|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2184 |
28.9.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2184
tat-28 ta’ Settembru 2026
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 u tad-19 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid l-appoġġ sod u persistenti tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni ser tkompli tipprovdi, f’koordinazzjoni ma’ sħab u alleati tal-istess fehma, appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku komprensiv lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. Il-Kunsill Ewropew esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi tadotta aktar sanzjonijiet. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni persistenti tar-Russja kontra l-Ukrajna, u b’mod partikolari d-deportazzjoni illegali sistematika tagħha u t-trasferiment furzat ta’ tfal Ukreni lejn il-Federazzjoni Russa u f’territorji okkupati temporanjament, kif ukoll l-adozzjoni furzata u l-edukazzjoni mill-ġdid tagħhom, li jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali u ksur tad-drittijiet fundamentali tat-tfal bl-għan li titħassar l-identità Ukrena u tiġi mminata l-preservazzjoni tal-ġenerazzjonijiet futuri tagħha, il-Kunsill iqis li huwa meħtieġ li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi. |
|
(4) |
B’mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 10 persuni u 17-il entità jiżdiedu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj.
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“2111. |
Oleg Ivanovich SLADKEVICH bir-Russu: Олег Иванович СЛАДКЕВИЧ |
Funzjoni: Direttur ta’ Horlivka School No. 42 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’; Viċi kap tal-partit ‘United Russia’ fil-Kunsill tal-Belt ta’ Horlivka fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’, l-Ukrajna Data tat-twelid: 22.10.1970 Post tat-twelid: Zhurzhyntsi village, Cherkasy region, Ukrainian SSR, USSR Sess: raġel Nazzjonalità: Russa Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 614322985391 |
Oleg Sladkevich huwa direttur ta’ School No. 42 f’Horlivka, fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’, l-Ukrajna. Oleg Sladkevich huwa wkoll viċi kap tal-partit ‘United Russia’ fil-Kunsill tal-Belt ta’ Horlivka fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Oleg Sladkevich ipparteċipa fl-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’ tar-Russja fl-2022. Bħala direttur, Oleg Sladkevich japprova u jiffirma l-Karta u l-programmi edukattivi tal-iskola li jallinjaw l-istituzzjoni mal-istandards federali Russi, li jippromwovu l-lealtà lejn ir-Russja, l-edukazzjoni patrijottika, il-valuri tal-istat Russu, u r-rieda li taqdi lir-Russja. Taħt it-tmexxija ta’ Oleg Sladkevich, l-iskola tuża kotba tal-iskola federali Russi, tospita proġetti u avvenimenti li jippromwovu l-ħsieb favur ir-Russja u narrattivi tar-‘riunifikazzjoni’ ta’ Donbas okkupat mar-Russja. School No. 42 hija fost l-organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet edukattivi taħt programmi edukattivi akkreditati mill-Istat, li jintegraw dawk il-programmi fis-sistema edukattiva kkontrollata mir-Russja. L-iskola tipparteċipa fi programmi li jittrasferixxu tfal Ukreni lejn ir-Russja għal attivitajiet ta’ ‘riabilitazzjoni’. L-affiljazzjoni politika ta’ Oleg Sladkevich mal-partit fil-gvern ‘United Russia’ u l-parteċipazzjoni fis-sistemi ta’ governanza u edukazzjoni imposti mir-Russja juru l-appoġġ tiegħu għall-gvern tal-Federazzjoni Russa. Oleg Sladkevich serva wkoll fuq in-naħa Russa fl-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’ fl-2022 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Oleg Sladkevich jipparteċipa f’konferenzi, spezzjonijiet, u proġetti tal-partiti li huma ffinanzjati u kkoordinati mill-awtoritajiet federali Russi u awtoritajiet tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ u li jippromwovu inizjattivi federali Russi, riformi edukattivi, programmi patrijottiċi u juru territorji Ukreni okkupati bħala parti mir-Russja. Barra minn hekk, l-iskola ta’ Oleg Sladkevich issegwi l-istandards edukattivi, il-kurrikuli u l-oqfsa istituzzjonali Russi. Għalhekk, Oleg Sladkevich qed jimplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. Barra minn hekk, Oleg Sladkevich qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.9.2026 |
|
2112. |
Rustam Nurgaliyevich MINNIKHANOV bir-Russu: Рустам Нургалиевич МИННИХАНОВ |
Funzjoni: President tar-Repubblika ta’ Tatarstan Data tat-twelid: 1.3.1957 Post tat-twelid: Novyi Arysh, Rybno-Slobodsky District, Tatarstan, Soviet Union Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 165500470639 |
Rustam Minnikhanov huwa l-President tar-Repubblika ta’ Tatarstan. F’dik il-kapaċità tiegħu, Rustam Minnikhanov qed jiffaċilita d-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn kampijiet li jinsabu fir-reġjun ta’ Tatarstan, inkluż il-kamp ‘Miras’ fid-distrett ta’ Zelenodolsky. L-attivitajiet imwettqa minn Rustam Minnikhanov jagħmlu parti minn strateġija usa’ tal-Federazzjoni Russa li tiddeporta illegalment ċittadini Ukreni. Rustam Minnikhanov huwa wieħed mill-mexxejja reġjonali għoljin Russi involuti fid-deportazzjoni bil-forza ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja. L-azzjonijiet ta’ Rustam Minnikhanov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi tal-Ukrajna. Għalhekk, Rustam Minnikhanov huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. |
