<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.1101184501.case.xml"><NO.CASE>C-247/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0247</NO.CELEX><NO.SEQ>0020.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-11848</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-11868</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20101118">18.11.2010</DATE> — KAWŻA C-247/09</LEFT><RIGHT>XHYMSHITI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-247/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alketa Xhymshiti</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-11849"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn K. Schiemann (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn V. Kreuschitz, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-11850"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tinvolvi l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="392" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 392, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-<DATE ISO="19720321">21 ta’ Marzu 1972</DATE>, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 574/72<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-<DATE ISO="20030514">14 ta’ Mejju 2003</DATE>, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 u r-Regolament Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 317), kif ukoll tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, L 114, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ftehim UE-Svizzera<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Alketa Xhymshiti, ċittadina Albaniża residenti legalment fil-Ġermanja u miżżewġa ċittadin tal-Kosovo residenti legalment fil-Ġermanja u jaħdem fl-Isvizzera u l-Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach (Aġenzija Federali tal-Impjieg — fond tal-benefiċċji tal-familja ta’ Lörrach, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>FKL<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), dwar ir-rifjut minn din tal-aħħar li tagħti, bħala allowances tal-familja, ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-allowances tal-familja<?PAGE NO="I-11851"?> Svizzeri u l-allowances tal-familja Ġermaniżi għaż-żewġt itfal tagħha, ta’ ċittadinanza Ġermaniża.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 jipprovdu għat-trasferiment ta’ benefiċċji soċjali bejn l-Istati Membri sabiex il-moviment liberu tal-persuni jiġi ffaċilitat.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Persuni koperti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru jew aktar u li huma persuni ta’ nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati Membri jew li huma persuni bla stat jew refuġjati li jgħixu ġewwa t-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom jew is-sopravissuti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11852"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk ikun jabita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju reġistrat inkella post tan-negozju ta’ l-impriża jew ta’ l-individwu li jimpjegah huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 76(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Regoli [ta’] prijorità fil-każijiet ta’ intitolamenti sovrapposti (overlapping) għall-benefiċċji tal-familja taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat kompetenti u taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru tar-residenza tal-membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fejn, matul l-istess perijodu, għall-istess membru tal-familja u minħabba t-twettiq ta’ okkupazzjoni, il-benefiċċji tal-familja jkunu pprovduti mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-familja tabita, l-intitolament tal-benefiċċji tal-familja<?PAGE NO="I-11853"?> dovuti skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, jekk ikun xieraq taħt l-Artikolu 73 jew 74, jiġu sospiżi sa l-ammont ipprovdut fil-leġiżlazzjoni ta’ l-ewwel Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 574/72, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Regoli applikabbli fil-każ ta’ dħul fuq xulxin (overlapping) tad-drittijiet għall-benefiċċji tal-familja jew tal-allowances tal-familja għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>L-intitolament għall-benefiċċji jew allowances tal-familja dovuti taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, skond liema l-akkwist tad-dritt għal dawk il-benefiċċji jew allowances mhux suġġett għall-kondizzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni, l-impjieg jew l-impjieg għar-ras, ikun sospiż meta, waqt l-istess perjodu u għall-istess membru tal-familja, il-benefiċċji huma dovuti biss insegwitu għal-leġislazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor jew fl-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 73, 74, 77 jew 78 tar-Regolament [Nru 1408/71], sas-somma ta’ dawk il-benefiċċji.