rigward tal-ewwel motiv biss. Madankollu, kif għadni kif spjegajt, mhux in-nuqqasijiet kollha li hija tibbaża ruħha fuqhom insostenn ta’ dawn l-ilmenti huma essenzjali<?PAGE NO="28"?> sabiex ikun stabbilit in-nuqqas imsemmi fl-Artikolu 286(6) TFUE. Għalhekk, ser nillimita l-analiżi tiegħi, fir-rigward ta’ kull ilment, għall-fatti li nqis li l-iktar probabbli jindikaw nuqqas inkontestabbli ta’ twettiq tal-obbligi li għandu Membru tal-QEA, bla ħsara għall-veraċità tal-fatti l-oħra.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv: użu ħażin tar-riżorsi tal-QEA sabiex ikunu ffinanzjati attivitajiet mhux relatati jew inkompatibbli mad-dmirijiet ta’ Membru tal-QEA</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2290/77, Membru tal-QEA li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/><HT TYPE="ITALIC">waqt il-qadi ta’ dmirijietu</HT> jkun meħtieġ jivvjaġġa ’l hinn mi[s-sede tal-QEA] għandu jkun intitolat għal rimborż ta’ l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar [u] ta’ l-ispejjeż tal-lukanda [u għal] allowance ta’ sussistenza<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>. Sabiex jinkisbu dawn ir-rimborsi u allowances, isegwi mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni li l-attività li tkun qiegħda tagħti lok għan-nefqa għandha tkun relatata mal-qadi tad-dmirijiet ta’ Membru tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, wara eżami mill-ġdid tal-provi essenzjalment mhux ikkontestati, jidher diffiċli li tkun evitata l-konklużjoni li K. Pinxten abbuża mis-sistema billi ppreżenta ċerti attivitajiet b’mod inadegwat sabiex jibbenefika mir-rimbors permess mir-Regolament Nru 2290/77. Jiddispjaċini ngħid li hemm provi biżżejjed ta’ dan bil-mawriet tiegħu fi Crans Montana (l-Isvizzera) u f’Kuba u bil-parteċipazzjoni tiegħu f’ċerti attivitajiet tal-kaċċa f’Chambord (Franza) u f’Ciergnon (il-Belġju).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-mawra fi Crans Montana</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145.</NO.P><TXT>F’nota tal‑<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE> indirizzata lill-President tal-QEA, K. Pinxten spjega li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>bħala Dekan tal-Awla III tal-Qorti tal-Awdituri, [huwa kien] ġie mistieden mill-Forum ta’ Crans Montana sabiex jattendi s-sessjoni tas-sajf tal-Forum mit‑22 sal‑<DATE ISO="20130825">25 ta’ Awwissu 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0080"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.27, p. 3859.</P></NOTE>. Skont din in-nota, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>Rappreżentanti ewlenin minn Gvernijiet, Diplomazija, Organizzazzjonijiet Internazzjonali, Partiti Politiċi u Parlamenti mid-dinja kollha jiltaqgħu fi Crans Montana sabiex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ politika internazzjonali kurrenti<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, minħabba li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>[kien ġie] mistieden bħala Membru tal-[QEA], [huwa] jixtieq jitlob il-ħlas tal-akkomodazzjoni u kontribuzzjoni finanzjarja ([EUR 3 570.00]) mingħand il-Qorti<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146.</NO.P><TXT>Għalkemm din il-missjoni kienet ġiet aċċettata u l-QEA ħallset is-somma mitluba, jidher mill-fajl li t-tliet biċċiet ta’ informazzjoni li K. Pinxten ta fin-nota tiegħu – il-fatt li kien ġie mistieden, l-iskop tal-avveniment u n-nefqa – ma kinux strettament korretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, jidher li K. Pinxten ma kienx mistieden għal dan l-avveniment, la bħala Dekan tal-Awla III tal-QEA u lanqas bħala Membru tal-istituzzjoni. Għall-kuntrarju, filwaqt li l-assistenta tiegħu kienet bagħtet posta elettronika fid‑<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE> lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>info@cmf.ch<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> li tindika li K. Pinxten ikun interessat jattendi għall-avveniment, huwa rċieva tweġiba fl-istess jum li kienet tgħid li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>sessjoni tas-sajf tal-Forum ta’ Crans Montana hija avveniment ristrett fejn għadd limitat ħafna ta’ persuni (40 persuna) jiltaqgħu f’dan il-kumpless fil-muntanji esklussiv<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>. Kien biss wara l-intervent u fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ ex Ministru Belġjan li xi ħmistax wara K.<?PAGE NO="29"?> Pinxten irċieva t-tieni posta elettronika mingħand l-organizzaturi li tindika li huwa kien milqugħ jattendi l-avveniment, mingħajr, madankollu, ebda riferiment għall-funzjoni tiegħu jew għat-titolu tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0081"><P>Dan huwa bbażat fuq il-posta elettronika mibgħuta mill-assistenta ta’ K. Pinxten fid‑<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.27, p. 3858) u fuq posta elettroniċi mibgħuta mill-Uffiċċju Eżekuttiv tal-Forum ta’ Crans Montana fid‑<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE> u fit‑<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.27, pp. 3857 u 3875).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-ewwel posta elettronika tal-Uffiċċju Eżekuttiv ta’ Crans Montana tad‑<DATE ISO="20130529">29 ta’ Mejju 2013</DATE> indikat li ma kienx hemm programm speċifiku għal dik li kienet tissejjaħ is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>sessjoni speċjali tas-sajf<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>. Dan huwa kkonfermat mill-formola ta’ preżentazzjoni tal-avveniment annwali u mill-programm ikkomunikat iktar tard. Dan id-dokument indika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>s-sessjoni tas-sajf hija ristretta għal massimu ta’ 60 ħabib tal-Forum [li] jiġu u jaqsmu kuntest ipprivileġġat ħafna ta’ rilassament u ħbiberija f’dan il-kumpless eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0082"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.27, p. 3881.</P></NOTE>. Il-programm sħiħ tal-mawra wera wkoll li ma kienx hemm sessjonijiet ta’ xogħol jew imqar ħin għal diskussjoni formali. L-għodwiet u l-waranofsinharijiet kollha kienu ddedikati għal mixjiet, eskursjonijiet u opportunitajiet ta’ xiri. Tabilħaqq, il-programm b’mod pjuttost diżarmanti ddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>huwa tmiem il-ġimgħa fil-muntanja! Ma tenħtieġx eleganza jew ilbies speċjali<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>. Kulħadd kien mistieden <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>jaħseb li qiegħed fuq btala u jiġi kif jixtieq<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0083"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.27, pp. 3862 sa 3865.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149.</NO.P><TXT>It-tielet nett, filwaqt li K. Pinxten talab ħlas għall-akkomodazzjoni u għall-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 3 570.00, jidher mill-formola ta’ reġistrazzjoni u mill-fattura li l-kontribuzzjoni finanzjarja meħtieġa mill-Forum kienet biss ta’ EUR 2 950.00 għal K. Pinxten<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0084"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.27, pp. 3860 (fattura) u 3861 (formola ta’ iskrizzjoni).</P></NOTE>. Id-differenza – EUR 620 – kienet tikkorrispondi għall-ispiża addizzjonali taż-żewġt iljieli l-oħra li K. Pinxten u martu qagħdu l-jum ta’ qabel u l-jum ta’ wara l-avveniment, filwaqt li l-ewwel attività kienet skedata għas‑19.00 tat‑<DATE ISO="20130822">22 ta’ Awwissu 2013</DATE> u xejn ma kien propost fil‑25 ta’ Awwissu wara l-kolazzjon ta’ filgħodu fid‑9.30. Anki jekk wieħed jinkludi l-fatt tal-ivvjaġġar bil-karozza mil-Lussemburgu, dawk iż-żewġt iljieli, għalhekk, ma kinux meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-avveniment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0085"><P>Skont ir-rotta magħżula, il-vjaġġ bejn il-Lussemburgu (sede tal-QEA) u Crans Montana (l-Isvizzera) ivarja bejn 600 u 650 km, jiġifieri bejn 6 u 6.5 sigħat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150.</NO.P><TXT>Minħabba li l-programm tal-avveniment ma kienx wieħed impenjattiv, wieħed għandu jidħollu dubju dwar jekk il-QEA setgħetx tikseb xi benefiċċju mill-parteċipazzjoni ta’ K. Pinxten. Jidher, minflok, li kienet biss opportunità għal rikreazzjoni u ħin liberu f’lukanda ta’ lussu f’post pjaċevoli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-attività kien imissha tqieset fil-verità bħala mawra privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151.</NO.P><TXT>Meta ngħid dan, mhux qiegħed ninjora l-fatt li forsi setgħet ingħatat iktar attenzjoni għall-kontenut tal-programm u setgħu saru xi ftit ta’ mistoqsijiet oħra fuq in-natura vera tal-avveniment tal-Forum qabel ma kienet approvata l-parteċipazzjoni ta’ K. Pinxten. Minkejja dan, ma naħsibx li jkun ġust li tiġi kkritikata l-QEA f’dan ir-rigward. Il-QEA kienet intitolata tistenna standards għoljin mill-Membri tagħha u, speċifikament, jekk il-Membru attenda avveniment li fil-fatt kien mhux iktar minn opportunità għal serħan u rilassament, dan kellu jitħallas mill-fondi tiegħu stess u mhux għall-ispiża aħħarija tal-persuna taxxabbli Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="30"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-mawra f’Kuba</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152.</NO.P><TXT>Mit‑<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE> sal‑<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE> K. Pinxten u martu marru Kuba. K. Pinxten ippreżenta dan il-vjaġġ bħala missjoni uffiċjali għall-QEA u, b’hekk, irċieva rimbors ta’ EUR 10 042.71 għal spejjeż tal-missjoni u allowances ta’ kuljum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153.