28.9.2026 |
|
2113. |
Aleksandr Mikhailovich KALYAGIN bir-Russu: Александр Михайлович КАЛЯГИН |
Funzjoni: Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza ta’ Zaporizhzhia Oblast Data tat-twelid: 5.4.1972 Post tat-twelid: Former RSFSR (issa Russia) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 501200303128 Numru tal-passaport: 64 03 948143, maħruġ fl-14 ta’ Novembru 2002 SNILS: 00151523478 |
Aleksandr Kalyagin huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tar-reġjun ta’ Zaporizhzhia Oblast taħt l-amministrazzjoni ta’ okkupazzjoni Russa minn April 2025. F’dik il-kapaċità, huwa approva u ssorvelja l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ edukazzjoni patrijottika fl-iskejjel li jintroduċu attivitajiet ideoloġiċi u militari-patrijottiċi sistemiċi għall-istudenti, inkluż lezzjonijiet li jippromwovu narrattivi tal-istat, attivitajiet relatati mal-memorja storika Russa u simboli tal-istat, u l-parteċipazzjoni f’inizjattivi taż-żgħażagħ b’elementi militari-patrijottiċi. Barra minn hekk, Aleksandr Kalyagin iffirma ftehim ta’ kooperazzjoni mal-organizzazzjoni pan-Russa ‘Voluntary Society for Assistance to the Army, Aviation and Navy of Russia’ (DOSAAF) biex jiġu implimentati programmi taż-żgħażagħ immirati lejn it-tisħiħ tal-edukazzjoni patrijottika. Għalhekk, Aleksandr Kalyagin qed jimplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni u l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
2114. |
Oleg Vladimirovich TROFIMOV magħruf ukoll bħala Oleg Volodimirovych TROFIMOV magħruf ukoll bħala Oleh Volodimirovich TROFIMOV bir-Russu: Олег Владимирович ТРОФИМОВ |
Funzjoni: Aġent Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-hekk imsejħa ‘d-Donetsk People’s Republic’ Data tat-twelid: 2.3.1986 Post tat-twelid: Former RSFSR (issa Russia) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 720210651593 |
Oleg Trofimov ilu jservi bħala Aġent Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ mill-31 ta’ Awwissu 2024 u jeżerċita awtorità eżekuttiva fuq is-sistema edukattiva fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Bħala Viċi President tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Interdipartimentali dwar it-tħejjija għas-servizz militari u l-edukazzjoni militari-patrijottika, Oleg Trofimov jipparteċipa fil-koordinazzjoni ta’ politiki mmirati lejn minorenni fit-territorju tal-Ukrajna fir-rigward tal-indottrinazzjoni u l-edukazzjoni militarizzata tagħhom. Taħt it-tmexxija ta’ Oleg Trofimov, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza introduċa kotba tal-istorja approvati mill-istat għall-gradi kollha u bħalissa jinsab fil-proċess li joħloq ktieb tal-iskola unifikat dwar l-istorja ta’ Donbas u ‘Novorossiya’. Barra minn hekk, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza kien qed jippromwovi programmi edukattivi mfassla biex irawmu l-lealtà lejn l-istat Russu, il-militar tiegħu, u n-narrattivi storiċi u kulturali tiegħu. Oleg Trofimov appoġġa l-istituzzjonalizzazzjoni tal-istruzzjoni militari-patrijottika, il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ paramilitari, u l-integrazzjoni ta’ taħriġ premilitari u attivitajiet sportivi militari fl-iskejjel. Għalhekk, Oleg Trofimov qed jimplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni u l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
2115. |
Irina Viktorivna KRAVCHENKO magħrufa wkoll bħala Iryna Viktorivna KRAVCHENKO magħrufa wkoll bħala Iryna Viktorovna KRAVCHENKO bl-Ukren: Iрина Вікторівна КРАВЧЕНКО bir-Russu: Ирина Викторовна КРАВЧЕНКО |
Funzjoni: Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-reġjun okkupat mir-Russja ta’ Kherson fl-Ukrajna (amministrazzjoni tal-okkupazzjoni) Data tat-twelid: 18.5.1979 Post tat-twelid: Rakivka, Kherson Oblast, Ukraine (dak iż-żmien Ukrainian SSR, USSR) Nazzjonalità: Ukrena Sess: mara |
Irina Kravchenko hija l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-reġjun okkupat ta’ Kherson. F’dik il-kapaċità, Irina Kravchenko qed tappoġġa u timplimenta l-politiki Russi dwar it-trasferiment, l-assimilazzjoni u r-riedukazzjoni ideoloġika ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati. Għalhekk, Irina Kravchenko hija responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
2116. |
Ali Osmanovich CHOMAEV bir-Russu: Али Османович ЧОМАЕВ |
Funzjoni: fundatur u direttur taċ-children’s camp ‘Adel’, Dombay, Karachay-Cherkess Republic, Russia Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 090200108538 OGRNIP: 310091922100015 |