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Madanakollu, fejn attività professjonali jew kummerċjali titwettaq fit-territorju ta’ l-ewwel Stat Membru:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>fil-każ tal-benefiċċji dovuti jew taħt il-leġislazzjoni biss ta’ Stat Membru ieħor jew taħt l-Artikoli 73 jew 74 tar-Regolament lill-persuna intitolata għall-benefiċċji tal-familja jew lill-persuna li lilha għandhom jitħallsu, id-dritt tal-benefiċċji dovuti jew taħt il-leġislazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor biss jew taħt dawn l-Artikoli jkunu sospiżi sas-somma tal-benefiċċji tal-familja pprovdut għalihom mil-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-membru tal-familja qiegħed jabita.<?PAGE NO="I-11854"?> L-ispiża tal-benefiċċji mħallsa mill-Istati Membri li fit-territorju tiegħu il-membru tal-familja qed jabita jitħallsu minn dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>fil-każ tal-benefiċċji dovuti jew biss taħt il-leġislazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor inkella taħt l-Artikoli 77 jew 78 tar-Regolament, lill-persuna intitolata għal dawn il-benefiċċji jew lill-persuna li lilha huma pagabbli, id-dritt għal dawn il-benefiċċji jew allowances tal-familja dovuti jew taħt il-leġislazzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru inkella fl-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli jkun sospiż; fejn dan huwa l-każ, il-persuna kkonċernata tkun intitolata għall-benefiċċji tal-familja jew allowances tal-familja ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jabitaw it-tfal, bl-ispiża titħallas mill-Istat Membru, u fejn suppost, għall-benefiċċji oħra barra l-allowances tal-familja li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 77 u l-Artikolu 78 tar-Regolament, bl-ispiża titħallas mill-Istat kompetenti kif iddefinit b’dawk l-Artikoli.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 859/2003 huwa intiż sabiex jestendi d-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni bir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 għaċ-ċittadini ta’ Stati terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-disa’, il-ħdax, it-tnax, l-erbatax u s-sittax-il premessa tal-imsemmi regolament jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(9)</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi provdut għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ koordinazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fil-Komunità u li m’humiex fil-preżent koperti bid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti fuq il-bażi taċ-ċittadinanza tagħhom u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet l-oħra kif<?PAGE NO="I-11855"?> provdut f’dan ir-Regolament; estensjoni bħal dik hija ta’ mportanza partikolari minħabba t-tkabbir li ġej ta’ l-Unjoni Ewropea.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, applikabbli biss sal-limitu li l-persuna kkonċernata hija diġà legalment tirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru. Li wieħed ikun legalment jirrisjedi hija għalhekk prerekwiżit għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 m’humiex applikabbli f’sitwazzjoni li hija konfinata fl-aspetti kollha ġewwa Stat Membru wieħed. Dan jikkonċerna, fost ħwejjeġ oħra, is-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu rabtiet biss ma’ pajjiż terz u ma’ Stat Membru wieħed.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Biex jinkisbu dawn l-obbjettivi huwa meħtieġ u xieraq li jiġi estiż il-kamp ta’ l-applikazzjoni tar-regoli li jikkoordinaw l-iskemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali billi jiġi adottat strument legali tal-Komunità li jkun jorbot u japplika direttament f’kull Stat Membru li jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="I-11856"?><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn patti ta’ ftehim internazzjonali ma’ pajjiżi terzi li għalihom il-Komunità hija parti u li joffru vantaġġi f’termini ta’ sigurtà soċjali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 859/2003 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom japplikaw għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’humiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament fuq il-bażi taċ-ċittadinanza tagħhom, kif ukoll għall-membri tal-familji tagħhom u s-superstiti tagħhom, sakemm ikunu jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u huma f’sitwazzjoni li mhix konfinata fl-aspetti kollha ġewwa Stat Membru wieħed.