</NO.P><TXT>F’nota lill-President tal-QEA tal‑<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE>, K. Pinxten ippreżenta l-missjoni f’Kuba b’dan il-kliem: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>[din] għandha tagħti iktar ħjiel dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Kuba fid-dawl ta’ sitwazzjoni li tista’ tiżviluppa malajr fil-pajjiż. Dan jista’ jwassal sabiex Kuba tiġi inkluża f’wieħed mill-programmi ta’ xogħol prospettivi tal-Awla III, li hija responsabbli għall-awditu tal-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni. Il-missjoni tikkonċentra fuq kuntatti ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (NGOs, akkademiċi, ġurnalisti…) u żjajjar fuq il-post lil proġetti tal-UE‑UNDP. Minkejja t-tħejjijiet kollha tal-missjoni mil-Lussemburgu u Brussell, minħabba l-istruttura statali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>awtoritarja<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>, ħafna mill-kuntatti u ż-żjajjar fuq il-post ikollhom jiġu rranġati wara l-wasla f’Ħavana<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0086"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3553.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154.</NO.P><TXT>Minkejja din il-preżentazzjoni, huwa ċar mill-fajl mogħti lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-QEA li dan il-vjaġġ kien maħsub mill-bidu nett bħala vjaġġ privat. Tabilħaqq, fl-ewwel posta elettronika mibgħuta mill-assistenta ta’ K. Pinxten lill-Ambaxxatur tal-Unjoni għal Kuba, kien spjegat li K. Pinxten u martu kienu qegħdin jippjanaw vjaġġ privat lejn Kuba minħabba li kienu għadhom ma marrux u daru dan il-pajjiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0087"><P>Posta elettronika tat‑<DATE ISO="20150128">28 ta’ Jannar 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3509).</P></NOTE>. Permezz ta’ din il-posta elettronika, K. Pinxten kien qiegħed isaqsi għal suġġerimenti dwar lukandi, bliet u gżejjer sabiex iżuruhom u għal kull informazzjoni siewja oħra. L-għada, intbagħtet it-tieni posta elettronika li kienet telenka l-ibliet li K. Pinxten kien ħaseb dwarhom u li fl-aħħar mill-aħħar jikkorrispondu għall-ibliet li K. Pinxten u martu żaru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0088"><P>Posta elettronika tad‑<DATE ISO="20150129">29 ta’ Jannar 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3516).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, madwar 10 ijiem qabel it-tluq, K. Pinxten wera x-xewqa li jiltaqa’ ma’ ġurnalisti, rappreżentanti minn NGOs, ir-rappreżentanti ta’ benefiċjarji u/jew partijiet kontraenti ta’ finanzjament mill-Unjoni u wkoll li jżur ċerti proġetti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0089"><P>Posta elettronika tat‑<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE> lill-UNDP (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3737) u posta elettronika tad‑<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE> lid-Delegazzjoni tal-Unjoni għal Kuba (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3504).</P></NOTE>. Għalhekk, l-uffiċċju ta’ K. Pinxten kien identifika l-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) bħala l-parti kontraenti l-iktar importanti u kien bagħat posta elettronika lill-UNDP sabiex jiġi vverifikat jekk kinitx possibbli żjara tal-proġetti mwettqa minn dan tal-aħħar fiż-żmien meta K. Pinxten u martu kienu ser ikunu fir-reġjun ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0090"><P>Posta elettronika tat‑<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3737).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156.</NO.P><TXT>It-tweġibiet għal din it-talba kienu, madankollu, unanimi u ċari. B’hekk, l-Ambaxxatur tal-Unjoni għal Kuba wieġeb li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>dan jista’ jqajjem għadd ta’ kwistjonijiet f’Kuba […] Bħala regola ġenerali, [huwa] diffiċli f’Kuba li wieħed jgħaqqad it-turiżmu ma’ attivitajiet uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0091"><P>Posta elettronika tat‑<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, pp. 3736 u 3737).</P></NOTE>. Ir-Rappreżentant Residenti tal-UNDP għal Kuba kkonferma li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>l-UNDP Kuba jaqbel għalkollox ma’ [din] l-evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0092"><P>Posta elettronika tal‑<DATE ISO="20150320">20 ta’ Marzu 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3737).</P></NOTE>. Barra minn dan, l-Ambaxxatur Belġjan għal Kuba kiteb li huwa kien jaqbel perfettament mal-evalwazzjoni li kien għamel l-Ambaxxatur tal-Unjoni, u żied li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>laqgħa uffiċjali [kienet] wisq improbabbli [u li] l-istess huwa minnu għal laqgħa informali [minħabba li,<?PAGE NO="31"?> b]’mod ġenerali, uffiċjali Kubani ma jaċċettawx stediniet għal din ix-xorta ta’ laqgħa [u dan] huwa ċertament il-każ għal laqgħat ma’ uffiċjali barranin li jkollhom pożizzjoni għolja f’pajjiżhom jew fl-organizzazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0093"><P>Posta elettronika tat‑<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3765).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157.</NO.P><TXT>Għalkemm l-assistenta tiegħu bagħtitlu l-ewwel żewġ posta elettroniċi fit‑<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0094"><P>Posta elettronika tal‑<DATE ISO="20150320">20 ta’ Marzu 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3736).</P></NOTE> – biex hekk huwa bilfors kien jaf bil-fatt li l-awtoritajiet Kubani stkerrhu l-ħsieb li kwalunkwe aspett ta’ negozju jingħaqad ma’ vjaġġ maħsub l-iktar għal għanijiet turistiċi – K. Pinxten kiteb espressament fil-memorandum tiegħu lill-President tal-QEA tal‑<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE> li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>l-missjoni tikkonċentra fuq kuntatti ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili (NGOs, akkademiċi, ġurnalisti…) u żjajjar fuq il-post lil proġetti tal-UE‑UNDP<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>. Żied jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>ħafna mill-kuntatti u ż-żjajjar fuq il-post ikollhom jiġu rranġati wara l-wasla f’Ħavana<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158.</NO.P><TXT>Diffiċli temmen li K. Pinxten seta’ ħaseb li laqgħat u żjajjar bħal dawk setgħu jsiru meta huwa kien imwissi bosta drabi li kull żjara fuq il-post jew laqgħa ma’ awtoritajiet lokali kien jeħtiġilha visa tax-xogħol u, minkejja dan, huwa ddeċieda li jivvjaġġa lejn Kuba fuq visa turistika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0095"><P>Posta elettronika tal-Kap tat-Taqsima ta’ Kooperazzjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għal Kuba lill-assistent ta’ K. Pinxten tat‑<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3768) u posta elettronika tal-Ambaxxatur tal-Unjoni għal Kuba tat‑<DATE ISO="20150318">18 ta’ Marzu 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3764).</P></NOTE>. F’kull każ, jidher mill-programm ta’ K. Pinxten li l-uniċi laqgħat li seħħew f’Kuba kienu limitati għal laqgħa informali mal-Ambaxxatur tal-Unjoni fil‑<DATE ISO="20150331">31 ta’ Marzu 2015</DATE>, jiġifieri, fl-ewwel jum wara li huwa wasal f’Kuba, flimkien ma’ laqgħa mhux skedata ta’ xi sagħtejn ma’ membru tad-delegazzjoni tal-Unjoni għal Kuba l-għada<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0096"><P>Fajl tal-QEA, Anness B.37.26, pp. 3500 u 3501 u pp. 3522 sa 3528.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159.</NO.P><TXT>Mill-bqija, K. Pinxten u martu kienu biss mistiedna mill-Ambaxxatur tal-Unjoni fit‑<DATE ISO="20150402">2 ta’ April 2015</DATE> għal pranzu informali ta’ merħba fir-residenza tiegħu, fil-preżenza tal-Ambaxxatur Belġjan u ta’ martu, tar-Rappreżentant Permanenti tal-UNDP u ta’ rappreżentant tal-Unjoni ta’ Kittieba u Artisti ta’ Kuba. In-natura informali ta’ dan il-pranzu kienet ikkonfermata matul l-investigazzjoni tal-OLAF mill-Ambaxxatur tal-Unjoni nnifsu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0097"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3751 (bl-Olandiż).</P></NOTE> u mill-membru tad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Kuba li kien iltaqa’ ma’ K. Pinxten il-jum ta’ qabel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0098"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.26, pp. 3752 sa 3756.</P></NOTE>. Dan tal-aħħar kien diġà nnota n-natura purament informali ta’ dan il-pranzu f’sunt qasir dwar iż-żjara ta’ K. Pinxten miktuba <HT TYPE="ITALIC">in tempore non suspecto</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0099"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.26, p. 3761 (sunt tal‑<DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE> bl-Ispanjol), u pp. 3758 u 3759 (sunt tal‑5 u tas‑<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE> bl-Ingliż).</P></NOTE>. Dan is-sunt jikkonferma wkoll li l-laqgħa tal‑<DATE ISO="20150401">1 ta’ April 2015</DATE> kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>skambju ħafif ta’ ħbiberija […] iktar ta’ interess u perspettiva politika pjuttost milli teknika<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>. Fl-aħħar nett, jista’ jkun osservat ukoll li, filwaqt li l-bqija tal-mawra fil-pajjiż ma hijiex ikkontestata, ma kinux seħħew żjajjar jew laqgħat oħra ta’ natura uffiċjali jew anki kważi uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa tassew ovvju li l-vjaġġ kien ġeneralment wieħed privat. F’kull każ, huwa ċar li żewġ laqgħat u pranzu wieħed organizzati tul tlett ijiem f’Ħavana ma kinux jiġġustifikaw vjaġġ ta’ 14‑il jum mal-pajjiż kollu. Madankollu, minflok ma rrikonoxxa li l-għanijiet ippreżentati fin-nota tiegħu lill-QEA tal‑<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE> ma kinux intlaħqu, K. Pinxten sostna fir-rapport ta’ missjoni tiegħu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>[huwa kien] irnexxielu jiltaqa’ ma’ għadd ta’ nies interessanti<?PAGE NO="32"?> ħafna u mgħarrfa tajjeb<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0100"><P>Nota ta’ K. Pinxten għall-President tal-QEA tas‑<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.26, pp. 3555 u 3556).</P></NOTE>. L-iktar li jista’ jingħad huwa li, hekk kif ir-rappreżentant tal-QEA kkonferma fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali, tnejn mill-jiem setgħu tqiesu li kienu ddedikati għal xogħol uffiċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kaċeċ f’Chambord (Franza) u f’Ciergnon (il-Belġju)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161.