|
14.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/321 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-18 ta’ Ottubru 2022
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (COM(2021) 381 — C9-0260/2021) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2020, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2020 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2022 (5) li tiddifferixxi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2020, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0236/2022), |
1.
Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2020;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 1.
(3) ĠU C 430, 25.10.2021, p. 7.
(4) ĠU C 436, 28.10.2021, p. 207.