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness tar-Regolament Nru 859/2003 dwar dispożizzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, jipprovdi, fir-rigward tal-Ġermanja, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[f]il-każ ta’ benefiċċji tal-familja, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom fil-pussess tagħhom permess tar-residenza li jikkonforma mad-definizzjoni fil-liġi Ġermaniża ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Aufenthaltserlaubnis<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Aufenthaltsberechtigung<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Ftehim UE-Svizzera jipprovdi fl-Artikolu 1 tal-Anness II tiegħu, dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-kuntest tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti Komunitarji li għalihom<?PAGE NO="I-11857"?> isir riferiment, kif inhuma fis-seħħ fid-data tal-firma tal-ftehim u kif emendati bis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness jew ir-regoli ekwivalenti għal dawn l-atti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Stat membru(i)<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> fl-atti li għalihom isir riferiment fis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandha tinftiehem li tinkludi l-Isvizzera, flimkien mal-Istati koperti mill-atti Komunitarji inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Is-Sezzjoni A tal-imsemmi Anness tirreferi kemm għar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll għar-Regolament Nru 574/72.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 62(1) tal-Liġi federali Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>EstG<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Fir-rigward tat-tfal fis-sens tal-Artikolu 63, hija intitolata għall-allowances tal-familja taħt din il-liġi, kull persuna:</P><PARAG IDENTIFIER="062.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>li għandha d-domiċilju jew il-post ta’ residenza abitwali tagħha fit-territorju nazzjonali […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11858"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 65(1) tal-EStG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Benefiċċji oħra għat-tfal<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Ma għandhomx jitħallsu allowances għat-tfal dipendenti li jibbenefikaw minn xi wieħed mill-benefiċċji li ġejjin jew li jieħdu tali benefiċċju jekk applikazzjoni f’dan is-sens tkun ġiet ippreżentata:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="065.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>benefiċċji għat-tfal mogħtija fl-esteru u paragunabbli għall-allowances għat-tfal dipendenti jew għal xi wieħed mill-benefiċċji msemmija fil-punt 1;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li d-dritt għall-allowances tal-familja Ġermaniżi ma huwiex suġġett għall-kundizzjoni tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika wkoll li l-allowances tal-familja Svizzeri huma paragunabbli mal-allowances tal-familja Ġermaniżi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11859"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-konjuġi Xhymshiti jgħixu fil-Ġermanja biż-żewġt itfal tagħhom u t-tnejn li huma għandhom il-permessi tar-residenza msemmija fl-Anness tar-Regolament Nru 859/2003 fil-parti li tirrigwarda lill-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Alketa Xhymshiti, ċittadina Albaniża, ma teżerċitax attività ekonomika. Astrit Xhymshiti, ċittadin tal-Kosovo, jaħdem l-Isvizzera fejn iħallas kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni għax-xjuħija u r-romol. Huwa jirċievi, min-naħa ta’ min jimpjegah fl-Isvizzera, għat-tfal tiegħu li għandhom, it-tnejn li huma, ċittadinanza Ġermaniża, allowances tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sa mit-twelid tal-ewwel tifel tagħhom, Albion, fit-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>, Alketa Xhymshiti kienet tirċievi allowances tal-familja msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>parzjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> min-naħa tal-Istat Ġermaniż, li kienu jikkorrispondu għad-differenza bejn l-allowances tal-familja Ġermaniżi u l-allowances Svizzeri li kienu iktar baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara t-twelid tat-tieni wild, Albiona, fit-<DATE ISO="20070630">30 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Alketa Xhymshiti talbet ukoll, fit-<DATE ISO="20070713">13 ta’ Lulju 2007</DATE>, għall-allowances tal-familja parzjali Ġermaniżi għal din it-tifla.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara din it-talba, l-FKL annulla, fil-<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE>, l-għoti tal-allowances tal-familja għal Albion, peress li Astrit Xhymshiti kien jirċievi, fir-rigward ta’ dan it-tifel, allowances tal-familja fl-Isvizzera.