52009PC0629

Proposta emendata għal regolament (KE, Euratom) tal-Kunsill li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom /* KUMM/2009/0629 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.11.2009

KUMM(2009)629 finali

Proposta emendata għal

REGOLAMENT (KE, EURATOM) TAL-KUNSILL

li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Bħal ma jsir kull sena, skont l-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq rapport tal-Eurostat, għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. Il-Kummissjoni adottat il-proposta COM (2009) 603 fid-29 ta' Ottubru 2009. Madankollu, wara li l-proposta ġiet adottata, il-Belġju u r-Renju Unit ikkorreġew id-dejta statistika tagħhom u din il-korrezzjoni taqa' fi ħdan il-perjodu imsemmi fl-Artikolu 1(4)(a) tal-Anness XI mar-Regolamenti tal-Persunal. B'hekk l-ammont tal-aġġustament annwali żdid b'punt ta' persentaġġ ta' 0.1 għal 3.7%. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li temenda l-proposta adottata sabiex tikkunsidra dawn il-korrezzjonijiet. |

120 | Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jirriżulta direttament mill-bidliet fil-kapaċità ta’ akkwist tal-pagi fis-servizzi ċivili nazzjonali (indikatur speċifiku), il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (Indiċi Internazzjonali) u kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi stabbiliti mill-Eurostat. Il-miżuri tal-indikatur speċifiku jinbidel fir-rimunerazzjoni netta, eskluż mill-inflazzjoni, tal-ħaddiema fis-servizz ċivili nazzjonali fil-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri. Eurostat ikkalkola dan l-indikatur fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) tal-Anness XI. Il-miżuri tal-Indiċi Nazzjonali ta' Brussell jinbidel fi Brussell għall-Uffiċjali tal-Komunità. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-paritajiet ekonomiċi għar-rimunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta' akkwist tar-rimunerazzjonijiet imħallsa fi Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, ma' dik imħallsa fil-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta' akkwist tal-pensjonijiet imħallsa fil-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, ma' dawk imħallsa fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu aġġustati r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet. |

141 | Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. |

212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Ġbir u użu ta' kompetenzi |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ kompetenzi esterni. |

230 | Valutazzjoni tal-impatt - Il-proposta hi maħsuba biex ikunu adattati r-rimunerazzjonijiet u l-pensjonijiet filwaqt li tkun segwita l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sinteżi tal-azzjoni proposta Skont l-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat fassal rapport dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-bidla fil-kapaċità ta’ akkwist fir-rimunerazzjoni tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jiġu derivati l-koeffiċjenti korrettivi. 3.1. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-bidla medja fil-kapaċità ta' akkwist tar-rimunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indikatur speċifiku hi ugwali għal 2,8%. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat hi ugwali għal 0.9%. Skont l-Artikolu 3(2) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-aġġustament jinkiseb billi jkunu multiplikati flimkien l-indikatur speċifiku u l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat. L-aġġustament propost lir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 3.7%. B’konformità mal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI, ebda koeffiċjent korrettiv m'hu applikabbli fil-Belġju u lanqas fil-Lussemburgu. 3.2. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET BARRA MILL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, l-aġġustamenti tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġu kkalkulati billi jiġi mmultiplikat l-aġġustament fil-Belġju u l-Lussemburgu bil-bidliet fil-koeffiċjenti korrettivi u fir-rati tal-kambju. Iż-żidiet applikabbli għar-rimunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-rimunerazzjoni li jidhru fir-Regolamenti ġew ikkalkulati bil-mod li ġej: - Il-koeffiċjenti korrettivi għall-UFFIĊJALI li jinsabu barra l-Belġju u l-Lussemburgu: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu fl-1 ta’ Lulju l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta' akkwist tar-rimunerazzjoni mħallsa fi Brussell ma' dik imħallsa fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra mpjegati fi Stati Membri barra l-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skont il-proporzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. - Il-Koeffiċjenti korrretivi għall-PENSJONIJIET barra l-Belġju u l-Lussemburgu u l-koeffiċjenti korrettivi għat-TRASFERIMENTI: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta' akkwist tal-pensjoni mħallsa fi Brussell ma’ dik imħallsa fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Il-koeffiċjenti korrettivi kkalkulati għall-pensjonijiet ta’ persuni li joqogħdu f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu fid-diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tal-proporzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Skont l-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-koeffiċjenti korrettivi huma direttament applikabbli għat-trasferimenti tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra. Skont l-Artikolu 20 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-koeffiċjenti korrettivi japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti li tikkorrispondi mad-drittijiet akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-koeffiċjenti korrettivi: Id-data ta’ dħul fis-seħħ ta' dawn il-koeffiċjenti korrettivi hi l-1 ta’ Lulju għal-lokalitajiet kollha ħlief il-lokalitajiet li għandhom żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, li għalihom il-koeffiċjent korrettiv jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju jekk iż-żieda tal-għoli tal-ħajja hi aktar minn 6.3 %, jew fl-1 ta’ Mejju jekk din hi aktar minn 12.6% Il-bidliet fl-għoli tal-ħajja, f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu jitkejlu bl-għajnuna ta’ indiċijiet impliċiti. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jiġi mmultiplikat bil-bidla fil-parità ekonomika. Għal dan l-aġġustament, id-data ta’ dħul fis-seħħ hi antiċipata għal-lokalitajiet imsemmija fir-Regolament. |

