19.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2010

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-programmi tal-Unjoni

(2011/28/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114, 168, 169, 172, 173 (3), 188 u 192, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6), l-Artikolu 218(7) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-programmi tal-Unjoni (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fit-30 ta’ Settembru 2010.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-programmi tal-Unjoni hu b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti f’isem l-Unjoni n-n,otifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. LARUELLE


(1)  Ara paġna 2 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.