<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0400276101.case.xml"><NO.CASE>C-519/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CO0519</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2763</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2773</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAS-<DATE ISO="20110407">7. 4.2011</DATE> — KAWŻA C-519/09</LEFT><RIGHT>MAY</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-519/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Arbeitsgericht Wuppertal (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20091214">14 ta’ Diċembru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dieter May</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J.-J. Kasel, President tal-Awla, E. Levits (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P><?PAGE NO="I-2764"?><P>peress li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tipproponi li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,</P><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn D. May u min kien jimpjegah qabel, l-AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse [fond lokali ġenerali ta’ assigurazzjoni għall-mard ta’ Rhénanie/Hamburg (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>AOK<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)], fir-rigward ta’ ħlas ta’ kumpens finanzjarju li jirrigwarda ċerti ġranet ta’ leave annwali bi ħlas li hu ma setax jieħu matul is-snin 2006 u 2007.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2765"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għan u skop</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din id-Diretiva tapplika għal:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ […] leave annwali […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għas-setturi kollha ta’ l-attività, kemm pubblika u wkoll privata, fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva [tal-Kunsill] 89/391/KEE [tat-<DATE ISO="19890612">12 ta’ Ġunju 1989</DATE>, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 1, p. 349)], mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14, 17, 18 u 19 ta’ din id-Direttiva.</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2766"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Leave annwali</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga minn xi dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. L-ebda deroga ma hija ammessa fir-rigward tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/391 huwa stabbilit bl-Artikolu 2 tagħha, li għalih jirreferi l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88. Skont l-imsemmi Artikolu 2:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tgħodd għas-setturi ta’ attività kollha, kemm pubbliċi u kemm privati (industrijali, agrikoli, kummerċjali, amministrattivi, ta’ servizz, edukattivi, kulturali, ta’ serħan etċ.).</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-2767"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva ma għandhiex tgħodd fejn karatteristiċi partikolari għal ċerti attivitajiet ta’ servizzi pubbliċi speċifiċi, bħall-forzi armati jew il-pulizija, jew għal ċerti attivitajiet speċifiċi fis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, b’mod inevitabbli jmorru kontra tagħha.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-regolament dwar il-leave annwali ta’ uffiċjali pubbliċi u ta’ Imħallfin fil-Land ta’ Nordrhein-Westfalen (Verordnung über den Erholungsurlaub der Beamtinnen und Beamten und Richterinnen und Richter im Lande Nordrhein Westfalen — Erholungsurlaubsverordnung), fil-verżjoni tiegħu tal-<DATE ISO="19930914">14 ta’ Settembru 1993</DATE>, fl-Artikolu 8 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-leave annwali għandu, sa fejn ikun possibbli, jittieħed kollu matul is-sena ta’ referenza. Fuq talba tal-persuna kkonċernata, il-leave jingħata fuq numru ta’ perijodi; ġeneralment, għandu madankollu jiġi evitat li jinqasam fuq iktar minn żewg perijodi.</P><P>Il-leave li ma jittiħidx mid-disa’ xhar sa tmiem is-sena ta’ referenza jintilef. (Fil-każ ta’ kisba jew ta’ tmiem tal-istatus ta’ uffiċjal pubbliku matul is-sena ta’ referenza) […] il-leave jintilef fi tmiem is-sena ta’ wara.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2768"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-regolament tas-servizz tal-impjegati tal-AOK Rheinland (Dienstordnung für die Angestellten der AOK Rheinland), fil-verżjoni tiegħu tal-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE>, fl-Artikolu 20(1) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għajr għal dispożizzjonijiet speċjali kuntrarji previsti mil-liġi jew minn dan ir-regolament tas-servizzi, id-dispożizzjonijiet dwar l-uffiċjali pubbliċi tal-Land japplikaw b’analoġija jew <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-impjegati u għall-benefiċjarji ta’ pensjoni ta’ rtirar f’dak li jirrigwarda:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>leave.