310 | Bażi legali Il-bażi legali hija r-Regolamenti tal-Persunal u b’mod partikolari l-Anness XI tiegħu. |

329 | Il-Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

331 | - l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi Regolament tal-Kunsill. |

332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament provdut fir-Regolamenti tal-Persunal. |

L-Għażla ta’ strumenti |

341 | Strument propost: Regolament. |

342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi Regolament tal-Kunsill. |

IMPLIKAZZJONIJIET TAL-BAġIT |

401 | L-impatt tal-adattament tar-rimunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu. |

Proposta emendata għal

REGOLAMENT (KE, EURATOM) TAL-KUNSILL

li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikoli 64, 92 u 132 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Sabiex jiggarantixxi li l-kapaċità ta' akkwist tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunità jiżviluppa b'mod parallel għal dak tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati skont ir-reviżjoni annwali tas-sena 2009,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, id-data tal-“1 ta' Lulju 2008” li tidher fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“1 ta' Lulju 2009”.

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 3

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 2 tat-tabella li jmiss.

B'effett mill-1 ta' Jannar 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u ħaddiema oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella li jmiss.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella ta' hawn taħt.

B'effett mis-16 ta' Mejju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 5 tat-tabella li jmiss. Id-data effettiva tal-aġġustament annwali għal dawk il-postijiet tax-xogħol għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2009.

B'effett mil-1 ta' Mejju 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 6 tat-tabella li jmiss. Id-data effettiva tal-aġġustament annwali għal dawk il-postijiet tax-xogħol għandha tkun l-1 ta’ Mejju 2009.

[pic]

Artikolu 4

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont tal-allowance għal-liv tal-ġenituri msemmi fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 910,82 u EUR 1214,42 għal familji b'ġenitur wieħed.

Artikolu 5

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont bażiku għall-allowance għall-familja msemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 170,35.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għat-tfal dipendenti msemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 372,24.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 252,56.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 90,93.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 504,89.

B'effett mill-14 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 134 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandu jkun ta' EUR 362,95.

Artikolu 6

B'effett mill-1 ta' Jannar 2010, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tinbidel kif ġej:

EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

EUR 0,3786 għal kull kilometru bejn 201 u 1,000 km

EUR 0,6310 għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km

EUR 0,3786 għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km

EUR 0,1261 għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km

EUR 0 0608 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km.

Ma' din l-allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

- EUR 189,29 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini hija bejn 725 km u 1 450 km;

- EUR 378,55 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini hija aktar minn 1 450 km.

Artikolu 7

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammont għall-allowance għall-għajxien ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta':

- EUR 39,13 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall-allowance tal-familja;

- EUR 31,55 għall-uffiċjali li m'għandhomx dritt għall-allowance tal-familja.

Artikolu 8

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra huwa ta':

- EUR 1113,88 għal ħaddiem intitolat għall-allowance tal-familja;

- EUR 662,31 għal ħaddiem li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja.

Artikolu 9

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, għall-allowance għall-qgħad imniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 1335,85, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2671,72 u l-allowance standard għandha tkun ta' EUR 1214,42.

Artikolu 10

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 11

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmija fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandu jkun ta':

- EUR 837,82 għal ħaddiem intitolat għall-allowance tal-familja;

- EUR 496,72 għal impjegat li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja.