</NO.P><TXT>Huwa ċar mill-fajl tal-QEA u mill-investigazzjoni tal-OLAF li K. Pinxten jidher li kien kaċċatur regolari. Mill-bejn wieħed u ieħor 40 kaċċa msemmija fir-rapport finali tal-OLAF, huwa pparteċipa f’xi wħud minnhom daqslikieku kienu parti minn missjoni uffiċjali u, bħala tali, irċieva rimbors ta’ spejjeż tal-missjoni u allowances ta’ kuljum. Dan japplika għal mill-inqas tliet kaċeċ f’Chambord (Franza) u tnejn f’Ciergnon (il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kaċeċ f’Chambord fil‑<DATE ISO="20130125">25 ta’ Jannar 2013</DATE>, fit‑<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE> u fit‑<DATE ISO="20160212">12 ta’ Frar 2016</DATE>, K. Pinxten iġġustifika dawn il-missjonijiet bil-fatt li huwa kien mistieden bħala Membru tal-QEA, flimkien ma’ personalitajiet ewlenin oħra Ewropej u Franċiżi, għal dak li huwa sejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>Jiem Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>. Madankollu, minkejja stqarrija dwar dan mid-Direttur Ġenerali tal-Patrimonju Nazzjonali ta’ Chambord – magħmula fuq talba ta’ K. Pinxten fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0101"><P>Posta elettronika tad-Direttur Ġenerali tal-Patrimonju Nazzjonali ta’ Chambord tal‑<DATE ISO="20181204">4 ta’ Diċembru 2018</DATE> (fajl ta’ K. Pinxten, Anness B.29).</P></NOTE> – l-uniku riferiment ieħor għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>Kaċċa Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>une battue européenne<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/>) kien sar f’posta elettronika mid-Direttur tal-Kaċċa u tal-Forestrija ta’ Chambord li tistieden lil K. Pinxten għall-kaċċa fit‑<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>. Din il-posta elettronika kienet immarkata għall-attenzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">Ministru</HT> Pinxten fis‑<DATE ISO="20141207">7 ta’ Diċembru 2014</DATE> (u mhux bħala membru tal-QEA)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0102"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.9, p. 1635.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163.</NO.P><TXT>Barra minn dan, jidher li K. Pinxten kien mistieden għal dawn il-kaċeċ wara inizjattiva personali u wara l-intervent ta’ ħabib personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0103"><P>F’posta elettronika tal‑<DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE> mibgħuta minn K. Pinxten lil impjegat f’Chambord, K. Pinxten b’mod ċar jirreferi għal kuntatt personali li permezz tiegħu d-Direttur Ġenerali tal-Patrimonju Nazzjonali ta’ Chambord kellu l-korteżija jistiednu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>dans le cadre d’une battue de régulation<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> (bħala parti minn kaċċa ta’ regolazzjoni) fl-istaġun 2011/2012. Jekk huwa ma setax jipparteċipa minħabba l-iskeda tiegħu, K. Pinxten espressament iddikjara li jekk id-Direttur ikollu l-korteżija jistiednu darba oħra għall-kaċċa fil-Patrimonju Nazzjonali ta’ Chambord, huwa kien jaċċetta bil-ferħa l-istedina tiegħu (fajl tal-QEA, Anness A.37.9, pp. 1056 u 1686).</P></NOTE>. Fuq kollox, ma hemmx indikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/>Jum Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/>Kaċċa Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> f’xi waħda mill-posta elettroniċi l-oħra skambjati dwar Chambord jew f’xi waħda mit-tliet stediniet uffiċjali li huwa rċieva. Għall-kuntrarju, l-istediniet jew il-karti ta’ tweġiba semmew biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/>kaċċa ta’ regolazzjoni tal-ħanżir salvaġġ<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0104"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>Une battue de régulation de sangliers<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/>. Ara l-istedina għall‑2013 (fajl tal-QEA, Anness A.37.9, p. 1647); stedina u karta ta’ tweġiba għall‑2015 (fajl tal-QEA, Anness A.37.9, p. 1619).</P></NOTE> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>tbeżżigħ taċ-ċriev u l-ħnieżer selvaġġi permezz tal-ħbit ta’ bsaten lejn żona ta’ qtil jew ta’ qbid<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0105"><P>Posta elettronika fir-rigward tal-kaċċa tat‑<DATE ISO="20160212">12 ta’ Frar 2016</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.9, p. 1595).</P></NOTE> jew anki sempliċement <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>kaċċa ta’ regolazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0106"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>Une battue de régulation<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/>. Ara l-istedina għall‑2016 (fajl tal-QEA, Anness A.37.9, p. 1603).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, filwaqt li huwa minnu li missjonijiet uffiċjali jistgħu wkoll jingħaqdu ma’ attivitajiet soċjali jew laqgħat informali, għandu jiġi nnotat li jsegwi mill-programmi għall-kaċċa f’Chambord li fihom ipparteċipa K. Pinxten fl‑2013, fl‑2015 u fl‑2016 li l-jiem kollha tqattgħu għal attivitajiet tal-kaċċa, minn filgħodu sal-ikliet ta’ filgħaxija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0107"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.9, p. 1647 (2013), p. 1621 (2015) u p. 1603 (2016).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi huwa diffiċli wieħed jara rabta bejn dawn l-avvenimenti u r-rwol ta’ K. Pinxten fil-QEA.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="33"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165.</NO.P><TXT>Dwar il-kaċċa f’Ciergnon huwa, jekk xejn, anki iktar diffiċli li wieħed jaċċetta li seta’ kien hemm rabta max-xogħol jew mar-responsabbiltajiet ta’ K. Pinxten fil-QEA. Tabilħaqq, kuntrarjament għal dak li kien allegat fis-seduta tad‑<DATE ISO="20200929">29 ta’ Settembru 2020</DATE>, l-istediniet kienu ntbagħtu fl-indirizz privat tiegħu fil-Belġju mill-Kap tal-Protokoll tal-Palazz tar-Re tal-Belġjani. Dawn l-istediniet ma kellhom l-ebda riferiment għall-QEA jew għal xi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0100" REF.END="QE0100"/>Jum Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0108"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.9, pp. 1508 u 1509.</P></NOTE>. Minbarra dan, skont it-tabella mehmuża mar-rapport tal-OLAF, allowances u/jew spejjeż tal-lukanda kienu tħallsu lil K. Pinxten b’rabta ma’ dawn il-kaċeċ fl‑2014 u fl‑2015<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0109"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.9, pp. 1886 u 1887.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv: użu ħażin u illegali ta’ privileġġi fiskali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tagħha, il-QEA tissottometti li K. Pinxten kiser l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0110"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="009" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 9, p. 12</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> u dispożizzjonijiet tar-regolament tal-Lussemburgu tas‑<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE> dwar l-allowances u l-eżenzjonijiet mogħtija lil missjonijiet diplomatiċi. Speċifikament, K. Pinxten allegatament għamel użu ħażin u illegali mill-karti tal-fjuwil għad-dispożizzjoni tiegħu billi ppermetta lil ċerti persuni jibbenefikaw indebitament mill-ħelsien mill-VAT u d-dazji tas-sisa mogħti lil diplomatiċi fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167.</NO.P><TXT>Bħal Membri oħra tal-QEA, K. Pinxten kellu żewġ karti tal-fjuwil għal mhux iktar minn żewġ karozzi privati rreġistrati fil-Lussemburgu. Huwa uża waħda minnhom għall-karozza personali tiegħu, misjuqa minn martu, u l-oħra għat-tieni karozza personali tiegħu, misjuqa minn ibnu. Il-fatt li l-użu tal-karti tal-fjuwil kien ifisser benefiċċju mit-tnaqqis fil-prezz u mill-eżenzjoni mill-VAT kien espressament iddikjarat fil-posta elettronika tat‑<DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE> invokata minn K. Pinxten innifsu fid-difiża tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0111"><P>Posta elettronika mingħand <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0101" REF.END="QE0101"/>Service Gestion administrative<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> tat‑<DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE> (fajl ta’ K. Pinxten, Anness B.34).</P></NOTE>. Barra minn dan, kien ukoll magħmul ċar f’nota għall-attenzjoni tal-President u tal-Membri tal-QEA u tas-Segretarju Ġenerali tat‑<DATE ISO="20101103">3 ta’ Novembru 2010</DATE> li l-karti kellhom kodiċi kunfidenzjali, parzjalment assoċjat mal-QEA u parzjalment mal-utent innifsu, li kien jagħmilha possibbli li jintgħaraf l-awtur ta’ kull tranżazzjoni. Żdied jingħad li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0102" REF.END="QE0102"/>kull karta [hija] speċifika għal karozza waħda u b’hekk għandha tibqa’ fil-vettura<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0112"><P>Fajl tal-QEA, Anness B.37.30, p. 4093.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168.</NO.P><TXT>Ma hemmx ħtieġa għal dawn il-finijiet li nitkellem dwar il-fatt li wieħed mis-subien ta’ K. Pinxten ma kienx għadu dipendenti fuq il-ġenituri tiegħu (u, għalhekk, ma kienx għadu awtorizzat juża waħda mill-karti tal-fjuwil). Tabilħaqq, irrispettivament minn din il-kwistjoni, huwa ċar, madankollu, li l-użu tal-karti tal-fjuwil ma sarx skont ir-regoli mfakkra iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, iż-żewġ karozzi assoċjati mal-karti addizzjonali tal-fjuwil kienu jaħdmu bid-diesel. Madankollu, eżami tal-użu tal-karti wera diversi anomaliji. L-ewwel, jidher mill-fatturi ta’ fornituri tal-fjuwil li waħda mill-karti tal-fjuwil kienet użata regolarment sabiex jinxtara l-petrol (għall-inqas 11‑il darba tul perijodu ta’ 17‑il xahar)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0113"><P>Għall-Karta 0027 3 *** fir-rigward tal-karozza bin-numru ta’ reġistrazzjoni CD‑7572, ara l-fajl tal-QEA, Anness 37.30, pp. 4133, 4140, 4147, 4159, 4163, 4165, 4170, 4172, 4184 u 4188.