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11860"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071012">12 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Alketa Xhymshiti talbet mill-ġdid lill-FKL il-ħlas tal-allowances tal-familja għal dawn iż-żewġt itfal. Il-FKL, li rċeva din it-talba fil-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ċaħadha fil-<DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, filwaqt li ma semma l-isem ta’ ebda wieħed jew waħda mit-tfal. Huwa kkunsidra li, peress li l-konjuġi Xhymshiti ma kinux jaqgħu taħt il-Ftehim UE-Svizzera minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom, l-għoti tal-allowances tal-familja parzjali taħt ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 ma setax ikun applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080219">19 ta’ Frar 2008</DATE>, il-FKL ċaħad il-kontestazzjoni minn Alketa Xhymshiti ta’ din id-deċiżjoni ta’ ċaħda. Fid-deċiżjoni tiegħu li tikkonferma ċ-ċaħda inizjali, il-FKL indika li t-tifla Albiona kienet tibbenefika, sa mix-xahar ta’ Ġunju tas-sena 2007, minn ħlas barrani paragunabbli mal-allowances tal-familja Ġermaniżi, u l-fatt li dan il-ħlas kienet ta’ ammont iżgħar mill-allowances nazzjonali ma kienx jagħmel differenza.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, Alketa Xhymshiti ippreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju azzjoni kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-<DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE> u d-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20080219">19 ta’ Frar 2008</DATE> fuq kontestazzjoni. Hija talbet ukoll il-ħlas tal-allowances tal-familja li hija tqis li huma dovuti lilha.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-Finanzgericht Baden-Württemberg, adita b’din l-azzjoni, kellha dubji fir-rigward tal-applikabbiltà tar-Regolament Nru 859/2003 u, konsegwentement, tar-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 għal ċittadini ta’ Stati terzi li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni bħalma hija dik tal-konjuġi Xhymshiti, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>(1)</NO.P><TXT>Fil-każijiet li ċittadin ta’ pajjiż terz jirrisjedi legalment fi Stat Membru tal-Unjoni [...] u jaħdem [l-Isvizzera], dan iċ-ċittadin, l-istess bħal martu, ċittadina ta’ [Stat] terz, huwa suġġett, fl-Istat Membru ta’ residenza, għall-applikazzjoni<?PAGE NO="I-11861"?> tar-Regolament [...] Nru 859/2003[...], bil-konsegwenza li l-Istat Membru ta’ residenza huwa obbligat japplika r-Regolamenti [...] Nri 1408/71 u 574/72 għall-imsemmi impjegat u għal martu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, l-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament [...] Nru 1408/71 u l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament [...] Nru 574/72 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-Istat Membru ta’ residenza, l-għoti tal-allowance tal-familja jista’ jiġi rrifjutat lil omm, ċittadina ta’ [Stat] terz, minħabba l-fatt li hija għandha n-nazzjonalità ta’ [Stat] terz, minkejja li binha huwa ċittadin tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar jekk ir-Regolament Nru 859/2003 huwiex applikabbli għaċ-ċittadini ta’ Stat terz li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni bħalma hija dik ta’ Astrit Xhymshiti u martu.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 859/2003, ċittadin ta’ Stat terz għandu jissodisfa żewġ kundizzjonijiet sabiex id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 ikunu applikabbli għalih u għall-membri tal-familja tiegħu. Għalhekk, huwa għandu, fl-ewwel lok, jirrisjedi<?PAGE NO="I-11862"?> legalment fi Stat Membru u, fit-tieni lok, li ma jkunx jinsab f’sitwazzjoni li hija marbuta fl-aspetti kollha tagħha ma’ Stat Membru wieħed. Mit-tnax-il premessa tar-Regolament Nru 859/2003, li tiċċara din it-tieni kundizzjoni, jirriżulta li dan ikun partikolarment il-każ meta ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu rabtiet biss ma’ Stat terz u ma’ Stat Membru wieħed.