|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2462 |
9.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2462
tat-8 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 fir-rigward tad-definizzjonijiet, iċ-ċertifikazzjoni tas-serje ta’ prodotti tal-ICT, il-kontinwità tal-assigurazzjoni, u d-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482 (2) jispeċifika r-rwoli, ir-regoli u l-obbligi, kif ukoll l-istruttura tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq Kriterji Komuni (EUCC) f’konformità mal-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/881. |
|
(2) |
Il-Metodoloġija tal-Evalwazzjoni Komuni, mehmuża mal-Kriterji Komuni (CC), bħala standard internazzjonali għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni, tippermetti l-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti tal-ICT għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni. F’dak il-kuntest, xi prodotti tal-ICT jistgħu jinbnew fuq l-istess bażi funzjonali ħalli joffru funzjonalitajiet tas-sigurtà simili fuq pjattaformi jew apparati differenti, imsejħa wkoll serje ta’ prodotti. Madankollu, id-disinn, il-hardware, il-firmware jew is-software jistgħu jvarjaw minn prodott tal-ICT għall-ieħor. Hu f’idejn il-korp taċ-ċertifikazzjoni biex jiddeċiedi abbażi ta’ każ b’każ jekk tistax issir ċertifikazzjoni ta’ serje ta’ prodotti. Il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ serje ta’ prodotti jistgħu jintwerew ulterjorment li jappoġġaw il-linji gwida tal-EUCC. |
|
(3) |
Biex tinżamm l-affidabbiltà tal-prodotti ċċertifikati, hu essenzjali li jiġi ddefinit x’jikkostitwixxi bidla maġġuri u minuri fil-mira ta’ evalwazzjoni jew tal-ambjent tagħha, inkluż fl-ambjenti operazzjonali jew tal-iżvilupp tagħha. Għalhekk, jeħtieġ jiġu speċifikati dawk il-kunċetti li jikkunsidraw speċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti u użati b’mod wiesa’ mill-Grupp tal-Uffiċjali Għoljin dwar is-Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni (SOG-IS) u mill-parteċipanti tal-Arranġamenti dwar ir-Rikonoxximent taċ-Ċertifikati ta’ Kriterji Komuni fil-qasam tas-Sigurtà tal-IT (CCRA). |
|
(4) |
Bidliet minuri spiss ikunu kkaratterizzati mill-effett limitat tagħhom fuq id-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tal-prodott ipprovduta miċ-ċertifikat tal-EUCC maħruġ. Għalhekk, bidliet minuri jenħtieġ li jiġu ġestiti skont il-proċeduri tal-manutenzjoni u ma jeħtiġux evalwazzjoni mill-ġdid tal-funzjonalitajiet tas-sigurtà tal-prodott. Fost l-eżempji ta’ bidliet minuri li jenħtieġ li jiġu indirizzati b’manutenzjoni hemm, iżda mhumiex limitati għal, bidliet editorjali, bidliet fil-mira ta’ ambjent ta’ evalwazzjoni li ma jimmodifikawx il-mira ċċertifikata ta’ evalwazzjoni, u bidliet fil-mira ċċertifikata ta’ evalwazzjoni li ma jaffettwawx l-evidenza tal-assigurazzjoni. Anki l-bidliet fl-ambjent tal-iżvilupp jistgħu jitqiesu bħala minuri, diment li ma jkunux iħallu impatt konsegwenzjali fuq il-miżuri tal-assigurazzjoni eżistenti. Iżda f’xi każijiet dawn jaf ikunu jeħtieġu evalwazzjoni parzjali tal-miżuri rilevanti. |
|
(5) |
Bidla maġġuri hi kull bidla fil-mira ċċertifikata ta’ evalwazzjoni jew fl-ambjent tagħha li tista’ tħalli impatt negattiv fuq l-assigurazzjoni espressa fiċ-ċertifikat tal-EUCC, u għalhekk ikun jenħtieġ li ssir evalwazzjoni mill-ġdid. Fost l-eżempji ta’ bidliet maġġuri hemm, iżda mhumiex limitati għal, bidliet fis-sett tar-rekwiżiti tal-assigurazzjoni ddikjarati, ħlief ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tal-familja CC ALC_FLR (Rimedju għal difett); bidliet fil-kontrolli tal-kunfidenzjalità jew tal-integrità tal-ambjent tal-iżvilupp, meta dawn il-modifiki jaf jaffettwaw l-iżvilupp jew il-produzzjoni siguri