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>D. May kien impjegat mal-AOK mill-<DATE ISO="19660401">1 ta’ April 1966</DATE> sal-<DATE ISO="20090331">31 ta’ Marzu 2009</DATE>. Mill-<DATE ISO="20060424">24 ta’ April 2006</DATE> sat-tmiem tal-impjieg tiegħu, huwa kien għal parti kbira minn dan iż-żmien inkapaċi li jaħdem minħabba mard.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>D. May ħa l-leave annwali bi ħlas tiegħu għas-snin 2008 u 2009.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2769"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rikors tiegħu quddiem l-Arbeitsgericht Wuppertal (Qorti Industrijali ta’ Wuppertal), D. May qed jitlob kumpens finanzjarju għal 11-il jum leave annwali għas-sena 2006 kif ukoll għal 28 jum leave annwali għas-sena 2007, li huwa ma setax jieħu.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-AOK qed jitlob li r-rikors jiġi miċħud. Skont din, impjegat (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Angestellter<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) ta’ fond għall-mard tal-Land ta’ Rhénanie tan-Nord-Westphalie suġġett għar-regolament tas-servizz (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dienstordnung<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jitħallas u, għaldaqstant, jiġi kkumpensat bħala uffiċjal pubbliku ta’ dan il-Land, li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma għandu l-ebda dritt għal kumpens finanzjarju ta’ leave annwali fit-tmiem tal-impjieg tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li dritt għal tali kumpens finanzjarju ta’ leave annwali joħroġ mill-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> hemm imsemmi jinkludi wkoll impjegat suġġett għal regolament tas-servizz bħal dak applikabbli għar-rikorrent fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Arbeitsgericht Wuppertal iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> fis-sens tal-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE […] ikopri anki impjegat suġġett għal regoli applikabbli għal uffiċjali (Dienstordnungsangestellter) f’korp irregolat mid-dritt pubbliku li r-regoli awtonomi tiegħu, maħruġa fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni federali […], jirreferu, fir-rigward tal-intitolament tal-leave ta’ tali impjegat, għad-dispożizzjonijiet applikabbli għal uffiċjali pubbliċi [tal-Land ta’ Rhénanie tan-Nord-Westphalie]?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2770"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ li t-tweġiba għal talba għal deċiżjoni preliminari tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali, tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, li jkun fih riferiment għall-ġurisprudenza kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’din il-kawża hemm lok fejn l-imsemmija dispożizzjoni tiġi applikata.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 jinkludix impjegat ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku li jaqa’ fil-qasam tas-sigurtà soċjali, suġġett, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna d-dritt tiegħu għal-leave annwali bi ħlas, għar-regoli applikabbli għal uffiċjal pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi qabelxejn imfakkar li, skont l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391, li għalih jirreferi, l-imsemmija dispożizzjonijiet japplikaw għall-oqsma kollha ta’ attività, privati jew pubbliċi, sabiex jippromwovu t-titjib tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u sabiex jirregolaw ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/391 għandu jiġi meqjus b’mod wiesa’, b’mod li l-eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(2) tiegħu jiġu interpretati b’mod restrittiv (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Simap, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/98" PAGE.ECR="I-7963" YEAR="2000">C-303/98, Ġabra p. I-7963</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35, kif ukoll<?PAGE NO="I-2771"?