</P></NOTE>. Minbarra dan, dawn il-fatturi juru wkoll li waħda mill-karti tal-fjuwil kienet intużat sabiex jinxtara d-diesel, filwaqt li l-karta l-oħra tal-fjuwil kienet intużat fl-istess jum sabiex jinxtara l-petrol għal dik li suppost kienet, bħala<?PAGE NO="34"?> prinċipju, l-istess karozza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0114"><P>Pereżempju, fil‑<DATE ISO="20170411">11 ta’ April 2017</DATE>, il-karta 0027 3 *** kienet intużat għad-diesel u l-karta 0029 5 *** għall-petrol, it-tnejn għall-karozza bin-numru ta’ reġistrazzjoni CD‑7572 (fajl tal-QEA, Anness 37.30, p. 4163); fit‑<DATE ISO="20170728">28 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-karta 0027 3 *** kienet intużat għad-diesel u l-karta 0029 5 *** għall-petrol u d-diesel, it-tnejn għall-karozza bin-numru ta’ reġistrazzjoni CD‑7572 (fajl tal-QEA, Anness 37.30, p. 4172).</P></NOTE>. Hemm anki jiem li fihom il-karta ntużat fl-istess stazzjon ta’ pompi tal-petrol, darba għall-petrol u darba għad-diesel, f’intervalli ta’ żewġ jew erba’ minuti biss minn xulxin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0115"><P>Pereżempju, fl‑<DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-karta 0029 5 *** kienet intużat għad-diesel fil‑17.56 u għall-petrol fis‑18.00, it-tnejn għall-karozza bin-numru ta’ reġistrazzjoni CD‑7572 (fajl tal-QEA, Anness 37.30, p. 4165); fit‑<DATE ISO="20170728">28 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-karta 0029 5 *** kienet intużat għall-petrol fit‑15.03 u għad-diesel fit‑15.05, it-tnejn għall-karozza bin-numru ta’ reġistrazzjoni CD‑7572 (fajl tal-QEA, Anness 37.30, p. 4172).</P></NOTE>, li ovvjament huwa impossibbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iskuża ta’ vettura ta’ sostituzzjoni, għalhekk, ma treġix. Għall-kuntrarju, dawn il-fatturi juru abbuż ċar fl-użu tal-karti addizzjonali tal-fjuwil bi ksur tar-regoli msemmija b’mod ċar f’diversi dokumenti indirizzati lil K. Pinxten. Fil-fatt, is-sempliċi użu fl-istess ħin ta’ żewġ fjuwils differenti – li wieħed minnhom ma kienx jaqbel mal-vettura li magħha l-karta kienet assoċjata – juri li K. Pinxten kien għadda l-karti tal-fjuwil u l-vantaġġi fiskali assoċjati magħhom lil terzi mhux awtorizzati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv: dikjarazzjonijiet foloz ta’ assigurazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170.</NO.P><TXT>Fit-tielet ilment, K. Pinxten huwa akkużat li għamel stqarrija falza ta’ talbiet f’żewġ inċidenti li kienu jinvolvu l-vettura uffiċjali mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu u li għalihom huwa kien irċieva żewġ ħlasijiet ta’ kumpens li ma kinux dovuti. L-ewwel ħlas kien relatat ma’ inċident li seħħ fl‑<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, li fih ix-xufier ta’ M. Pinxten saq fuq bagalja li kien fiha flixkun inbid u diversi biċċiet ta’ ħwejjeġ. Il-ħlas l-ieħor kien relatat ma’ inċident fis‑<DATE ISO="20110117">17 ta’ Jannar 2011</DATE> bejn il-karozza privata tiegħu misjuqa minn ibnu, u l-karozza uffiċjali, misjuqa mix-xufier tiegħu. Madankollu, jidher mix-xhieda tax-xufier mogħtija matul l-investigazzjoni tal-OLAF li l-ewwel inċident ma kienx wassal għall-konsegwenzi ddikjarati u li x-xufier ma kienx involut fit-tieni inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel inċident, jidher li K. Pinxten irċieva rimbors għal diversi biċċiet ta’ ħwejjeġ, magħduda żewġt ilbiesi tal-irġiel, abbażi ta’ dikjarazzjoni ta’ inċident iffirmata mix-xufier tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0116"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.31, p. 4324.</P></NOTE> u ta’ stqarrija formali ffirmata minn K. Pinxten innifsu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0117"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.31, p. 4325.</P></NOTE>. Madankollu, meqjusa x-xhieda tax-xufier ta’ K. Pinxten matul l-investigazzjoni tal-OLAF, iċ-ċirkustanzi li fihom dan seħħ ma humiex ċari ħafna. Barra minn dan, skont l-istess xhieda, il-bagalja li fiha nkiser flixkun inbid kienet wisq żgħira sabiex fiha jiddaħħlu żewġt ilbiesi tal-irġiel, kif iddikjara K. Pinxten lill-kumpannija tal-assigurazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0118"><P>Smigħ tax-xhieda tax-xufier ta’ K. Pinxten tas‑<DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE> (mistoqsijiet 1, 2, 3 u 6) (fajl tal-QEA, Anness A.37.31, pp. 4331 u 4332).</P></NOTE>. Fl-istess waqt, il-kumpannija tal-assigurazzjoni jidher li ħallset kumpens mingħajr kontestazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172.</NO.P><TXT>B’rabta mat-tieni inċident, ir-rwol ta’ K. Pinxten ma huwiex ċar. L-inċident kien għall-bidu rrapportat minn K. Pinxten innifsu. Il-kumpannija tal-assigurazzjoni rrifjutat li tħallas minħabba li l-inċident kien seħħ bejn żewġ membri tal-istess familja. Dan huwa kkonfermat mhux biss minn posta elettronika tat‑<DATE ISO="20110128">28 ta’ Jannar 2011</DATE> mibgħuta minn impjegat tal-kumpannija tal-assigurazzjoni lill-maniġer ġenerali tal-kumpannija ta’ lokazzjoni ta’ karozzi inkarigata mill-karrozzi tal-QEA, jiġifieri, inqas minn ġimagħtejn wara li kien seħħ l-inċident<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0119"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.31, p. 4198.</P></NOTE>, iżda wkoll minn K. Pinxten innifsu f’ittra tal‑<DATE ISO="20120111">11 ta’ Jannar 2012</DATE> indirizzata lid-direttur tal-kumpannija<?PAGE NO="35"?> tal-assigurazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0120"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.31, p. 4246.</P></NOTE>. F’din l-ittra, K. Pinxten jgħid espressament li l-fatti seħħew kif huwa kien stqarr qabel u li huwa jqis li d-deċiżjoni tal-kumpannija tal-assigurazzjoni kienet inġusta meta l-unika raġuni għar-rifjut li tintervjeni kienet dik li żewġ persuni mill-istess familja ma jistgħux ikunu involuti u jidhru fuq ir-rapport tal-inċident. L-ispjegazzjonijiet mogħtija minn K. Pinxten lis-Segretarju Ġenerali tal-QEA f’memorandum tal‑<DATE ISO="20160901">1 ta’ Settembru 2016</DATE>, li skontu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0103" REF.END="QE0103"/>din l-ittra tista’ tagħti impressjoni differenti lil xi ħadd li ma rax l-istqarrija tal-fatti u ma jafx li S.G. kien ix-xufier uffiċjali tiegħ[u], [iżda] bl-ebda mod [huwa] ma ppretenda li kien saq il-karrozza tas-servizz [tiegħu] [huwa] stess<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0121"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.31, p. 4244.</P></NOTE> ma humiex konvinċenti. Minn naħa, dan id-dokument tħejja fi żmien meta kienu saru l-ewwel allegazzjonijiet mill-QEA. Min-naħa l-oħra, huwa diffiċli temmen li K. Pinxten kien ser juża pronom personali bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0104" REF.END="QE0104"/>jiena<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0105" REF.END="QE0105"/>aħna<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/> (b’riferiment għal K. Pinxten innifsu u għal ibnu) meta l-persuna involuta hija terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173.</NO.P><TXT>Għandu jkun innotat, madankollu, li l-formola tar-rapport tal-inċident mibgħuta lill-kumpannija tal-assigurazzjoni kienet iffirmata minn iben K. Pinxten u mix-xufier ta’ K. Pinxten. Bla dubju, ma jistax ikun eskluż, mill-qari tal-fajl, li l-fatt li r-rapport tal-inċident kien fl-aħħar mill-aħħar iffirmat mix-xufier ta’ K. Pinxten kien inizjattiva tal-persuna inkarigata mix-xufiera tal-QEA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0122"><P>Ara, dwar dan, it-tweġibiet tal-impjegat tal-kumpannija tal-assigurazzjoni għall-kwestjonarju tal-OLAF (punt 2) (fajl tal-QEA, Anness B.37.31, pp. 4218 u 4219); is-smigħ tax-xhieda tal-membru tal-persunal tal-QEA inkarigat mix-xufiera tas‑<DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE> (tweġiba għall-mistoqsija 13) (fajl tal-QEA, Anness A.37.31, p. 4302).</P></NOTE> jew ta’ K. Pinxten innifsu b’reazzjoni għar-rifjut tal-assiguratur li jintervjeni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0123"><P>Ara, dwar dan, mingħajr ċertezza, is-smigħ tax-xhieda tax-xufier ta’ K. Pinxten tas‑<DATE ISO="20171016">16 ta’ Ottubru 2017</DATE> (tweġiba għall-mistoqsija 2) (fajl tal-QEA, Anness A.37.31, p. 4280).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi nnotat li ma hemmx xhieda mhux ambigwa li K. Pinxten kien involut u li huwa fil-fatt kien jaf dwar l-allegata frodi li tat lok għar-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma naħsibx li t-tielet ilment ġie stabbilit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ lment: il-pożizzjoni mhux iddikjarata u illegali ta’ maniġer ta’ kumpannija kummerċjali u ta’ attività politika qawwija</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ lment, K. Pinxten essenzjalment huwa akkużat b’żewġ affarijiet. L-ewwel, huwa allegat li K. Pinxten aġixxa bħala maniġer ta’ kumpannija kummerċjali sa mill‑2016, meta huwa xtara proprjetà f’Bourgogne li tikkonsisti f’dar u vinja. It-tieni, huwa allegat li K. Pinxten kien imdaħħal f’attività politika qawwija fi ħdan partit politiku fiż-żmien meta kellu l-kariga fil-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176.</NO.P><TXT>Dwar l-attività f’kumpannija kummerċjali, K. Pinxten jissottometti li l-attività ma kinitx kummerċjali jew professjonali. Skont K. Pinxten, huwa kien azzjonist – flimkien ma’ martu u t-tfal – f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0106" REF.END="QE0106"/>société civile immobilière<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/>. L-attività ta’ maniġer ma kinitx professjonali. Il-kumpannija kienet biss tirċievi l-kera għall-kiri tal-proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177.