Artikolu 12

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, il-limitu minimu għall-allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, għandu jkun ta' EUR 1001,90, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2001,85 u l-allowance standard għandha tkun ta' EUR 910,82.

B’effett mit-13 ta’ Lulju 2009, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 881,45 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 074,00

Artikolu 13

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[1] għandhom ikunu ta' EUR 381,79, EUR 576,26, EUR 630,06 u EUR 858,98.

Artikolu 14

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[2] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,511255.

Artikolu 15

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 16

B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':

- EUR 131,71 fix-xahar għall-uffiċjali fi gradi C4 jew C5;

- EUR 201,94 fix-xahar għall-uffiċjali kklassifikati fil-gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 17

B'effett mit-13 ta' Lulju 2009, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom.

2. QAFAS ABM / ABB

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernati u attività/jiet assoċjati magħha/hom:

L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati.

3. LINJI tal-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (il-linji operattivi u l-linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (eks-linji B..A)) inklużi l-Intestaturi:

Nefqa: XX.01.01.01 Il-Kummissjoni u l-Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari.

Dħul: 400 - Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances tal-uffiċjali, ħaddiema oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mit-taxxa speċjali fuq is-salarji tal-membri tal-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impjieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Indefinit

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Partiċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati | Intestatura fil-Perspettiva Finanzjarja |

XX.01.01.01, Kapitoli 11, 42 | Nefqa mhux obbligatorja | NDA[3] | LE | LE | LE | Nru 5 |

4. ĠABRA FIL-QOSOR TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Ġabra fil-qosor tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

Tip ta’ nefqa | Taqsima Nru | Is-sena 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | L-2014 u wara | Total |

Nefqa operattiva[4] |

Approprazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1. | a |

Approprazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza[5] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

TOTAL REFERENCE AMOUNT |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5. | d | 97.1 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | n/a |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e |

Total indikattiv tan-nefqa ta' intervent |

TOTAL tal-AI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 97.1 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | n/a |

TOTAL tal-AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 97.1 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | 194.6 | n/a |

Dettalji dwar kofinanzjament

Mhux applikabbli

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta se tkun tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (jiġifieri, strument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta ’għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu dan li ġej:

EUR miljun (sa punt deċimali)

Qabel l-azzjoni 2009 | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Linja tal-baġit |Dħul | | |2009 |2010 |2011 |2012 |2013 |2014 | | 410 kontribut tal-Pensjoni | a) Dħul f'termini assoluti | 351.2 | | 357.8 |364.3 |364.3 |364.3 |364.3 |364.3 | | | b) Bidla fid-dħul | Δ | | 6.6 | 13.1 | 13.1 | 13.1 | 13.1 | 13.1 | | 400 -Taxxa | a) Dħul f'termini assoluti | 440.7 | | 449.0 |457.1 |457.1 |457.1 |457.1 |457.1 | | | b) Bidla fid-dħul | Δ | | 8.3 | 16.4 | 16.4 | 16.4 | 16.4 | 16.4 | | 404 Taxxa speċjali | a) Dħul f'termini assoluti | 44.9 | | 45.8 |46.6 |46.6 |46.6 |46.6 |46.6 | | | b) Bidla fid-dħul | Δ | | 0.9 | 1.7 | 1.7 | 1.7 | 1.7 | 1.7 | |4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, temporanji u aġenti esterni) - ara d-dettal taħt punt 8.2.1.

Mhux applikabbli

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq f'terminu qasir jew twil ta' żmien

Obbligu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal.

5.2. Valur-miżjud tal-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Mhux applikabbli

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Mhux applikabbli

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

( Ġestjoni Ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni PMO PMO

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji Eżekuttivi

( Entitajiet maħluqa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

Kummenti:

6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' Sorveljanza

Mhux applikabbli

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili)

Mhux applikabbli

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ valutazzjoni ġejjiena

Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004.

7. Miżuri kontra l-frodi

Mhux applikabbli

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

Mhux applikabbli

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif issupplimentat bir-Regolament (KEE, KEFA, Euratom) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, p. 6).

[2] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, tal-4.3.1968, p. 8).

[3] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati se jissejħu NDA

[4] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[5] Nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[6] Nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 ħlief għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[7] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.