tal-mira ta’ evalwazzjoni, jew bidliet fil-mira ta’ evalwazzjoni biex tissolva xi vulnerabbiltà li tista’ tiġi sfruttata. Barra minn hekk, anki għadd ta’ bidliet minuri li kollettivament iħallu impatt sinifikanti fuq is-sigurtà jista’ jikkwalifika bħala bidla maġġuri. Hu importanti wkoll li jiġi rikonoxxut li filwaqt li tneħħija ta’ bug tista’ taffettwa biss aspett speċifiku tal-mira ta’ evalwazzjoni, l-imprevedibbiltà u l-impatt potenzjali tagħha fuq l-assigurazzjoni jistgħu jagħmluha bidla maġġuri jekk din tkun tikkomprometti l-assigurazzjonijiet tas-sigurtà pprovduti miċ-ċertifikazzjoni. |
|
(6) |
Il-bidliet fl-ambjent tat-theddid ta’ prodott tal-ICT iċċertifikat mhux mibdul jaf ikunu jeħtieġu rivalutazzjoni. L-eżiti possibbli ta’ tali proċess tar-rivalutazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti b’mod ċar, b’mod partikolari l-impatt tiegħu fuq iċ-ċertifikat tal-EUCC. Jekk rivalutazzjoni titlesta b’suċċess, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jikkonferma ċ-ċertifikat jew joħroġ ċertifikat ġdid b’data tal-iskadenza estiża. Jekk proċess tar-rivalutazzjoni ma jkunx suċċess, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jirtira ċ-ċertifikat u possibbilment joħroġ ċertifikat ġdid b’ambitu differenti. Tali dispożizzjonijiet jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis għar-rivalutazzjoni tal-profili tal-protezzjoni. |
|
(7) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 jelenka d-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku applikabbli għall-evalwazzjoni tal-prodotti tal-ICT u tal-profili tal-protezzjoni. Dawk id-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku jenħtieġ li jiġu aġġornati biex ikunu jirriflettu l-aħħar żviluppi, bħal dawk relatati mal-iżviluppi teknoloġiċi, ix-xenarju tat-theddid ċibernetiku, il-prattiki tal-industrija jew standards internazzjonali. Dan l-aġġornament hu speċjalment ideali għad-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku relatati mar-rekwiżiti minimi tas-sigurtà tas-sit, l-applikazzjoni tal-potenzjali ta’ attakk fuq kards intelliġenti, l-applikazzjoni tal-potenzjali ta’ attakk fuq apparati tal-hardware bil-kaxxi tas-sigurtà, l-applikazzjoni ta’ kriterji komuni għaċ-ċirkwiti integrati, u l-evalwazzjoni ta’ prodott kompost għall-kards intelliġenti u apparat simili. Barra minn hekk, id-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku relatati mal-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodott kompost permezz tal-aħħar verżjoni tal-istandards tal-Kriterji Komuni, l-użu mill-ġdid tar-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-awditi tas-siti u l-kjarifiki rigward l-interpretazzjoni tal-profili tal-protezzjoni relatati ma’ apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati, takografi u moduli tas-sigurtà tal-hardware mhumiex inklużi. Biex tkun żgurata evalwazzjoni uniformi tal-prodotti tal-ICT skont l-EUCC, l-Anness I jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun jinkludi dawk id-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku, aġġornati u ġodda wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Grupp Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà (ECCG). |
|
(8) |