</NO.P><TXT>Irrispettivament minn dan l-aspett finanzjarju, jidher mill-fajl li K. Pinxten ma kienx iddikjara din is-sitwazzjoni f’waqtha u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, li din ma kinitx approvata. Dan sar magħruf biss meta K. Pinxten għarraf lill-QEA f’Settembru 2018, wara li l-kariga tiegħu kienet intemmet f’April 2018, li huwa kien inħatar xahrejn qabel bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0107" REF.END="QE0107"/>gérant<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> (maniġer amministrattiv) tal-vinja f’Chambolle Musigny (Franza), wara li kienet biddlet il-kostituzzjoni legali tagħha għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0108" REF.END="QE0108"/>Groupement foncier agricole<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0124"><P>Posta elettronika ta’ K. Pinxten tat‑<DATE ISO="20180918">18 ta’ Settembru 2018</DATE> lill-President tal-QEA (fajl tal-QEA, Anness A.16, p. 149).</P></NOTE>. Madankollu, l-Artikolu 6 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni<?PAGE NO="36"?> tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QEA jeħtieġ lill-Membri tal-QEA jiddikjaraw l-attivitajiet barranin kollha tagħhom, u l-Artikolu 2(2) tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0109" REF.END="QE0109"/>[k]ull proprjetà posseduta jew direttament jew permezz ta’ kumpanija ta’ proprjetà immobbli għandha tiġi ddikjarata<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/>, bl-eċċezzjoni biss ta’ djar li jkunu għall-użu esklużiv tas-sid jew ta’ familtu. Għaldaqstant, K. Pinxten naqas milli jissodisfa dan l-obbligu matul iż-żmien tal-kariga tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ attivitajiet politiċi, ir-regoli tal-QEA huma partikolarment ċari. L-ewwel nett, l-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA jgħid li huma għandhom jiddedikaw lilhom innifishom għat-twettiq tal-mandat tagħhom u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0110" REF.END="QE0110"/>[huma] ma jistgħu jwettqu ebda kariga politika<QUOT.END REF.START="QS0110" CODE="201D" ID="QE0110"/>. It-tieni nett, il-punt 3.2. tal-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA jipprovdi li l-Membri tal-QEA għandhom iwettqu l-inkarigi tagħhom mingħajr ebda influwenza politika, nazzjonali jew xorta oħra barranija. It-tielet nett, sabiex ineħħi kull dell ta’ dubju, il-punt 3.3. ta’ dawn il-Linji gwida dwar l-Etika jindika li Membri tal-QEA għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0111" REF.END="QE0111"/>[j]evitaw kull kunflitt ta’ interess, kemm jekk attwali jew apparenti [li] jista’ jkun il-każ, pereżempju, b’konnessjoni ma’ <HT TYPE="ITALIC">sħubija f’organizzazzjonijiet politiċi, pożizzjonijiet politiċi</HT> […]<QUOT.END REF.START="QS0111" CODE="201D" ID="QE0111"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0125"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li K. Pinxten kien jaf b’dawn ir-regoli. Tabilħaqq, kmieni sa minn Mejju 2006, K. Pinxten kien talab li jżomm il-mandat tiegħu ta’ sindku tal-belt ta’ Overpelt (il-Belġju). Madankollu, din it-talba ma ntlaqgħetx abbażi tal-Artikolu 286 TFUE u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA msemmi iktar ’il fuq, anki jekk K. Pinxten kien fil-fatt iddelega dmirijietu kollha bħala sindku u fittex li jżomm biss it-titolu marbut ma’ din il-funzjoni politika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0126"><P>DEC‑C 25/06 tad‑<DATE ISO="20060529">29 ta’ Mejju 2006</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.14).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180.</NO.P><TXT>Ix-xhieda tistabbilixxi madankollu – tal-għaġeb kif jidher – li bejn l‑2006 u l‑2017 K. Pinxten issokta jkun membru tal-bord ta’ partit politiku fil-Belġju. Fid-difiża tiegħu K. Pinxten jissottometti li, minn Novembru 2008, huwa kien biss membru tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0112" REF.END="QE0112"/>bord estiż<QUOT.END REF.START="QS0112" CODE="201D" ID="QE0112"/>, jiġifieri, mingħajr dritt għal vot. Dan l-argument ma tantx għandu piż u l-fatt li wara kollox sar minnu nnifsu jitkellem il-volumi dwar l-approċċ ġenerali ta’ K. Pinxten fir-rigward tal-obbligi ta’ oġġettività sħiħa u indipendenza minn attività politika li għandhom ikunu mistennija minn Membru tal-QEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181.</NO.P><TXT>Bilkemm huwa meħtieġ inżid li n-nuqqas ta’ dritt għal vot ma jżommx lil persuna milli tesprimi l-fehma tagħha dwar kwistjonijiet diskussi u, għalhekk, milli tinfluwenza r-riżultat ta’ kull vot jew, għall-kuntrarju, milli tkun influwenzata mid-diskussjoni. F’kull każ, li huwa oġġezzjonabbli huwa l-fatt fih innifsu li K. Pinxten baqa’ membru attiv ta’ partit politiku nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182.</NO.P><TXT>Huwa ċar li Pinxten kellu l-intenzjoni soda li jibqa’ membru influwenti tal-partit politiku tiegħu u, għalhekk, li jkun attiv fuq il-bord politiku. Għalhekk, pereżempju, K. Pinxten kien ta parir personali lill-President tal-partit tiegħu dwar l-aħjar strateġija tal-midja għall-partit dwar kwistjoni ekonomika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0127"><P>Posta elettronika ta’ K. Pinxten lill-President tal-Open Vld tat‑<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.8, p. 694).</P></NOTE>. Huwa insista wkoll li jiltaqa’ mal-President tal-partit meta ma setax jattendi l-bord tal-partit, għaliex ried jitkellem dwar kwistjoni ta’ interess għaliha u għall-partit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0128"><P>Posta elettronika ta’ K. Pinxten tal‑<DATE ISO="20160104">4 ta’ Jannar 2016</DATE> (fajl tal-QEA, Anness A.37.8, p. 971).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, hemm ukoll provi li K. Pinxten kien wieħed li pparteċipa regolarment fuq il-bord politiku. Pereżempju, minn 57 laqgħa bejn Frar 2009 u April 2010, K. Pinxten attenda 30 laqgħa, xi drabi anki darbtejn fl-istess ġimgħa. Anki iktar mill-attendenza tiegħu f’laqgħat, il-minuti tal-laqgħat juru li s-suġġetti diskussi kienu b’mod ċar aktarx jinfluwenzaw ix-xogħol ta’ K. Pinxten jew l-indipendenza tiegħu bħala Membru tal-QEA. Dawn is-suġġetti li inkludew<?PAGE NO="37"?> kwistjonijiet bħall-kampanji elettorali reġjonali u Ewropej u d-deċiżjoni li kellha tkun adottata minn azzjonisti fir-rigward ta’ inkorporazzjoni bejn żewġ banek ewlenin fil-Belġju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0129"><P>Minuti tal-bord tal-Open Vld tas‑<DATE ISO="20090427">27 ta’ April 2009</DATE> (fajl tal-QEA, Anness 37.8, p. 777).</P></NOTE>, il-konsegwenzi tal-elezzjonijiet nazzjonali fuq is-sistema istituzzjonali futura tal-Belġju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0130"><P>Minuti tal-bord tal-Open Vld tat‑<DATE ISO="20090608">8 ta’ Ġunju 2009</DATE> (fajl tal-QEA, Anness 37.8, p. 784).</P></NOTE>, jew anki l-pjan multiannwali li kellu jiġi sottomess lill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0131"><P>Minuti tal-bord tal-Open Vld tal‑<DATE ISO="20090914">14 ta’ Settembru 2009</DATE> (fajl tal-QEA, Anness 37.8, p. 809).</P></NOTE>, l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-baġit tal-Belġju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0132"><P>Minuti tal-bord tal-Open Vld tas‑<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE> (fajl tal-QEA, Anness 37.8, p. 848).</P></NOTE>, il-possibbiltà li l-ewwel President tal-Kunsill Ewropew ikun Belġjan u s-suċċessjoni tal-Prim Ministru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0133"><P>Minuti tal-bord tal-Open Vld tas‑<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE> (fajl tal-QEA, Anness 37.8, p. 847).</P></NOTE>, il-ħatra tal-Prim Ministru l-ġdid<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0134"><P>Minuti tal-bord tal-Open Vld tat‑<DATE ISO="20091123">23 ta’ Novembru 2009</DATE> (fajl tal-QEA, Anness 37.8, p. 875).</P></NOTE> jew il-prijorità tal-partit għall-presidenza Belġjana tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0135"><P>Minuti tal-bord tal-Open Vld tat‑<DATE ISO="20100322">22 ta’ Marzu 2010</DATE> (fajl tal-QEA, Anness 37.8, p. 942).</P></NOTE> kienu diskussi fil-preżenza ta’ K. Pinxten, li dak iż-żmien kien Membru tal-QEA u l-partit tiegħu kien membru tal-Gvern Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183.</NO.P><TXT>Madankollu, it-Trattat innifsu huwa partikolarment ċar dwar din il-kwistjoni: ma għandu jkun hemm ebda dubju dwar l-indipendenza tal-Membri tal-QEA (Artikolu 286(1) TFUE) u, fit-twettiq ta’ dmirijiethom, huma ma jistgħu jieħdu istruzzjonijiet minn ebda gvern jew minn ebda korp ieħor (Artikolu 286(3) TFUE). Dan ifisser li attività politika attiva partiġjana ta’ din ix-xorta hija għalkollox inkonsistenti ma’ sħubija fil-QEA. Dan kollu għandu jitqies bħala elementari minn kull membru tal-QEA u ma nistax noqgħod lura milli nosserva li l-kondotta ta’ K. Pinxten f’dan ir-rigward sempliċement ma tistax tkun skużata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">e)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames ilment: il-kunflitt ta’ interess maħluq fil-kuntest ta’ offerta għall-kiri ta’ appartament privat lill-kap ta’ entità awditjata</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184.</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames ilment tagħha, il-QEA tallega li K. Pinxten ħoloq kunflitt ta’ interess billi offra appartament privat għall-kiri lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (is-Sinjura Mogherini), meta dik l-entità kienet taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Awla tal-QEA li tagħha huwa kien id-dekan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185.</NO.P><TXT>Jidher mill-fajl li fil-fatt kienet intbagħtet offerta minn K. Pinxten lis-Sinjura Mogherini fl‑<DATE ISO="20141120">20 ta’ Novembru 2014</DATE> mingħajr ebda riferiment għall-kariga tiegħu fil-QEA, ħlief l-indikazzjoni tal-indirizz elettroniku tiegħu taħt il-firma tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0136"><P>Fajl tal-QEA, Anness A.37.37, p. 4722.</P></NOTE>. Din l-inizjattiva ċertament ma kinitx flokha, meqjusa l-pożizzjoni li kellu K. Pinxten, u fetħet it-triq għal kunflitt ta’ interess ċar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi msemmija fl-Artikoli 285 u 286 TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186.