15.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/70


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/1201 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-10 ta' Lulju 2019

li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u wara r-riżenja tas-Sur Carl Gustav FERNLUND b'effett mis-7 ta' Ottubru 2019, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur Carl Gustav FERNLUND, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2024.

(2)

Is-Sur Nils WAHL ġie nnominat għall-kariga li saret vakanti.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza ta' dan il-kandidat għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Nils WAHL huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali, għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2019 sas-6 ta' Ottubru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2019.

Il-President

M. RISLAKKI