Ali Chomaev huwa l-fundatur u d-direttur tal-kamp tat-tfal ‘Adel’ f’Dombay, Karachay-Cherkess Republic, Russia. Fis-sajf, il-kamp ‘Adel’ jakkomoda sa 130 tifel u tifla ta’ bejn 7 u 17-il sena. Permezz tal-kamp ‘Adel’, Ali Chomaev jappoġġa r-rilokazzjoni u l-ospitar organizzat ta’ tfal Ukreni mit-territorji Ukreni okkupati. Il-kamp ‘Adel’ jospita tfal ittrasferiti minn territorji Ukreni okkupati taħt programmi li jikkombinaw id-divertiment ma’ attivitajiet ideoloġiċi u orjentati lejn il-militar. Il-programmi edukattivi jenfasizzaw il-patrijottiżmu, il-lealtà ċivika, in-narrattivi storiċi allinjati mal-istat Russu u attivitajiet li jippromwovu s-servizz militari u d-difiża tal-istat Russu. Għalhekk, Ali Chomaev qed jappoġġa azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
2117. |
Maksim Nikolayevich SHVETS bir-Russu: Максим Николаевич ШВЕЦ |
Funzjoni: Ministru għall-Isport u t-Turiżmu tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ Data tat-twelid: 5.9.1993 Post tat-twelid: Boikivske, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 614016408726 |
Maksim Shvets huwa l-Ministru għall-Isport u t-Turiżmu tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Fil-kapaċità tiegħu bħala Ministru għall-Isport u t-Turiżmu, Maksim Shvets jippromwovi żjarat f’monumenti u siti tal-gwerra marbuta man-narrattivi militari tar-Russja u jistabbilixxi kooperazzjoni mal-Gwardja Nazzjonali Russa biex jiġi żviluppat sport applikat mill-militar u jissaħħu l-valuri patrijottiċi fost iż-żgħażagħ, speċjalment għat-tfal minn Donbas. Maksim Shvets huwa fundatur u d-direttur tal-klabb sportiv Power of Donbas, li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-isport u l-edukazzjoni militari-patrijottika taż-żgħażagħ. Maksim Shvets, bħala uffiċjal għoli fl-amministrazzjoni tal-okkupazzjoni tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’, javvanza l-integrazzjoni ta’ dak ir-reġjun fl-istat Russu. Maksim Shvets jippromwovi n-narrattivi militari-storiċi Russi, jappoġġa l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tas-sigurtà Russi, iħeġġeġ l-inkorporazzjoni ta’ atleti u organizzazzjonijiet lokali fis-sistemi Russi, u jappoġġa inizjattivi li jsaħħu l-kontroll tar-Russja fuq it-territorju okkupat. Għalhekk, Maksim Shvets qed jimplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni ta’ minorenni Ukreni. Barra minn hekk, Maksim Shvets qed jimplimenta politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.9.2026 |
|
2118. |
Renard Vladimirovich KUTKOVSKY magħruf ukoll bħala Renard KUTKOWSKI bir-Russu: Ренард Владимирович КУТКОВСКИЙ |
Funzjoni: Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-Belt ta’ Yalta fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’, l-Ukrajna; Eks Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Politika dwar iż-Żgħażagħ tal-Amministrazzjoni tal-belt ta’ Yalta fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ (mill-2015 sal-2024) Data tat-twelid: 1.5.1983 Post tat-twelid: Lviv, Ukrainian SSR, USSR Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel |
Renard Kutkovsky huwa l-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-Belt ta’ Yalta fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’, l-Ukrajna, li jissorvelja l-edukazzjoni, il-kultura u l-politika dwar iż-żgħażagħ. Qabel, Renard Kutkovsky kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Politika taż-Żgħażagħ, u għen fit-tiswir tal-governanza tal-edukazzjoni lokali. Fil-kapaċità uffiċjali tiegħu fl-amministrazzjoni tal-okkupazzjoni, Renard Kutkovsky jippromwovi avvenimenti patrijottiċi sponsorjati mill-istat Russu li juru l-azzjonijiet tar-Russja bħala leġittimi u japprova narrattivi allinjati mal-politika tal-istat Russu. Renard Kutkovsky jimplimenta deċiżjonijiet adottati taħt l-oqfsa federali u reġjonali Russu. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Politika dwar iż-Żgħażagħ u d-Dipartiment tal-Kultura, li huma taħt is-superviżjoni ta’ Renard Kutkovsky, jimplimentaw politiki edukattivi statali u reġjonali allinjati mal-istandards federali Russi, bħall-forniment ta’ kotba approvati mill-Kremlin. Dawk id-dipartimenti javvanzaw ukoll programmi li jippromwovu taħriġ militarizzat u ideoloġiku tat-tfal, bħal klassijiet tal-kadetti u inizjattivi Cossack. Dawk l-attivitajiet huma mfassla biex is-sistema edukattiva ta’ Yalta tiġi integrata f’dik tal-Federazzjoni Russa. Renard Kutkovsky huwa responsabbli għall-promozzjoni ta’ avvenimenti li jenfasizzaw il-lealtà lejn ir-Russja, wirjiet militari-patrijottiċi u għal inizjattivi ta’ ‘trobbija patrijottika’ mmirati lejn studenti fil-Krimea okkupata. Għalhekk, Renard Kutkovsky qed jimplimenta politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranita’ u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Renard Kutkovsky qed jimplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
2119. |
Anna Stanislavovna MOLCHANOVA magħrufa wkoll bħala Hanna Stanislavivna MOLCHANOVA bir-Russu: Анна Станиславовна МОЛЧАНОВА bl-Ukren: Ганна Станіславівна МОЛЧАНОВА |
Funzjoni: Kap tal-fergħa reġjonali tal-‘Movement of the First’ fil-Belt ta' Sevastopol Data tat-twelid: 29.1.1989 Post tat-twelid: Monastyryshche, Cherkasy Region, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena, Russa Sess: mara INN: 920150546734 (Russja) Identifikazzjoni tat-Taxxa: 3253604269 (Ukrajna) |