</NO.P><TXT>Wara li analizzajt l-argumenti tal-partijiet u l-fajls tagħhom, nikkonkludi li ħafna mill-fatti ewlenin li jagħtu fid-dettall dak li K. Pinxten huwa akkużat bih fl-ewwel, fit-tieni u fir-raba’ lment ċertament ġew stabbiliti. Dawn jikkostitwixxu evitar tar-regoli applikabbli, jiġifieri, mill-inqas, l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2290/77, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/118, ir-regolament tal-Lussemburgu tas‑<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE> dwar l-allowances u l-eżenzjonijiet mogħtija lil missjonijiet diplomatiċi, l-Artikolu 4(1) tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-QEA u l-punti 2.2., 3.2. u 3.3. tal-Linji gwida dwar l-Etika għall-QEA. L-allegata mġiba fil-ħames ilment, jiġifieri, l-offerta ta’ appartament privat għall-kiri, kienet ukoll ċertament mhux flokha u, sa dak il-punt, mhux xierqa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="38"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187.</NO.P><TXT>Filwaqt li xi wħud mill-fatti stabbiliti huma minnhom innifishom ksur ta’ ċertu grad ta’ gravità, huwa f’kull każ ċar li, kollox ma’ kollox, huma juru nuqqas sħiħ ta’ ħarsien tar-regoli fis-seħħ. Dawn id-diversi atti huma sintomatiċi ta’ attitudni bażika li turi li K. Pinxten kien lest, waqt li kien fil-kariga bħala Membru tal-QEA, juża din il-kariga sabiex jestendi l-benefiċċji tiegħu bi ħsara għall-baġit tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0137"><P>Ara, dwar dan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż) iżda punt 119 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188.</NO.P><TXT>Il-fajl jistabbilixxi li K. Pinxten b’mod ċar mhux biss kellu definittivament diffikultà li jifhem ir-rekwiżiti tal-kariga tiegħu iżda wkoll li jiddetermina liema spejjeż kienu koperti minn fondi pubbliċi u liema kellhom jiġu sostnuti personalment. Il-fajl, għalhekk, juri, minn naħa, użu ħażin repetut – jekk mhux persistenti – u kkaratterizzat tal-vantaġġi u tal-privileġġi relatati mal-funzjoni tiegħu fil-QEA, b’mod partikolari sabiex ma jkollux għalfejn iħallas għal spejjeż privati jew għal attivitajiet rikreattivi mhux relatati mal-funzjoni tiegħu fil-QEA u, min-naħa l-oħra, inkapaċità li jħalli l-karriera politika preċedenti tiegħu u l-influwenza li kellu qabel fuq il-politika Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189.</NO.P><TXT>Din l-imġiba bla dubju tikkostitwixxi ksur serju tal-prinċipji fundamentali li jiddefinixxu d-dmirijiet ta’ Membru tal-QEA u li huma stabbiliti fl-impenn solenni li K. Pinxten ħalef li jħares fil-bidu taż-żmien tal-kariga tiegħu: id-dmirijiet ta’ integrità, diskrezzjoni u indipendenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190.</NO.P><TXT>Xi wħud mill-avvenimenti li jifformaw il-bażi ta’ dawn l-ilmenti, bħall-mawriet fi Crans Montana jew f’Kuba, il-kaċċa f’Chambord u f’Ciergnon jew il-mod mid-dehra każwali li bih huwa uża l-karti tal-fjuwil huma wisq iktar inaċċettabbli fid-dawl tar-rwol tal-QEA li għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0113" REF.END="QE0113"/>il-kuxjenza finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0113" CODE="201D" ID="QE0113"/> tal-Unjoni Ewropea. Tabilħaqq, wieħed jista’ jistaqsi kif jista’ jingħata krettu lil awditu tal-QEA jekk l-awtur tiegħu stess ma jħarisx ir-regoli meta juża fondi pubbliċi. Il-fatti lmentati huma wisq iktar gravi minħabba li K. Pinxten kien il-persuna li <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fittex li jikseb l-istediniet imsemmija sabiex isostni l-ispejjeż tiegħu, filwaqt li d-dmir tal-Membri tal-QEA huwa li jiżguraw li l-interess ġenerali tal-Unjoni f’kull waqt jiġi qabel interessi personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0138"><P>Ara, dwar dan, il-punt 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191.</NO.P><TXT>K. Pinxten jargumenta bħala ġustifikazzjoni li r-regoli ma kinux ċari jew li huwa kien, f’kull każ, ikkonforma mar-regoli interni tal-QEA kif kienu japplikaw meta seħħew il-fatti; huwa dejjem irċieva l-approvazzjoni tal-President tal-QEA u li Membri oħra tal-QEA kienu qegħdin jagħmlu l-istess. Anki jekk dan huwa minnu – u, sabiex inkunu ġusti, xejn minn dan, bl-eċċezzjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-President, ma kien qatt stabbilit – xejn minn dan ma jista’ jiskuża l-imġiba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward ta’ jekk ir-regoli applikabbli kinux ċari, urejt li r-regoli ewlenin li K. Pinxten kiser – ir-regoli relatati ma’ missjonijiet uffiċjali, l-użu tal-karti tal-fjuwil jew il-projbizzjoni ta’ attivitajiet politiċi – mhux biss kienu ċari, iżda K. Pinxten kien jaf bihom perfettament. Sussegwentement, jidhirli li huwa wkoll evidenti li l-prinċipji ta’ integrità, diskrezzjoni u indipendenza, li huma wkoll fil-bażi tal-ksur ta’ K. Pinxten, ma jeħtiġilhomx ikunu żviluppati f’regolamenti sekondarji sabiex wieħed jifhem il-qofol veru tagħhom. Bl-istess mod, naqbel mal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0114" REF.END="QE0114"/>ma huwiex għalkollox possibbli, lanqas ma huwa utli li wieħed jipprova jistabbilixxi b’mod ezawrjenti standards għal kondotta xierqa f’kariga pubblika. Dejjem ikun hemm sitwazzjoni li fiha wieħed ma jkunx jista’ jidentifika liema standard ikun inkiser, iżda li jkun jista’ jikkonkludi li l-kondotta,<?PAGE NO="39"?> madankollu, hija kuntrarja għall-interess ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0114" CODE="201D" ID="QE0114"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0139"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż) iżda punt 78 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra).</P></NOTE>. Dwar dan, wieħed jista’ josserva li l-kategoriji ta’ kondotta ħażina possibbli għall-finijiet tal-Artikolu 286 TFUE qatt ma huma limitati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-fatt li t-talbiet ta’ K. Pinxten kienu ġew approvati mill-President tal-QEA, għandu jitfakkar, kif il-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn dan, iddeċidiet fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson, li K. Pinxten ma jistax jeħles lilu nnifsu mir-responsabbiltà tiegħu billi jistkenn wara l-awtorizzazzjoni ta’ xi ħadd ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0140"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0145">145</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-awtorizzazzjonijiet li kienu ngħataw kienu msejsa fuq informazzjoni li sikwit ma kinitx sħiħa jew ukoll mhux korretta. F’dan ir-rigward, in-nuqqas li tintalab iktar informazzjoni f’każijiet ta’ dubju ma jistax jeħel bih il-President tal-QEA. Tabilħaqq, ir-relazzjoni bejn il-President u l-Membri tal-Qorti tal-Awdituri ma hijiex waħda ġerarkika iżda pjuttost relazzjoni bejn ugwali, ibbażata fuq il-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u l-fiduċja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ċertament ma kinitx kwistjoni li l-President tal-QEA ssuspetta li K. Pinxten kien qiegħed jigdeb, iżda pjuttost li K. Pinxten kien qiegħed ikun onest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">kooperazzjoni leali</HT> stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0115" REF.END="QE0115"/>l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f’rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0115" CODE="201D" ID="QE0115"/>. Madankollu, l-Unjoni ma hijiex kunċett teoretiku. Hija realtà li tingħata forma konkreta mill-poplu li jikkostitwixxiha, magħduda l-Membri tal-istituzzjonijiet fl-ogħla livell. F’kull każ, anki jekk ir-regoli interni tal-QEA relatati mal-informazzjoni li għandha tingħata insostenn ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sabiex titwettaq missjoni setgħu forsi ma kinux eżiġenti ħafna fiż-żmien rilevanti u kellhom jitqiesu bħala li kienu tħarsu f’dan il-każ, madankollu huwa minnu li l-<HT TYPE="ITALIC">kondotta</HT> koperta minn dawn l-applikazzjonijiet kienet b’mod ċar kuntrarja għall-prinċipji fundamentali li huma l-bażi tal-ġurament li kien ħa K. Pinxten.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195.</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-kondotta tal-Membri l-oħra tal-QEA, anki kieku kellu jintwera li xi wħud minnhom ġabu ruħhom b’mod simili – u, sabiex intenni, ma ġiet prodotta ebda tali prova għal dan il-għan – għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ legalità, ebda persuna ma tista’ tinvoka, sabiex issostni t-talba tagħha, att illegali mwettaq favur ħaddieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0141"><P>Ara, dwar dan, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE>, <NAME.CASE>Williams vs Il‑Qorti tal-Awdituri</NAME.CASE> (<NO.CASE>134/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:297">EU:C:1985:297</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930331">31 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Ahlström Osakeyhtiö <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑89/85, C‑104/85, C‑114/85, C‑116/85, C‑117/85 u C‑125/85 sa C‑129/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:120">EU:C:1993:120</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0197">197</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Evonik Degussa u AlzChem vs Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑155/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:446">EU:C:2016:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jiena obbligat nikkonkludi li l-kondotta ta’ K. Pinxten waqgħet lil hinn sostanzjalment mill-obbligi etiċi u regolatorji imposti fuq Membri tal-QEA. Billi għamel dan, huwa sar responsabbli għal ksur serju tal-obbligi etiċi tiegħu li huwa ta’ ċertu grad ta’ gravità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sanzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197.</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja osservat fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:455">EU:C:2006:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward ta’ Membri tal-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 245 TFUE, il-ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ Membru tal-QEA jitlob, bħala regola ġenerali, l-impożizzjoni ta’ sanzjoni skont l-Artikolu 286(6) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0142"><P>Punt 149.