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, kemm Astrit Xhymshiti kif ukoll martu għandhom residenza legali fil-Ġermanja u jissodisfaw il-kundizzjoni tal-permess tar-residenza msemmi fl-Anness tar-Regolament Nru 859/2003. Għalhekk, l-ewwel kundizzjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala li hija sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, bħalma jsostni l-Gvern Ġermaniż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu u kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, is-sitwazzjoni ta’ Astrit Xhymshiti ma tinkludix l-element ta’ rabta ma’ iktar minn Stat Membru wieħed. Il-fatt li jeżerċita attività professjonali l-Isvizzera ma għandu ebda effett f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, kif isostnu kemm il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u kif ukoll il-qorti tar-rinviju, jirriżulta li għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tiġi meqjusa bħala Stat Membru tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija imposta mill-Artikolu 1 tal-Anness II tal-Ftehim UE-Svizzera, dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Fil-fatt, l-imsemmi artikolu, fil-paragrafu 1 tiegħu, jimponi fuq il-partijiet kontraenti l-obbligu li japplikaw bejniethom, fil-qasam tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sistemi tas-sigurtà soċjali,<?PAGE NO="I-11863"?> l-atti Komunitarji li għalihom isir riferiment, kif inhuma fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tal-imsemmi ftehim u kif emendati bis-Sezzjoni A ta’ dan l-anness.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-istess Artikolu 1, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Stat membru(i)<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> fl-atti li għalihom isir riferiment fis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandha tinftiehem li tinkludi l-Isvizzera, flimkien mal-Istati koperti mill-atti Komunitarji inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Kemm ir-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll ir-Regolament Nru 574/72 jidhru fis-Sezzjoni A tal-Anness II, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Atti li għalihom sar riferiment<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, tal-Ftehim UE-Svizzera. Minn dan isegwi li, minbarra l-Istati Membri tal-UE, id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti jkopru wkoll lill-Konfederazzjoni Svizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li dan ma huwiex il-każ għar-rigward tar-Regolament Nru 859/2003, li ma jidhirx fost l-atti Komunitarji li l-partijiet għall-Ftehim UE-Svizzera jintrabtu li japplikaw u li huma, konsegwentement, imsemmija fis-Sezzjoni A tal-Anness II ta’ dan il-ftehim. Huwa paċifiku li din is-Sezzjoni A telenka xi wħud mill-atti li jemendaw ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72, u dan jindika r-rieda tal-partijiet għal dan il-ftehim li juru fl-imsemmija sezzjoni, fl-għamla ta’ skrizzjoni individwalizzata, kull emenda għal dawn l-atti leġiżlattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif sostna ġustament il-Gvern Ġermaniż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, is-sistema maħluqa mill-imsemmi ftehim, inkwantu din hija limitata għall-applikazzjoni ta’ atti li għalihom sar riferiment espliċitu, ma għandhiex l-għan li tirreferi għall-atti fil-verżjoni attwali tagħhom. Konsegwentement, anki jekk ir-Regolament Nru 859/2003 kellu jiġi kkunsidrat li jikkostitwixxi biss emenda għar-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72, dan ma jistax jiġi applikat fuq il-bażi tal-Ftehim UE-Svizzera. Għalhekk,<?PAGE NO="I-11864"?> dan ir-Regolament, li sar wara l-Ftehim UE-Svizzera, jista’ biss jiġi inkluż f’dan il-ftehim wara li ssir emenda għall-ftehim innifsu.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-eżerċizzju, minn Astrit Xhymshiti, ta’ attività professjonali fl-Isvizzera ma jikkostitwixxix fattur li jestendi s-sitwazzjoni tiegħu lil hinn mil-limiti ta’ Stat Membru wieħed. Fil-fatt, is-sitwazzjoni tiegħu għandha biss rabtiet ma’ Stat terz u ma’ Stat Membru wieħed, jiġifieri, mal-Konfederazzjoni Svizzera u mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li peress li t-tieni miż-żewġ kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 859/2003 ma ġietx sodisfatta, l-imsemmi regolament ma japplikax għas-sitwazzjoni ta’ persuna bħalma huwa Astrit Xhymshiti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu premess, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li, fil-każ fejn ċittadin ta’ Stat terz jirrisjedi legalment fi Stat Membru tal-Unjoni u jaħdem l-Isvizzera, dan iċ-ċittadin ma huwiex suġġett, fl-Istat Membru ta’ residenza, għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 859/2003, peress li dan ir-regolament ma jinsabx indikat fost l-atti Komunitarji msemmija fis-Sezzjoni A tal-Anness II tal-Ftehim UE-Svizzera li l-partijiet għal dan il-ftehim jintrabtu li japplikaw. Konsegwentement, l-obbligu, tal-Istat Membru ta’ residenza, li japplika r-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 għall-imsemmi impjegat u għall-konjuġi tiegħu ma jistax jiġi kkonstatat.