Anna Molchanova hija l-Kap tal-fergħa reġjonali tal-‘Movement of the First’ fil-Belt ta’ Sevastopol. Anna Molchanova tipparteċipa b’mod attiv fl-indottrinazzjoni, ir-russifikazzjoni u l-militarizzazzjoni ta’ minorenni Ukreni f’Sevastopol, il-Krimea. Taħt it-tmexxija ta’ Anna Molchanova, infetħu unitajiet lokali ġodda tal-‘Movement of the First’ fl-iskejjel. Bħala l-mexxejja reġjonali tal-‘Movement of the First’, Anna Molchanova tappoġġja b’mod attiv politiki ffukati fuq l-edukazzjoni militari u patrijottika, b’mod partikolari għal minorenni, bl-għan li titrawwem ammirazzjoni għall-Federazzjoni Russa, is-simboli tagħha, u n-narrattivi tagħha, u tappoġġja attivitajiet relatati mal-glorifikazzjoni tal-armata Russa. Fil-pożizzjoni tagħha, Anna Molchanova tikkoopera wkoll b’mod attiv ma’ organizzazzjonijiet militari-patrijottiċi oħra, bħal Yunarmiya u Defenders of the Fatherland Foundation. Il-fergħa tagħha tal-‘Movement of the First’ kienet fost dawk li organizzaw il-logħba patrijottika-militari Zarnitsa 2.0 għat-tfal tal-iskola, li kienet tinkludi kompiti bħall-assemblaġġ u ż-żarmar tal-azzarini Kalashnikov. Għalhekk, Anna Molchanova qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, jew l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
2120. |
Svetlana Edislavovna BESPALOVA bir-Russu: Светлана Эдиславовна БЕСПАЛОВА bl-Ukren: Свiтлана Эдиславiвна БЕСПАЛОВА |
Funzjoni: Viċi Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u ż-Żgħażagħ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ Data tat-twelid: 15.4.1969 Post tat-twelid: Simferopol District, Crimean region, USSR Nazzjonalità: Russa Sess: mara Indirizz: 3 Sovnarkomovsky Lane, Simferopol, Republic of Crimea, 295000 |
Svetlana Bespalova ilha l-Viċi Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u ż-Żgħażagħ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ minn April 2022. Fi ħdan il-ministeru, hija responsabbli għall-qafas legali u l-politika tal-istat fil-qasam tal-edukazzjoni ġenerali, l-edukazzjoni fil-lingwa nattiva, u skont il-pjan ta’ azzjoni tal-ministeru, l-implimentazzjoni tal-komponent kadett tal-edukazzjoni ġenerali. Għalhekk, Svetlana Bespalova hija responsabbli għall-istat attwali tal-edukazzjoni fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ u għandha rwol importanti fl-indottrinazzjoni u fir-russifikazzjoni tal-minorenni Ukreni u fil-militarizzazzjoni tal-edukazzjoni fil-Krimea. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Edukazzjoni jimplimenta d-Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa li għandu l-għan li jippromwovi l-edukazzjoni patrijottika Russa. Pereżempju, fost l-attivitajiet ippjanati biex jintlaħqu l-għanijiet għall-2030, Svetlana Bespalova hija responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti militari-patrijottiċi relatati mal-klassijiet tal-kadetti, bħal ‘Raising Patriots’ u ‘Suvorov Readings’. Għalhekk, Svetlana Bespalova hija responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, jew l-edukazzjoni militarizzata ta' minorenni Ukreni. |
28.9.2026”; |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“993. |
Songdowon International Children's Camp bil-Korean: 송도원국제소년단야영소 |
Indirizz: Songdowon District, Wonsan, Kangwon Province, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) Tip ta’ entità: Faċilità taż-żgħażagħ Post tar-reġistrazzjoni: RDPK |
Songdowon International Children’s Camp (il-‘Kamp’) hija istituzzjoni operata mill-istat maħluqa, miżmuma u kkontrollata direttament mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). F'dik il-kapaċità, il-Kamp jipparteċipa fi programmi organizzati li jinvolvu t-trasferiment ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna lejn ir-RDPK. Dawk il-programmi huma implimentati f’koordinazzjoni ma’ atturi marbuta mal-Federazzjoni Russa, inkluż permezz ta’ inizjattivi taż-żgħażagħ Russi affiljati mal-istat u permezz ta’ awtoritajiet ta’ okkupazzjoni, li jiffaċilitaw l-għażla, il-moviment u l-parteċipazzjoni tat-tfal. Il-Kamp jipprovdi akkoljenza, akkomodazzjoni, u programmazzjoni strutturata għat-tfal parteċipanti fil-qafas ta’ inizjattivi allegati ta’ ‘skambju kulturali’. Madankollu, dawk il-programmi jaqdu funzjoni propagandistika usa’, peress li tfal Ukreni huma esposti għal narrattivi u attivitajiet kurati mfassla biex jippromwovu narrattiva favur ir-Russja. F’dak il-kuntest, il-Kamp jikkontribwixxi għall-isforzi mmirati lejn il-kundizzjonament ideoloġiku u r-russifikazzjoni tat-tfal Ukreni, inkluż l-esponiment għal messaġġi politiċi u elementi ta’ taħriġ militarizzat jew dirett mill-istat. Għalhekk, Songdowon International Children’s Camp hija responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, u l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
994. |