</P></NOTE>.<?PAGE NO="40"?> Għalkemm il-QEA tħalli fid-diskrezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddetermina n-natura u d-daqs ta’ tali sanzjoni, il-QEA tissottometti li sanzjoni imposta, tkun liema tkun, għandha tqis il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ġurisprudenza u prinċipji applikabbli</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ proporzjonalità ta’ sanzjonijiet huwa ovvjament iggarantit fil-livell kostituzzjonali mill-Artikolu 49(3) tal-Karta. Din id-dispożizzjoni teħtieġ li sanzjoni ma għandhiex tkun ħarxa b’mod sproporzjonat mar-reat kriminali li jkun twettaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0143"><P>Fir-rigward tal-evalwazzjoni dwar jekk proċeduri u sanzjonijiet ikunux kriminali minnhom innifishom, għandu jiġi nnotat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti EDB, huma rilevanti tliet kriterji. L-ewwel kriterju huwa l-klassifikazzjoni legali tar-reat skont il-liġi nazzjonali; it-tieni huwa n-natura intrinsika tar-reat u t-tielet huwa l-grad ta’ ħruxija tas-sanzjoni li l-persuna kkonċernata tista’ ġġarrab (ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180320">20 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Garlsson Real Estate <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑537/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:193">EU:C:2018:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Filwaqt li dawn il-proċeduri ċertament ma jinvolvu ebda ġudizzju dwar jekk K. Pinxten kienx ħati ta’ reat kriminali, madankollu, huwa ċar li l-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li japplika għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ikunu xi jkunu l-oqsma tad-dritt tal-Unjoni kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0144"><P>Jekk wieħed jaħseb minnufih dwar l-evalwazzjoni tal-ammont ta’ multa skont id-dritt tal-kompetizzjoni (ara, għal eżempju tal-importanza ta’ proporzjonalità f’dik il-kwistjoni, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0207">207</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità b’rabta ma’ sanzjonijiet tista’ tinstab f’diversi oqsma oħra bħad-dazji, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-moviment liberu tal-ħaddiema jew l-immigrazzjoni illegali. Ara, dwar dawn l-eżempji, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Link Logistik N&amp;N (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:494">EU:C:2018:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata fin-noti ta’ qiegħ il-paġna).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199.</NO.P><TXT>Minbarra dan, ir-rekwiżit tal-proporzjonalità ta’ sanzjonijiet jinsab ukoll fil-ġurisprudenza tal-Qorti EDB. B’mod partikolari, l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0116" REF.END="QE0116"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0116" CODE="201D" ID="QE0116"/>) jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0117" REF.END="QE0117"/>[k]ull persuna naturali jew persuna morali għandha dritt għat-tgawdija paċifika tal-possedimenti tagħha<QUOT.END REF.START="QS0117" CODE="201D" ID="QE0117"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0200"><NO.P>200.</NO.P><TXT>Sabiex tistabbilixxi jekk hemmx ksur ta’ dan id-dritt, il-ġurisprudenza tal-Qorti EDB turi li hija tevalwa jekk sanzjonijiet ta’ natura pekunjarja, magħduda t-tnaqqis jew it-telf ta’ pensjoni tal-irtirar, humiex proporzjonati. Dan jinvolvi evalwazzjoni ta’ jekk jintlaħaqx bilanċ ġust bejn l-eżiġenzi tal-interess ġenerali tal-komunità u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-individwu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0145"><P>Ara, dwar dan, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20051018">18 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Banfield vs Ir‑Renju Unit, CE:ECHR:2005:1018DEC000622304, u l-Qorti EDB, <DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Philippou vs Ċipru, CE:ECHR:2016:0614JUD007114810, punti 65 u 66.</P></NOTE>. Skont din il-ġurisprudenza, il-bilanċ meħtieġ ma jkunx intlaħaq jekk il-persuna kkonċernata jkollha ssostni piż individwali u eċċessiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0146"><P>Ara, dwar dan, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Philippou vs Ċipru, CE:ECHR:2016:0614JUD007114810, punt 61.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0201"><NO.P>201.</NO.P><TXT>Fil-kuntest partikolari ta’ tnaqqis jew ta’ telf ta’ pensjoni tal-irtirar, għandu wkoll jiġi nnotat li l-Qorti EDB indikat li hija ma tqishiex inerentement mhux raġonevoli li ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis jew anki għat-telf għalkollox ta’ pensjonijiet f’każ adatt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0147"><P>Ara, dwar dan, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20051018">18 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Banfield vs Ir‑Renju Unit, CE:ECHR:2005:1018DEC000622304, u l-Qorti EDB, <DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Philippou vs Ċipru, CE:ECHR:2016:0614JUD007114810, punt 68.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-fatt dwar jekk ikunx intlaħaq il-bilanċ tajjeb jew le jkun jiddependi ħafna miċ-ċirkustanzi u mill-fatturi partikolari ta’ każ partikolari li jistgħu jxaqilbu l-keffa tal-miżien lejn naħa jew oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0148"><P>Ara, dwar dan, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Philippou vs Ċipru, CE:ECHR:2016:0614JUD007114810, punt 68.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0202"><NO.P>202.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta, sa fejn il-Karta tinkludi drittijiet li jikkorrispondu għad-drittijiet iggarantiti mill-KEDB, it-tifsira u l-iskop ta’ dawn id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-KEDB. Dan ifisser li, peress li l-Artikolu 17(1) tal-Karta jipprovdi<?PAGE NO="41"?> wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0118" REF.END="QE0118"/>[k]ull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni tagħha li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt<QUOT.END REF.START="QS0118" CODE="201D" ID="QE0118"/>, ir-rekwiżiti tal-Qorti EDB li għadni kif semmejt fil-qosor iktar ’il fuq għandhom neċessarjament jitqiesu fl-interpretazzjoni tal-limitu minimu ta’ protezzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 17 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0149"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑235/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:432">EU:C:2019:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0203"><NO.P>203.</NO.P><TXT>Sabiex ikun evalwat jekk is-sanzjoni hijiex konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-ġurisprudenza tissuġġerixxi li għandhom jitqiesu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-kondotta tal-persuna kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0150"><P>Ara, dwar dan, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20130618">18 ta’ Ġunju 2013</DATE>, S.C. Complex Herta Import Export S.R.L. Lipova vs Ir‑Rumanija, CE:ECHR:2013:0618JUD001711804, punt 35.</P></NOTE>, in-natura u l-grad ta’ gravità tal-ksur li s-sanzjoni tfittex li tissanzjona<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0151"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Reindl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2370">EU:C:2014:2370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, it-tul tal-ksur tar-regoli inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0152"><P>Ara, dwar dan, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, iżda wkoll id-dannu li jkun sar lill-QEA bħala istituzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0153"><P>Ara, dwar dan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż) iżda punt 123 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra).</P></NOTE>. Fl-aħħar nett, il-fatt li t-telf ta’ pensjoni tal-irtirar ma jħallix lill-persuna kkonċernata mingħajr ebda mezz ta’ għajxien, jew, b’mod ġenerali, li ma jkollux impatt deċiżiv fuq il-qagħda finanzjarja ġenerali tal-persuna, jista’ wkoll ikun fattur rilevanti sa fejn hija kkonċernata l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tas-sanzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0154"><P>Ara, dwar dan, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20130618">18 ta’ Ġunju 2013</DATE>, S.C. Complex Herta Import Export S.R.L. Lipova vs Ir‑Rumanija, CE:ECHR:2013:0618JUD001711804, punt 38, u l-Qorti EDB, <DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Philippou vs Ċipru, CE:ECHR:2016:0614JUD007114810, punt 72. Dwar l-istess, ara wkoll is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020530">30 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Onidi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑197/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:135">EU:T:2002:135</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0152">152</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0204"><NO.P>204.</NO.P><TXT>Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji għall-QEA, jista’ jingħad li okkupanti ta’ kariga bħal K. Pinxten huma mistennija jżommu l-ogħla standards ta’ probità u integrità personali. Huwa importanti li wieħed ikun ċar dwar dan. Il-bnedmin huma, min-natura tagħhom, kreaturi dgħajfa u fallibbli u anki dawk l-iktar ta’ kuxjenza u ta’ ġieħ itendu li jiżbaljaw u jagħmlu ġudizzju ħażin. Kull evalwazzjoni ta’ analiżi tal-proporzjonalità għandha, għaldaqstant, tħalli spazju għall-kundizzjoni umana, u jekk kandidati għal kariga għolja jeħtiġilhom ikunu perfetti, ħadd ma sewwasew ikun jista’ jissejjaħ sabiex jaqdi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0205"><NO.P>205.