> tat-<DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, C-132/04, punt 22). Fil-fatt, l-imsemmija eċċezzjonijiet ġew adottati biss sabiex jiggarantixxu l-funzjonament tajjeb tas-servizzi indispensabbli għall-protezzjoni tas-sigurtà, tas-saħħa kif ukoll tal-ordni pubbliku fil-każ ta’ ċirkustanzi ta’ gravità u ta’ skala eċċezjonali (sentenza tal-<DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/01+C-398/01+C-399/01+C-400/01+C-401/01+C-402/01+C-403/01" PAGE.ECR="I-8835" YEAR="2004">C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835</REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li l-ebda waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi ma hija rilevanti għal dak li jikkonċerna impjegat li jsib ruħu fis-sitwazzjoni ta’ impjegat bħalma huwa r-rikorrent fil-kawża prinċipali, l-attività ta’ tali impjegat taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu mbagħad jitfakkar, li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE għandu portata awtonoma u ma għandux jiġi interpretat b’mod restrittiv. Għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> kull persuna li teżerċita attivitajiet reali u effettivi, bl-esklużjoni ta’ attivitajiet daqshekk żgħar li jkunu purament marġinali u aċċessorji. Il-karatteristika tar-relazzjoni ta’ impjieg hija, skont din il-ġurisprudenza, il-fatt li għal ċertu żmien, persuna twettaq favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha, servizzi inkunsiderazzjoni ta’ remunerazzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19860703">3 ta’ Lulju 1986</DATE>, Lawrie-Blum, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="66/85" PAGE.ECR="2121" YEAR="1986">66/85, Ġabra p. 2121</REF.DOC.ECR>, punti 16 u 17; tat-<DATE ISO="20040323">23 ta’ Marzu 2004</DATE>, Collins, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-138/02" PAGE.ECR="I-2703" YEAR="2004">C-138/02, Ġabra p. I-2703</REF.DOC.ECR>, punt 26, u tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Trojani, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/02" PAGE.ECR="I-7573" YEAR="2004">C-456/02, Ġabra p. I-7573</REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-preċiżazzjoni, mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE, tapplika wkoll għall-istess kunċett ta’ ħaddiem fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 288 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Raccanelli, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/07" PAGE.ECR="I-5939" YEAR="2008">C-94/07, Ġabra p. I-5939</REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2772"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tagħti l-ebda indikazzjoni li tqajjem xi dubji fir-rigward tal-fatt li r-relazzjoni tal-impjieg bejn D. May u min iħaddmu, l-AOK, kellha xi karatteristiċi ta’ relazzjoni ta’ impjieg imsemmija fil-punt 21 tal-imsemmi digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jekk minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq diġà jirriżulta li d-domanda preliminari titlob risposta fil-pożittiv, għandu jiġi ppreċiżat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fin-nuqqas ta’ distinzjoni fil-klawżola ta’ eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 45(4) TFUE, li tikkonċerna l-impjieg fl-amministrazzjoni pubblika, huwa irrilevanti jekk ħaddiem huwiex ingaġġat bħala labourer, impjegat jew uffiċjal, jew anki jekk ir-rabta ta’ impjieg tiegħu tirriżultax mid-dritt pubbliku jew mid-dritt privat. Dawn il-kwalifiki legali fil-fatt ivarjaw skont il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u għaldaqstant ma jistgħux jipprovdu kriterju ta’ interpretazzjoni approprjat għar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19740212">12 ta’ Frar 1974</DATE>, Sotgiu, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="152/73" PAGE.ECR="153" YEAR="1974">152/73, Ġabra p. 153</REF.DOC.ECR>, punt 5).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-finijiet ta’ kompletezza għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat b’mod espliċitu li professur ta’ università Ġermaniz huwa, indipendentement mill-istatus tiegħu ta’ uffiċjal pubbliku attribwit lilu permezz tad-dritt nazzjonali, ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 45 TFUE (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, Marhold, C-178/04, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja joħroġ ċar li impjegat ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku bħalma huwa r-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jinkludi impjegat ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku fil-qasam<?PAGE NO="I-2773"?> tas-sigurtà soċjali, suġġett, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna d-dritt tiegħu għal-leave annwali bi ħlas, għar-regoli applikabbli għall-uffiċjali pubbliċi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jinkludi impjegat ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku fil-qasam tas-sigurtà soċjali, suġġett, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna d-dritt tiegħu għal-leave annwali bi ħlas, għar-regoli applikabbli għall-uffiċjali pubbliċi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>