All-Russian Children’s Centre ‘Ocean’ magħruf ukoll bħala All-Russian Children’s Centre ‘Okean’ magħrufa wkoll bħala Federal State Budgetary Educational Institution ‘All-Russian Children’s Centre “Ocean”’ magħrufa wkoll bħala FSBEI ‘All-Russian Children’s Centre “Ocean”’ bir-Russu: Всероссийский детский центр ‘Океан’ magħrufa wkoll bħala Федеральное государственное бюджетное образовательное учреждение ‘Всероссийский детский центр “Океан”’ magħrufa wkoll bħala ФГБОУ ‘ВДЦ “Океан”’ |
Indirizz: Russian Federation, 690108, Primorsky Krai, Vladivostok, Artekovskaya str., 10 Tip ta’ entità: Istituzzjoni Baġitarja tal-Istat Federali Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 14.2.1994 BIN/OGRN: 1022502127592 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://okean.org/ Email: info@okean.org Telefown: +7 (423) 230-41-00; +7 (423) 230-41-01 INN/TIN: 2539009984 KPP: 253901001 |
All-Russian Children’s Centre ‘Ocean’ hija istituzzjoni edukattiva baġitarja tal-istat federali taħt il-Gvern tar-Russja u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, iffinanzjata permezz ta’ inizjattivi federali u allinjata mal-politika nazzjonali tal-edukazzjoni. ‘Ocean’ tospita tfal minn territorji Ukreni okkupati, miġjuba fiċ-ċentru taħt il-pretest ta’ rikreazzjoni jew programmi edukattivi. Dawk il-programmi huma organizzati flimkien mal-entità elenkata Yunarmiyau u jinkludu riorjentazzjoni kulturali, edukazzjoni bbażata fuq il-propaganda u attivitajiet militari-patrijottiċi mmirati lejn l-integrazzjoni tat-tfal fl-oqfsa tal-identità Russa. Għalhekk, All-Russian Children’s Centre ‘Ocean’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni u l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
995. |
Preobrazhensky Defence and Sports Centre; magħrufa wkoll bħala Preobrazhensky Defense and Sports Centre of the Special Forces Fund of the Airborne Forces magħrufa wkoll bħala Non-State Educational Institution Training Centre ‘Preobrazhensky’ magħrufa wkoll bħala Preobrazhensky Educational Centre magħrufa wkoll bħala Moscow Region Special Forces Centre ‘Preobrazhensky’ bir-Russu: Преображенского оборонно-спортивного центра magħrufa wkoll bħala Преображенского оборонно-спортивного центра Фонда спецназ ВДВ; magħrufa wkoll bħala Негосударственное образовательное учреждение учебный центр ‘Преображенский’; magħrufa wkoll bħala Преображенский ОСЦ |
Indirizz: Russian Federation, 107370, Moscow, Otkrytoye highway, 12, building 2 Tip ta’ entità: Istituzzjoni Edukattiva Mhux Statali Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 28.6.2010 BIN/OGRN: 1107799020295 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://noyvdv.ru/ Email: noyvdv@yandex.ru Telefown: +7(499)966-73-05 INN/TIN: 7718001540 KPP: 771801001 |
Preobrazhensky Defence and Sports Centre jipprovdi programmi sportivi, ta’ taħriġ u ta’ edukazzjoni militari-patrijottika mmexxija minn għalliema bi sfondi militari. Il-Preobrazhensky Defence and Sports Centre jospita tfal minn territorji Ukreni okkupati. Fil-Preobrazhensky Defence and Sports Centre, it-tfal Ukreni jgħaddu minn taħriġ dwar l-armi, eżerċizzji tattiċi, struzzjoni fl-ajru, esponiment għal narrattivi militari-patrijottiċi li jenfasizzaw il-lealtà tal-istat immirata lejn l-integrazzjoni tat-tfal fl-oqfsa tal-identità Russa. Għalhekk, Preobrazhensky Defence and Sports Centre qed jimplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
996. |
Sports and Recreation Complex ‘Romashka’ LLC SOK ‘Romashka’ bir-Russu: Cпортивно-оздоровительный комплекс ‘Ромашка’; ООО СОК ‘Ромашка’ |
Indirizz: Russian Federation, 346845, Rostov Region, Neklinovsky District, Zolotaya Kosa Village, Lomonosov Street, 20 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 28.4.2015 Numru tar-reġistrazzjoni: BIN/OGRN: 1156171000370 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://sokromashka.ru/ Telefown: 89081975777; 89044443397; (8863)2343433 Email: client@sokromashka.ru INN/TIN: 6123023471 KPP: 612301001 |
Sports and Recreation Complex ‘Romashka’ hija faċilità sportiva u ta’ rikreazzjoni matul is-sena kollha, li topera bħala kamp tat-tfal u tospita kompetizzjonijiet, kampijiet ta’ taħriġ u avvenimenti tematiċi. ‘Romashka’ takkomoda u teduka mill-ġdid lill-minorenni Ukreni permezz ta’ skemi kkoordinati mill-istat, imfassla biex irawmu l-lealtà lejn l-istat Russu u jrażżnu l-identità nazzjonali Ukrena. It-tfal minn territorji Ukreni okkupati jiġu ttrasferiti lejn ‘Romashka’ għal soġġorni, fejn l-attivitajiet rikreattivi jiġu kkombinati ma’ messaġġi politiċi marbuta mal-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’ u ma’ attivitajiet li jippromwovu l-identità Russa u jigglorifikaw ir-rwol militari u politiku tar-Russja. Għalhekk, ‘Romashka’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
997. |
The Moscow City Tourism Committee magħrufa wkoll bħala Moscow Tourism Committee magħrufa wkoll bħala Mostourism bir-Russu: Комитет по туризму города Москвы magħrufa wkoll bħala Мостуризм |
Indirizz: Russian Federation, 125032, Moscow, Tverskaya str., 13 Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 28.9.2018 Numru tar-reġistrazzjoni: BIN/OGRN: 1187746839246 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://www.mos.ru/tourism Email: MosComTour@mos.ru Telefown: +7 (499) 652-6094; +7 (499) 652-6952 INN/TIN: 7703465612 KPP: 770301001 |