Barra minn hekk, mal-iskema jenħtieġ li jiżdied id-dokument tal-aqwa żvilupp tekniku “ADV_SPM.1 interpretation for CC:2022 transition” biex ikun żgurat li l-proċessi taċ-ċertifikazzjoni bbażati fuq profili tal-protezzjoni speċifiċi jkunu jistgħu jkomplu jużaw immudellar formali (ADV_SPM.1) sakemm jiġu aġġornati il-profili tal-protezzjoni korrispondenti, pereżempju biż-żieda ta’ profil tal-protezzjoni ta’ multi-assigurazzjoni konformanti ta’ CC:2022 li jappoġġa ADV_SPM.1. Biex is-suq jingħata biżżejjed żmien ħalli jagħmel it-tranżizzjoni lejn l-istandards aġġornati tal-Kriterji Komuni, jeħtieġ jiġu previsti regoli speċifiċi ta’ tranżizzjoni għall-profili tal-protezzjoni: Security IC Platform PP with Augmentation Packages (v1.0), BSI-CC-PP-0084-2014, Java Card System – Closed Configuration (v3.1), BSI-CC-PP-0101-V2-2020, jew Java Card System – Open Configuration (v3.1), BSI-CC-PP-0099-V2-2020. Biex ikun evitat it-tfixkil fis-suq, jixraq jiġi stabbilit li d-dokument tal-aqwa żvilupp tekniku dwar l-interpretazzjoni ADV_SPM.1 għal tranżizzjoni CC:2022 ikun applikabbli għall-proċessi taċ-ċertifikazzjoni mibdija qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Iżda l-applikazzjoni ta’ dan id-dokument jenħtieġ li tkun strettament limitata għal dak meħtieġ, meta jitqies iż-żmien li hemm bżonn biex jiġi ffinalizzat l-aġġornament tal-profili tal-protezzjoni korrispondenti. B’mod aktar preċiż, għall-proċessi taċ-ċertifikazzjoni li jużaw profili tal-protezzjoni Security IC Platform PP with Augmentation Packages (v1.0), BSI-CC-PP-0084-2014, jew Java Card System – Closed Configuration (v3.1), BSI-CC-PP-0101-V2-2020, id-dokument tal-aqwa żvilupp tekniku jenħtieġ li japplika għal dawk il-proċessi mibdija qabel l-1 ta’ Ottubru 2026. Għall-proċessi taċ-ċertifikazzjoni li jużaw il-profil tal-protezzjoni Java Card System – Open Configuration (v3.1), BSI-CC-PP-0099-V2-2020, id-dokument tal-aqwa żvilupp tekniku jenħtieġ li japplika biss għal dawk il-proċessi mibdija qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, peress li diġà teżisti verżjoni ġdida tal-profil tal-protezzjoni Java Card System – Open Configuration. |
|
(9) |
Bidla fid-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku tul proċess taċ-ċertifikazzjoni tista’ tfixkel l-evalwazzjoni tal-prodott u ddewwem il-ħruġ taċ-ċertifikat. Għalhekk, hemm bżonn regoli ta’ tranżizzjoni xierqa għal dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku ġodda jew aġġornati, biex il-bejjiegħa, l-ITSEFs, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra jkunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa. Id-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku aġġornati u ġodda applikabbli jenħtieġ li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għal ċertifikazzjoni, inkluż l-applikazzjonijiet għal rivalutazzjoni u evalwazzjoni mill-ġdid, filwaqt li l-proċessi taċ-ċertifikazzjoni li għaddejjin bħalissa jenħtieġ li jkunu jistgħu jibqgħu jużaw verżjonijiet preċedenti tad-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku. |
|
(10) |
L-Anness II u l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 jelenkaw rispettivament il-profili tal-protezzjoni ċċertifikati fil-livell 4 jew 5 tal-AVA_VAN u l-profili tal-protezzjoni rakkomandati. Diversi referenzi mhumiex kompluti jew saru obsoliti, minħabba xi aġġornament tal-profili tal-protezzjoni. Jenħtieġ li dawk ir-referenzi jimtlew u, barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu inklużi referenzi ġodda biex tkun żgurata kopertura aktar komprensiva taċ-ċirkwiti integrati siguri, tal-kards intelliġenti, u tal-apparati u l-computing ta’ fiduċja relatati. |
|
(11) |
Jeħtieġ isiru emendi fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 biex jiġi ċċarat li l-Anness IV japplika, bil-bidliet meħtieġa, għar-rieżami taċ-ċertifikati tal-EUCC għall-profili tal-protezzjoni. |
|
(12) |
Fid-dawl tal-fatt li l-mira tas-sigurtà hi element ewlieni biex jinftiehem l-ambitu ta’ proċess taċ-ċertifikazzjoni, l-ENISA jeħtiġilha wkoll tippubblika l-mira tas-sigurtà li tikkorrispondi għal kull ċertifikat tal-EUCC fuq is-sit web tagħha. |
|
(13) |