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11865"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni domanda hija intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti 1408/71 u 574/72 jippermettux, lil Stat Membru ta’ residenza, li jirrifjuta li jagħti allowances tal-familja lil ċittadin ta’ Stat terz, minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu, meta t-tfal tiegħu jkunu ċittadini tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mir-risposta li ngħatat għall-ewwel domanda, il-konjuġi Xhymshiti ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 859/2003, u dan jimplika li lanqas ir-Regolamenti Nri 1408/71 u 574/72 ma huma applikabbli għalihom. Konsegwentement, l-għoti ta’ allowances tal-familja għaż-żewġt itfal jaqgħu biss taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, jiġifieri l-leġiżlazzjoni Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, mid-deskrizzjoni tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża li tinsab fid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-għoti ta’ allowances tal-familja Ġermaniżi huwa suġġett għall-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju Ġermaniż, b’mod konformi mal-punt 1 tal-Artikolu 62(1) tal-EStG. Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li, minkejja li din il-kundizzjoni hija sodisfatta, skont il-punt 1 tal-Artikolu 65(1) tal-EStG, Alketa Xhymshiti hija xorta waħda eskluża milli tibbenefika minn dawn il-ħlasijiet minħabba l-fatt li żewġha jirċievi ħlasijiet paragunabbli fl-Isvizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrimarkat li d-dritt Komunitarju ma jippreġudikax il-kompetenza li l-Istati Membri għandhom fir-rigward tal-amministrazzjoni tas-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali u li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali kif ukoll l-ammont u t-tul ta’ żmien tagħhom (sentenza tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Klöppel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-507/06" PAGE.ECR="I-943" YEAR="2008">C-507/06, Ġabra p. I-943</REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11866"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-fatt biss li t-tfal tal-konjuġi Xhymshiti huma ċittadini tal-Unjoni ma jistax jirrendi illegali r-rifjut li jingħataw allowances tal-familja fil-Ġermanja meta, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet magħmula mill-qorti tar-rinviju, il-kundizzjonijiet legali neċessarji għall-finijiet ta’ dan l-għoti ma humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premess, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72 ma humiex applikabbli għal ċittadina ta’ Stat terz fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u dan sa fejn is-sitwazzjoni tagħha taqa’ taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. Il-fatt biss li t-tfal ta’ din iċ-ċittadina huma ċittadini tal-Unjoni ma jistax jirrendi illegali r-rifjut li jingħataw allowances tal-familja fl-Istat Membru ta’ residenza meta, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-kundizzjonijiet legali neċessarji għall-finijiet ta’ dan l-għoti ma humiex sodisfatti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11867"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fil-każ fejn ċittadin ta’ Stat terz jirrisjedi legalment fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u jaħdem l-Isvizzera, dan iċ-ċittadin ma huwiex suġġett, fl-Istat Membru ta’ residenza, għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-<DATE ISO="20030514">14 ta’ Mejju 2003</DATE>, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 u r-Regolament Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom, peress li dan ir-Regolament Nru 859/2003 ma jinsabx indikat fost l-atti Komunitarji msemmija fis-Sezzjoni A tal-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li l-partijiet għal dan il-ftehim jintrabtu li japplikaw. Konsegwentement, l-obbligu, għall-Istat Membru ta’ residenza, li japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-<DATE ISO="19720321">21 ta’ Marzu 1972</DATE>, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, għal dan l-impjegat u l-konjuġi tiegħu ma jistax jiġi kkonstatat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72 ma humiex applikabbli għal ċittadina ta’ Stat terz fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u dan sa fejn is-sitwazzjoni tagħha taqa’ taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. Il-fatt biss li t-tfal ta’ din iċ-ċittadina huma ċittadini tal-Unjoni<?PAGE NO="I-11868"?> ma jistax jirrendi illegali r-rifjut li jingħataw allowances tal-familja fl-Istat Membru ta’ residenza meta, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-kundizzjonijiet legali neċessarji għall-finijiet ta’ dan l-għoti ma humiex sodisfatti.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>