The Moscow City Tourism Committee, magħrufa wkoll bħala Mostourism, hija awtorità muniċipali responsabbli għall-politika tat-turiżmu, li tippromwovi lil Moska bħala destinazzjoni turistika, u torganizza avvenimenti turistiċi u kulturali. Mostourism twaqqfet mill-Gvern ta' Moska. Mostourism, permezz tal-programm ‘City of Discoveries’ tagħha, implimentata b’appoġġ mill-istituzzjonijiet tal-istat Russi skont il-proġett nazzjonali Russu ‘Youth and Children’, iġġib tfal minn territorji Ukreni okkupati lejn Moska u tintegrahom f’ambjent edukattiv u kulturali unifikat Russu. Dik l-integrazzjoni ssir permezz ta' żjarat f'mużewijiet u istituzzjonijiet oħra li jippromwovu narrattivi tal-istat Russu dwar l-istorja u l-pattrijottiżmu. Il-programm jippreżenta t-territorji Ukreni okkupati bħala t-territorji l-ġodda tar-Russja, u l-attivitajiet tiegħu huma mfassla biex jinkorporaw in-narrattivi storiċi tal-istat Russu, l-edukazzjoni patrijottika, u l-formazzjoni tal-identità ċivika. Għalhekk, Mostourism qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
998. |
LLC ‘Art-Quest’ magħrufa wkoll bħala Children’s camp ‘Art-Quest’ bir-Russu: ООО ‘АРТ-КВЕСТ’ |
Indirizz: 296500, l-hekk imsejħa ‘Republic of Crimea’, Ukraine, Saki city, Morskaya street, 11 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Ukraine Data ta’ reġistrazzjoni: 16.3.2011 Numru tar-reġistrazzjoni: BIN/OGRN: 1159102033969 Post prinċipali tan-negozju: Ukrajna Sit web: https://art-quest.org/ Telefown: +7 (495) 725-47-97 INN/TIN: 9107036165 KPP: 910701001 |
LLC ‘Art-Quest’ hija kamp tat-tfal fil-Krimea okkupata, l-Ukrajna. Hija rreġistrata uffiċjalment bħala organizzazzjoni responsabbli għar-rikreazzjoni u t-titjib tas-saħħa tat-tfal. LLC ‘Art-Quest’ tospita tfal Ukreni minn reġjuni Ukreni okkupati, ippreżentati bħala parteċipanti fi programmi ta’ rikreazzjoni. It-tfal huma esposti għal attivitajiet patrijottiċi, bħal ċerimonji fejn tittella’ l-bandiera u avvenimenti ċivili-patrijottiċi, li jippromwovu narrattivi storiċi favur ir-Russja, assimilazzjoni kulturali, lealtà lejn ir-Russja u patrijottiżmu ċċentrati fuq li l-Krimea okkupata hija parti mir-Russja. Għalhekk, LLC ‘Art-Quest’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
999. |
LLC Children’s Health Complex ‘Sputnik’ magħrufa wkoll bħala LLC ‘DOK “Sputnik”’ bir-Russu: ООО ДЕТСКИЙ ОЗДОРОВИТЕЛЬНЫЙ КОМПЛЕКС ‘СПУТНИК’; magħrufa wkoll bħala ООО ‘ДОК “Спутник”’ |
Indirizz: Russian Federation, Rostov region, Neklinovsky district, Natalyevka village, Chekhov str., 224; Russian Federation, Rostov region, Taganrog, Aleksandrovskaya str., 216 Tip ta’ entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 12.9.2001 Numru tar-reġistrazzjoni: BIN/OGRN: 1026101345390 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://docsputnik.ru/ Telefown: +7 (8634) 640-615; +7 (8634) 640-616 Email: doc-sputnik@yandex.ru INN/TIN: 6123111953 KPP: 612301001 |
LLC Children’s Health Complex ‘Sputnik’ hija ċentru rikreazzjonali u edukattiv. Dak iċ-ċentru huwa rreġistrat bħala organizzazzjoni responsabbli għar-rikreazzjoni u t-titjib tas-saħħa tat-tfal. ‘Sputnik’ tospita tfal Ukreni minn reġjuni okkupati, ippreżentati bħala parteċipanti fi programmi ta’ rikreazzjoni. It-trasferimenti huma organizzati mill-awtoritajiet ta’ okkupazzjoni u ffinanzjati mill-gvernijiet reġjonali Russi. It-tfal huma inkorporati fi programmi strutturati allinjati mal-politika tal-istat Russu dwar l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, li jippromwovu narrattivi ċiviċi, storiċi u patrijottiċi li jenfasizzaw il-lealtà lejn l-istat Russu, l-unità nazzjonali, u l-interpretazzjonijiet storiċi definiti mill-istat. Għalhekk, ‘Sputnik’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1000. |
Children’s camp ‘Sunny Beach’ magħrufa wkoll bħala State Budgetary General Educational Institution of the Republic of Dagestan ‘Republican Centre of Education “Sunny Beach”’ magħrufa wkoll bħala Children’s Centre ‘Sunny Beach’ bir-Russu: ДОЛ ‘Солнечный берег’ magħrufa wkoll bħala Государственное бюджетное общеобразовательное учреждение Республики Дагестан ‘Республиканский центр образования “Солнечный берег”’ magħrufa wkoll bħala ГБОУ РД ‘РЦО “Солнечный берег”’ magħrufa wkoll bħala Детский центр ‘Солнечный берег’ |
Indirizz: Russian Federation, 368537, Republic of Dagestan, Karabudakhkent district, Ullubiyaul village, Poberezhnaya street, 2 Tip ta’ entità: Istituzzjoni Edukattiva Baġitarja Federali tal-Istat Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 27.12.2002 BIN/OGRN: 1020502633601 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://rdoockd.dagestanschool.ru/ Telefown: +7 (999) 311-32-61 Email: rdoockd@mail.ru INN/TIN: 0541021512 KPP: 052201001 |