Barra minn hekk, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jipprovdu lill-ENISA verżjoni bl-Ingliż tal-mira tas-sigurtà u r-rapport taċ-ċertifikazzjoni biex l-aġenzija tkun tista’ tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit web korrispondenti, skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482. Għal dik ir-raġuni, l-applikanti għaċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jipprovdu lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni verżjoni bl-Ingliż tal-mira tas-sigurtà, kull meta jintalbu jagħmlu dan. |
|
(14) |
M’hemmx bżonn li r-referenza għall-isem tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tidher fl-identifikazzjoni unika taċ-ċertifikat għax in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni hu biżżejjed biex jidentifika dan il-korp b’mod uniku. Lanqas ix-xahar tal-ħruġ m’għandu għalfejn jidher għax l-għadd taċ-ċertifikati jsir fuq bażi annwali. Għalhekk, jenħtieġ li dak ir-rekwiżit jitħassar għal finijiet ta’ simplifikazzjoni. Peress li s-sena tal-ħruġ taċ-ċertifikat tikkorrispondi għall-ħruġ tal-ewwel ċertifikat, dik l-istess data jenħtieġ li tidher fl-identifikazzjoni unika fuq iċ-ċertifikati maħruġa wara rieżami, biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà. |
|
(15) |
Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2019/881, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (16), (17) u (18) li ġejjin:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 5 jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jippermetti ċ-ċertifikazzjoni ta’ serje ta’ prodotti.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta jintalab mid-detentur taċ-ċertifikat jew għal raġunijiet ġustifikati oħra, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jiddeċiedi li jwettaq rieżami taċ-ċertifikat tal-EUCC għal profil tal-protezzjoni. Ir-rieżami għandu jsir f’konformità mal-Anness IV. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jiddetermina l-firxa tar-rieżami. Meta jkun meħtieġ għar-rieżami, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jitlob lill-ITSEF tagħmel evalwazzjoni mill-ġdid tal-profil tal-protezzjoni ċċertifikat.” |
|
(6) |
l-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 48, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Annessi I jew II, id-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku għandhom japplikaw għall-proċessi taċ-ċertifikazzjoni, inkluż għar-rivalutazzjoni u l-evalwazzjoni mill-ġdid, mibdija mid-data tal-applikazzjoni tal-att emendatorju li bih, id-dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku ġew inkorporati fl-Anness I jew II.” |
|
(8) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(9) |
l-Anness II huwa sostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(10) |
l-Anness III huwa sostitwit bit-test tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(11) |
l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(12) |
l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(13) |
l-Anness IX huwa sostitwit bit-test tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/482 tal-31 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà bbażata fuq il-Kriterji Komuni (EUCC) (ĠU L, 2024/482, 7.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/482/oj).
ANNESS I
“ANNESS I
Dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku li jappoġġaw dominji tekniċi u dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku oħra
1.
Dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku li jappoġġaw dominji tekniċi fil-livell 4 jew 5 ta’ AVA_VAN:|
(a) |
id-dokumenti li ġejjin relatati mal-evalwazzjoni armonizzata tad-dominju tekniku “kards intelliġenti u apparati simili”:
|
|
(b) |
id-dokumenti li ġejjin relatati mal-evalwazzjoni armonizzata tad-dominju tekniku “apparati tal-hardware bil-kaxxi tas-sigurtà”:
|
2.
Dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku relatati mal-akkreditazzjoni armonizzata tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità:|
(a) |
“Accreditation of ITSEFs for the EUCC”, il-verżjoni 1.1 għall-akkreditazzjonijiet maħruġa qabel it-8 ta’ Lulju 2025; |
|
(b) |
“Accreditation of ITSEFs for the EUCC”, il-verżjoni 1.6c, għall-akkreditazzjonijiet maħruġa ġodda jew rieżaminati wara t-8 ta’ Lulju 2025; |
|
(c) |
“Accreditation of CBs for the EUCC”, il-verżjoni 1.6b. |
ANNESS II
“ANNESS II
Profili tal-protezzjoni ċċertifikati fil-livell 4 jew 5 ta’ AVA_VAN
1.
Għall-apparati kwalifikati għall-ħolqien tal-firem u tas-siġilli mill-bogħod:|
(a) |
EN 419241-2:2019 — Trustworthy Systems Supporting Server Signing — il-Parti 2: Protection Profile for QSCD for Server Signing (v0.16), ANSSI-CC-PP-2018/02-M01; |
|
(b) |
EN 419221-5:2018 — Protection profiles for Trust Service Provider Cryptographic modules — il-Parti 5: Cryptographic Module for Trust Services (v0.15), ANSSI-CC-PP-2016/05-M01 |
2.
Profili tal-protezzjoni li ġew adottati bħala dokumenti tal-aqwa żvilupp tekniku:[BLANK].
ANNESS III
“ANNESS III
Profili tal-protezzjoni rakkomandati
Profili tal-protezzjoni użati fiċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti tal-ICT, inkluż prodotti fid-dominji tekniċi:
|
1. |
Kards intelliġenti u apparati simili
|
|
2. |
Apparati tal-Hardware bil-Kaxxi tas-Sigurtà
|
|
3. |
Oħrajn: Trusted Execution Environment Protection Profile — GPD_SPE_021 (v1.3), ANSSI-CC-PP-2014/01-M02. |
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fil-punt IV.2, il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
il-punt IV.3 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS V
Il-punt V.1 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/482 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“V.1 Rapport taċ-ċertifikazzjoni
|
1. |
Abbażi tar-rapporti tekniċi tal-evalwazzjoni pprovduti mill-ITSEF, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jistabbilixxi rapport taċ-ċertifikazzjoni li jrid jiġi ppubblikat flimkien maċ-ċertifikat tal-EUCC korrispondenti. |
|
2. |
Ir-rapport taċ-ċertifikazzjoni hu s-sors ta’ informazzjoni dettaljata u prattika dwar il-prodott tal-ICT u dwar l-użu sigur tal-prodott tal-ICT. Għalhekk, għandu jinkludi l-informazzjoni kollha disponibbli pubblikament u kondividibbli li tkun rilevanti għall-utenti u l-partijiet interessati. L-informazzjoni disponibbli pubblikament u kondividibbli tista’ tiġi referenzjata fir-rapport taċ-ċertifikazzjoni. |
|
3. |
Ir-rapport taċ-ċertifikazzjoni għandu jinkludi mqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
4. |
Is-sommarju eżekuttiv imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (a), għandu jkun sommarju qasir tar-rapport taċ-ċertifikazzjoni kollu. Għandu jagħti ħarsa ġenerali ċara u konċiża tar-riżultati tal-evalwazzjoni u għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
|
5. |
L-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), għandha tidentifika b’mod ċar il-prodott tal-ICT evalwat, inkluż l-informazzjoni li ġejja:
|
|
6. |
L-informazzjoni tal-kuntatt imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c) għandha tinkludi mqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
7. |
Il-politika tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (d), għandha tinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tas-sigurtà tal-prodott tal-ICT bħala ġabra ta’ servizzi tas-sigurtà u l-politiki jew ir-regoli li l-prodott tal-ICT evalwat għandu jinforza jew jikkonforma magħhom. Għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:
|
|
8. |
Is-suppożizzjonijiet u l-kjarifika tal-ambitu msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (e), għandu jkun fihom informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi u l-objettivi relatati mal-użu maħsub tal-prodott kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (c) u għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ċara u tinftiehem kemm jista’ jkun possibbli biex l-utenti potenzjali tal-prodott tal-ICT iċċertifikat ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar ir-riskji assoċjati mal-użu tiegħu. |