</NO.P><TXT>Madankollu, hawnhekk hawn element inerenti ta’ proporzjonalità, sabiex nibdew, b’rabta ma’ rikors skont l-Artikolu 286(6) TFUE, minħabba li, kif diġà osservajt, nuqqasijiet serji biss min-naħa tal-Membru kkonċernat jistgħu jiġġustifikaw il-preżentazzjoni ta’ tali rikors. Iżda, kif diġà wkoll għadni kif għidt, l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità għandha tqis ukoll id-dannu li l-kondotta tal-Membru tkun għamlet jew ser tagħmel lill-istituzzjoni kkonċernata. Dawk li jaċċettaw kariga għolja għandhom dmir speċjali li ma jġibux ruħhom b’mod li jimmina l-għanijiet innifishom tal-istituzzjoni li huma jaqdu. Il-QEA hija mfassla fundamentalment sabiex tiżgura li d-dħul pubbliku tal-Unjoni jintefaq b’mod legali u effiċjenti, u dawn l-għanijiet ma jinqdewx b’mod tajjeb meta Membru tal-QEA jġib ruħu b’mod li manifestament imur kontra dawn l-għanijiet u li jimmina l-fiduċja tal-pubbliku fil-ħila jew anki fir-rieda tal-QEA li twettaq il-mandat tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0206"><NO.P>206.</NO.P><TXT>Flimkien ma’ dawn il-prinċipji, wieħed għandu jiftakar li, sa fejn hija kkonċernata s-sanzjoni stess, l-uniku veru preċedent huwa dak stabbilit fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson innifisha. F’dik il-kawża, l-ex Kummissarju kienet instabet ħatja li kienet uriet favoritiżmu meta appuntat ħabib personali f’pożizzjoni partikolari ta’ responsabbiltà li għaliha ma kienx ikkwalifikat. Filwaqt li fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Avukat Ġenerali Geelhoed ikkonkluda li l-kondotta kienet serja biżżejjed sabiex tiġġustifika li E. Cresson titneħħiela l-pensjoni sħiħa tagħha, huwa qies li kien<?PAGE NO="42"?> hemm biżżejjed fatturi mitiganti sabiex jiġi ġġustifikat li dak it-tnaqqis jitnaqqas għal 50 %<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0155"><P>Ara, dwar dan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Cresson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:140">EU:C:2006:140</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> fil-verżjoni oriġinali (l-Ingliż), iżda punti 124 sa 126 fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja, min-naħa l-oħra, ma marritx daqshekk ’il bogħod, u kkuntentat lilha nnifisha billi qalet li l-fatt stess tal-konstatazzjoni kien fih innifsu sanzjoni biżżejjed. Hija ma ordnatx tnaqqis fil-pensjoni ta’ E. Cresson.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0207"><NO.P>207.</NO.P><TXT>Meqjus dan il-preċedent u l-prinċipji li jirregolaw l-evalwazzjoni ta’ sanzjoni skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, x’għandha, għaldaqstant, tkun is-sanzjoni f’dan il-każ?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-applikazzjoni ta’ ġurisprudenza u prinċipji għal fatti f’din il-kawża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0208"><NO.P>208.</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jitfakkar li s-sentenza fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson kienet minnha nnifisha innovattiva. Madankollu kemm il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali kif ukoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxew l-istandards meħtieġa li okkupanti ta’ kariga għolja bħal K. Pinxten għandhom ikunu preżunti li kienu jafu bihom. F’dan ir-rigward, għandu jkun ammess li n-nuqqas inkwistjoni jirriżulta mhux biss minn għadd ta’ atti individwali u serji, iżda wkoll minn atti li l-issoktar tagħhom b’dispjaċir jirrifletti nuqqas ċar ta’ osservanza ta’ dawn l-istandards.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0209"><NO.P>209.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-kondotta stabbilita f’din il-kawża turi nuqqas persistenti u bla mistħija ta’ osservanza ta’ regoli ordinarji ta’ mġiba li jikkostitwixxi ksur serju tal-prinċipji fundamentali li huma l-bażi tal-impenn tal-Membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni: integrità, diskrezzjoni u indipendenza kif stipulat, għall-QEA, fl-Artikoli 285 u 286 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0210"><NO.P>210.</NO.P><TXT>Wara dan, filwaqt li l-kawża Il‑Kummissjoni vs Cresson kienet tinvolvi att uniku ta’ bla dubju favoritiżmu grossolan, il-kondotta ta’ K. Pinxten uriet li huwa kien repetutament u għal perijodu ta’ żmien tul diversi snin lest li jabbuża mill-kariga tiegħu għal atti ta’ arrikkiment personali jew sabiex isegwi l-interessi personali tiegħu. F’dan ir-rigward, l-involviment persistenti ta’ K. Pinxten fil-politika partiġjana Belġjana ma huwiex skużabbli u l-imġiba tiegħu fir-rigward tat-talbiet għal diversi spejjeż bħall-mawra kollha kemm hija f’Kuba, iż-żjara fi Crans Montana u d-diversi spedizzjonijiet tal-kaċċa hija daqstant ħażina. K. Pinxten b’mod ċar abbuża mill-iskema tal-karta tal-fjuwil għall-finijiet privati tiegħu, u l-ispjegazzjoni l-iktar ħanina għall-offerta ta’ kiri tal-appartament tiegħu lis-Sinjura Mogherini f’ċirkustanzi ta’ kunflitt manifest ta’ interess min-naħa tiegħu kienet li din uriet ġudizzju straordinarjament fqir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0211"><NO.P>211.</NO.P><TXT>Minbarra dan, filwaqt li xi wħud minn dawn l-atti kellhom impatt fuq il-baġit tal-Unjoni, kollha kemm huma wkoll kellhom konsegwenzi fuq il-kredibbiltà u d-dehra pubblika tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tal-QEA. Dan huwa ferm iktar serju għal istituzzjoni bħall-QEA, li l-leġittimità tagħha tinsab fl-indipendenza tagħha u fl-importanza tar-rwol tagħha li trawwem governanza tajba u fiduċja fil-mod li bih jintefaq id-dħul pubbliku tal‑Unjoni. Jekk Membru tal-QEA ma jistax ikun fdat li jsegwi standards għolja b’rabta ma’ materji finanzjarji, dan jimmina s-sistema kollha kemm hija ta’ superviżjoni finanzjarja fi ħdan l-Unjoni u jikkawża dannu lill-istituzzjoni nnifisha li tagħha huwa kien Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0212"><NO.P>212.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ftit hemm x’jista’ jingħad b’mod ta’ attenwazzjoni barra l-fatt li K. Pinxten serva għal 12‑il sena u, lest naċċetta, wettaq xi xogħol tajjeb matul dan il-perijodu. Madankollu, l-ewwel, kif diġà wrejt, ir-regoli ewlenin li nkisru kienu ċari u persuna f’pożizzjoni bħal K. Pinxten kienet tafhom u tifhimhom perfettament. It-tieni, għalkemm K. Pinxten irċieva<?PAGE NO="43"?> awtorizzazzjonijiet għal ċerti missjonijiet jew infiq, dawn l-awtorizzazzjonijiet kienu bbażati fuq informazzjoni li sikwit ma kinitx sħiħa jew anki ma kinitx korretta. It-tielet, anki jekk jintwera, <HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>, li ċerti Membri oħra tal-QEA aġixxew b’mod simili għal K. Pinxten, tali kondotta ma ttaffix il-gravità intrinsika tagħha. Ir-raba’, inżid, barra minn dan, li, anki jekk it-tneħħija tad-dritt għall-pensjoni tiegħu jista’ jkollha impatt finanzjarju veru fuq K. Pinxten – iżda dan ma huwiex ukoll l-għan tal-Artikolu 286(6) TFUE? – wieħed għandu jiftakar li t-tneħħija inkwistjoni hija marbuta biss ma’ parti mill-attività professjonali ta’ K. Pinxten, li, minkejja żewġ perijodi ta’ kariga, hija pjuttost qasira fir-rigward tal-karriera tiegħu kollha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għalhekk, ma naħsibx li tneħħija tad-dritt għall-pensjoni bħala Membru tal-QEA – anki tneħħija sħiħa – tista’ tħalli lil K. Pinxten mingħajr ebda mezz ta’ għajxien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0213"><NO.P>213.</NO.P><TXT>Dan kollu jirrendi l-kondotta ta’ K. Pinxten denja ta’ ċensura stretta. Dan huwa għaliex fl-opinjoni tiegħi l-ksur, kif deskritt u stabbilit iktar ’il fuq, huwa biżżejjed serju li jiġġustifika t-tneħħija tad-dritt għal parti sostanzjali tal-pensjoni tiegħu u għal benefiċċji oħra relatati. Filwaqt li, kif għidt, lest naċċetta li K. Pinxten għamel xi xogħol tajjeb matul iż-żminijiet tal-kariga tiegħu – u dan il-fattur għandu jkun minnu nnifsu rilevanti għall-analiżi tal-proporzjonalità – wieħed ukoll ma jistax jaħrab mill-fatt li d-dannu istituzzjonali huwa kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0214"><NO.P>214.</NO.P><TXT>Dan kollu juri l-ħtieġa li tiġi imposta sanzjoni ħarxa fuq K. Pinxten għall-imġiba tiegħu. Għalhekk nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha, abbażi tal-ġurisdizzjoni tagħha skont l-Artikolu 286(6) TFUE, tneħħi fir-rigward ta’ K. Pinxten żewġ terzi mid-drittijiet għall-pensjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VIII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet ta’ K. Pinxten u l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0215"><NO.P>215.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, K. Pinxten jitlob li jiġi prodott ir-rapport dwar l-awditu intern, għall-perijodu mill‑2012 sal‑2018, tal-ispejjeż tal-missjoni tal-Membri tal-QEA u tal-użu ta’ vetturi uffiċjali minn dawn il-membri kollha. Din it-talba jidhirli li għandha tiġi miċħuda minħabba li ma hijiex utli sabiex tkun iġġudikata l-imġiba personali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0216"><NO.P>216.</NO.P><TXT>It-tieni nett, dwar it-talba ta’ K. Pinxten għad-danni, naħseb li din it-talba hija inammissibbli fil-kuntest tal-proċeduri previsti mill-Artikolu 286(6) TFUE. F’kull każ, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi l-analiżi tiegħi, din it-talba tkun infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0217"><NO.P>217.</NO.P><TXT>B’rabta mal-ispejjeż, skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu mill-parti li tirbaħ il-kawża. Minħabba li l-QEA talbet li K. Pinxten jiġi kkundannat għall-ispejjeż u d-difiża tiegħu ma kinitx waħda ta’ suċċess, huwa għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IX.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0218"><NO.P>218.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nirrakkomanda lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri;</P></ITEM><ITEM><P>tiddeċiedi li K. Pinxten aġixxa bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kariga ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri skont it-tifsira tal-Artikoli 285 u 286 TFUE;</P></ITEM><?PAGE NO="44"?><ITEM><P>tneħħi fir-rigward ta’ K. Pinxten żewġ terzi mid-drittijiet għall-pensjoni tiegħu u benefiċċju relatat mid-data tas-sentenza f’din il-kawża;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara inammissibbli jew, f’kull każ, infondata, it-talba ta’ K. Pinxten għad-danni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil K. Pinxten għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>