Children’s camp ‘Sunny Beach’ huwa kamp edukattiv u rikreazzjonali tal-istat għat-tfal ta’ bejn 7 u 15-il sena, li jikkombina r-rikreazzjoni, l-edukazzjoni u l-attivitajiet kulturali. ‘Sunny Beach’ jospita tfal minn territorji Ukreni okkupati permezz ta’ rikreazzjoni, riabilitazzjoni, u programmi edukattivi organizzati mill-awtoritajiet reġjonali Russi. Fi ‘Sunny Beach’, it-tfal Ukreni huma esposti għal ambjent edukattiv iċċentrat fuq kurrikuli approvati mill-istat Russu, struzzjoni patrijottika, u messaġġi ideoloġiċi. L-attivitajiet ta’ ‘Sunny Beach’ jippromwovu l-identità nazzjonali Russa, il-lealtà lejn il-Federazzjoni Russa, l-aċċettazzjoni ta’ narrattivi uffiċjali rigward l-istorja Russa, is-sovranità u simboli tal-istat Russu. ‘Sunny Beach’ jorganizza ċerimonji patrijottiċi. Għalhekk, Children’s Camp ‘Sunny Beach’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1001. |
FSBI ‘DOP “Raduga”’ magħrufa wkoll bħala FGBU ‘DOP “Raduga”’ magħrufa wkoll bħala FGBI ‘DOP “Raduga”’ magħrufa wkoll bħala Federal State Budgetary Institution ‘Children’s Health Boarding House “Raduga”’ of the Administration of the President of the Russian Federation magħrufa wkoll bħala Children’s camp ‘Rainbow’ bir-Russu: ФГБУ ‘ДОП “РАДУГА”’ magħrufa wkoll bħala Федеральное государственное бюджетное учреждение ‘детский оздоровительный пансионат “радуга”’ управления делами президента российской федерации; magħrufa wkoll bħala Детский лагерь ‘Радуга’ |
Indirizz: Ukraine, 298431, so-called Republic of Crimea, Bakhchisaray district, Peschanoe village, Naberezhnaya str., 19 Tip ta’ entità: Istituzzjoni Baġitarja tal-Istat Federali Post tar-reġistrazzjoni: Ukraine Data ta’ reġistrazzjoni: 20.10.2014 Numru tar-reġistrazzjoni: BIN/OGRN: 1149102061052 Post prinċipali tan-negozju: Ukraine Sit web: https://crimea-raduga.ru/ Email: radugacrimeasea@yandex.ru Telefown: +7 (36554) 9-25-25 INN/TIN: 9104001076 KPP: 910401001 |
FSBI ‘DOP Raduga’ fil-Krimea okkupata hija kamp tas-sajf tat-tfal immexxi mill-istat għat-tfal ta’ bejn 7 u 16-il sena, li jopera erba’ sessjonijiet tas-sajf ta’ 21 jum. ‘DOP Raduga’ tospita tfal minn territorji Ukreni okkupati taħt programmi ffinanzjati mill-awtoritajiet reġjonali Russi. It-tfal huma esposti għal indottrinazzjoni politika, attivitajiet propaganda-kulturali, u programmi mfassla biex irawmu l-lealtà lejn ir-Russja. Il-programm edukattiv ta’ ‘DOP Raduga’ jippromwovi narrattivi militari-patrijottiċi permezz ta’ ċerimonji tal-bandiera ta’ kuljum, lezzjonijiet dwar l-istorja u t-tradizzjonijiet Russi, proġetti patrijottiċi u avvenimenti ċċentrati fuq id-‘difensuri tal-Patrija’. ‘DOP Raduga’ joffri programmi edukattivi u sportivi militari, inkluż eskursjonijiet b’tema tal-gwerra u avvenimenti kompetittivi. Għalhekk, FSBI ‘DOP Raduga’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1002. |
LLC ‘Centre for Children and Youth Programmes “Mir”’ magħrufa wkoll bħala ‘Mir’ Centre for Administrative and Legal Affairs magħrufa wkoll bħala LLC ‘TsDiYUP “Mir”’ bir-Russu: ООО ‘Центр детскиыи юношескиыпрограмм “мир”’ magħrufa wkoll bħala ООО ‘ЦДиЮП “Мир”’ |
Indirizz: Russian Federation, 347905, Rostov Region, Taganrog, Dzerzhinsky St., 119 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 25.11.2008 Numru tar-reġistrazzjoni: BIN/OGRN: 1086154007532 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://center-mir.ru/ Telefown: 8-800-300-65-54 Email: prodaj@center-mir.ru INN/TIN: 6154557850 KPP: 615401001 |
LLC ‘Centre for Children and Youth Programmes “Mir”’ hija organizzazzjoni li topera programmi ta’ rikreazzjoni, edukattivi tat-tfal, u ta’ żvilupp taż-żgħażagħ permezz ta’ faċilitajiet inkluż is-subdiviżjoni tagħha, li hija Children’s Sanatorium Health Camp ‘Mir’. LLC ‘Centre for Children and Youth Programs “Mir”’, permezz tas-subdiviżjoni tagħha, tipparteċipa fl-akkoljenza, l-akkomodazzjoni, u fl-organizzazzjoni ta’ programmi għal soġġorni rikreattivi u edukattivi estiżi għal tfal minn territorji Ukreni okkupati. Matul dawn il-programmi, it-tfal huma esposti għal narrattivi ċċentrati fuq l-istat Russu li jippromwovu l-patrijottiżmu, il-lealtà lejn ir-Russja, l-unità nazzjonali, u l-identifikazzjoni mat-tradizzjonijiet storiċi u kulturali Russi. L-attivitajiet tal-kampijiet inkorporaw edukazzjoni militari-patrijottika permezz ta’ laqgħat ma’ veterani u persunal militari, żjarat f’siti tal-istorja militari, kommemorazzjonijiet b’tema tal-gwerra, logħob bi stil militari, u avvenimenti marbuta mal-vaganzi tal-istat Russu. Għalhekk, LLC ‘Centre for Children and Youth Programmes “Mir”’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1003 |
LLC ‘Leto’; magħrufa wkoll bħala LLC ‘Summer’ bir-Russu: ООО ‘ЛЕТО’ |
Indirizz: Russian Federation, Rostov region, Taganrog, Aleksandrovskaya st., 71/15, office 212. Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 21.3.2012 BIN/OGRN: 1126154000940 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://goldkosa.ru Telefown: +7 (951) 519-37-53 Email: info@leto-tk.ru INN/TIN: 6154048300 KPP: 615401001 |