|
9. |
L-informazzjoni arkitettonika msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), għandha tinkludi deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-prodott tal-ICT u tal-komponenti prinċipali tiegħu, abbażi tar-riżultati definiti fil-familja tal-assigurazzjoni tal-Kriterji Komuni: Development — TOE Design (ADV_TDS). |
|
10. |
L-informazzjoni supplimentari dwar iċ-ċibersigurtà msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (g), għandha tinkludi l-link għas-sit web tad-detentur taċ-ċertifikat tal-EUCC imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2019/881. |
|
11. |
L-evalwazzjoni u l-konfigurazzjoni tal-prodott tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (h), għandhom jiddeskrivu l-isforz tal-ittestjar kemm tal-iżviluppatur kif ukoll tal-evalwatur, billi jiddeskrivu l-approċċ, il-konfigurazzjoni u l-profondità tal-ittestjar. Għandhom jinkludu mqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
12. |
Ir-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 3, il-punt (i), għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-livell tal-assigurazzjoni miksub kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2019/881. |
|
13. |
Il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (j), jintużaw biex jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni. Dawk il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma ta’ difetti tal-prodott tal-ICT li jinstabu waqt l-evalwazzjoni jew ta’ referenzi għal karatteristiċi li jkunu partikolarment utli. |
|
14. |
L-Annessi msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (k), jintużaw biex jiddeskrivu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun utli għall-udjenza tar-rapport iżda li b’mod loġiku ma taqax fit-taqsimiet stabbiliti tar-rapport, inkluż f’każijiet ta’ deskrizzjoni sħiħa tal-politika tas-sigurtà. |
|
15. |
Il-mira tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (l), għandha tirreferi għall-mira tas-sigurtà evalwata. Il-mira tas-sigurtà evalwata għandha tingħata mar-rapport taċ-ċertifikazzjoni għall-finijiet ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2019/881. Meta jkun hemm bżonn sanitizzazzjoni tal-mira tas-sigurtà evalwata qabel il-pubblikazzjoni, din għandha ssir f’konformità mal-punt V.2 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament. |
|
16. |
Il-marki jew it-tikketti assoċjati mal-iskema tal-EUCC imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (m), għandhom jiddaħħlu fir-rapport taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11. |
|
17. |
Il-Glossarju msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (n), jintuża biex tiżdied il-leġġibbiltà tar-rapport billi jagħti definizzjonijiet ta’ akronimi jew ta’ termini li t-tifsira tagħhom jaf ma tkunx daqshekk apparenti. |
|
18. |
Il-biblijografija msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (o), għandha tinkludi referenzi għad-dokumenti kollha użati fil-kompilazzjoni tar-rapport taċ-ċertifikazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi mqar dawn li ġejjin:
Biex tkun żgurata r-riproduċibbiltà tal-evalwazzjoni, id-dokumentazzjoni kollha msemmija trid tiġi identifikata b’mod uniku bid-data tar-rilaxx xierqa u bin-numru tal-verżjoni xieraq.”. |
ANNESS VI
“ANNESS IX
Marka u tikketta
1.
Il-forma tal-marka u tat-tikketta:
2.
Jekk il-marka u t-tikketta jiċċekknu jew jitkabbru, għandhom jiġu rispettati l-proporzjonijiet mogħtija fil-punt 1.
3.
Meta l-marka u t-tikketta jkunu preżenti fiżikament, l-għoli tagħhom għandu jkun imqar 5 mm.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2462/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)