LLC ‘Leto’ hija kumpanija Russa li topera f'servizzi ta’ rikreazzjoni, turiżmu u divertiment tat-tfal. Children’s Health Camp ‘Golden Spit’ hija suddiviżjoni ta’ LLC ‘Leto’, li topera f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha. ‘Golden Spit’ hija faċilità ta’ rikreazzjoni għat-tfal li tipprovdi akkomodazzjoni u programmi edukattivi u attivitajiet sportivi. Tfal minn żoni Ukreni okkupati qed jiġu ttrasferiti lejn kampijiet Russi, inkluż ‘Golden Spit’, taħt l-hekk imsejħa inizjattivi ta’ riabilitazzjoni u rikreazzjoni. LLC ‘Leto’, permezz ta’ ‘Golden Spit’, tippromwovi n-narrattivi tal-istat Russu, il-patrijottiżmu, il-lealtà lejn ir-Russja, filwaqt li tintegra lit-tfal f’ambjent ideoloġiku u kulturali Russu. It-tfal huma esposti għal attivitajiet iffukati fuq l-istorja Russa, il-kommemorazzjonijiet tal-gwerra, u l-edukazzjoni militari-patrijottika. Għalhekk, LLC ‘Leto’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1004. |
LLC ‘Otdykh-71’ magħrufa wkoll bħala Limited Liability Company ‘Otdykh-71’ magħrufa wkoll bħala LLC ‘Rest-71’ bir-Russu: ООО ‘ОТДЫХ-71’ magħrufa wkoll bħala Общество с ограниченной ответственностью ‘ОТДЫХ-71’ |
Indirizz: Russian Federation, 300903 city of Tula, Kosaya Gora village, Orlovskoye highway, 111 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 18.11.2016 BIN/OGRN: 1167154080224 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://otdyh71.ru/ Email: otdyx71@mail.ru; info@otdyh71.ru Telefown: +7 (4872) 23-04-98; +7 (953) 436-83-83 INN/TIN: 7104073574 KPP: 710401001 |
LLC ‘Otdykh-71’ hija organizzazzjoni Russa involuta fir-rikreazzjoni tat-tfal u programmi taż-żgħażagħ permezz tal-fergħat tagħha, inkluż iċ-ċentru ta’ rikreazzjoni ‘New Wave’, li jopera taħt ir-responsabbiltà u l-koordinazzjoni ta’ LLC ‘Otdykh-71’. LLC ‘Otdykh-71’, permezz taċ-ċentru ta’ rikreazzjoni tagħha ‘New Wave’ u b’appoġġ reġjonali, tinvolvi tfal minn territorji Ukreni okkupati f’attivitajiet kulturali, edukattivi, militari-patrijottiċi u ċiviċi, u tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom fin-narrattivi soċjali u kulturali Russi. Il-programmi ‘New Wave’ jippromwovu l-ideoloġija patrijottika Russa, l-unità tal-istat, l-istorja tar-Russja, il-valuri tradizzjonali, il-glorifikazzjoni tal-unità nazzjonali Russa u l-lealtà lejn ir-Russja permezz ta’ ċerimonji, reċitazzjonijiet tal-innu Russu, tlugħ tal-bandiera, messaġġi dwar l-hekk imsejħa ‘operazzjoni militari speċjali’ tar-Russja u r-rebħiet futuri tar-Russja. Għalhekk, LLC ‘Otdykh-71’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1005. |
LLC Sanatorium ‘Vita’ magħrufa wkoll bħala Children’s Sanatorium ‘Vita’ magħrufa wkoll bħala ‘Vita’ Children’s Resort bir-Russu: ООО ‘Санаторий “Вита”’ magħrufa wkoll bħalaДетский санаторий ‘Вита’ magħrufa wkoll bħala Детский Курорт ‘Вита’ |
Indirizz: 353456, Russia, Krasnodar Territory, Anapa, Divny passage, 19C1 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 19.9.2005 BIN/OGRN: 1052300019540 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://vita-anapa.ru/; https://vitakurort.ru/ Telefown: +7 (86133) 97-888 Email: vita-anapa@mail.ru INN/TIN: 2301054275 KPP: 230101001 |
LLC Sanatorium ‘Vita’ (Kamp ‘Vita’) hija ċentru ta’ rikreazzjoni għat-tfal. Tospita sessjonijiet tas-sajf ta’ 21 jum għat-tfal ta’ bejn 6 u 15-il sena, li jikkombinaw ir-rikreazzjoni, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tat-tmexxija. Kamp ‘Vita’ jospita tfal minn territorji Ukreni okkupati taħt programmi organizzati u ffinanzjati mill-awtoritajiet reġjonali u ta’ okkupazzjoni Russi. It-tfal rilokati fil-Kamp ‘Vita’ jipparteċipaw mhux biss f’attivitajiet rikreattivi, iżda wkoll fi programmi edukattivi u patrijottiċi strutturati maħsuba biex jintegrawhom fl-oqfsa soċjali u kulturali Russi. Il-programm tal-Kamp ‘Vita’ jenfasizza l-lealtà lejn ir-Russja, l-identità nazzjonali Russa, l-adozzjoni tal-valuri nazzjonali Russi, temi militari-storiċi, u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet marbuta ma’ organizzazzjonijiet militari-patrijottiċi. Kamp ‘Vita’ tikkontribwixxi għall-assimilazzjoni tat-tfal permezz ta’ esponiment sostnut għal narrattivi allinjati mal-istat. Għalhekk, LLC Sanatorium ‘Vita’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1006. |
LLC Children’s Health Complex ‘Signal’ magħrufa wkoll bħala LLC DOK ‘Signal’ bir-Russu: ООО ‘Детский оздоровительный комплекс “Сигнал”’; magħrufa wkoll bħala ООО ДОК ‘Сигнал’ |
Indirizz: 353480, Krasnodar Region, Gelendzhik city, Kabardinka village, Revolyutsionnaya street, house No. 91, Russia Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 7.12.2005 BIN/OGRN: 1052301890068 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://doksignal.ru/; https://dolsignal.ru/ Email: mail@doksignal.ru; crm@nikamtour.ru Telefown: +7 (86141) 66-4-20; (8 800) 505-15-94 INN/TIN: 2304044300 KPP: 230401001 |
LLC Children’s Health Complex ‘Signal’ hija kamp rikreazzjonali u edukattiv għat-tfal ta’ bejn 7 u 16-il sena. Is-sid primarju tagħha huwa LLC ‘Gazprom Dobycha Yamburg’, sussidjarja tal-kumpannija ‘Gazprom’ li hija proprjetà tal-istat. ‘Signal’ tospita tfal mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ okkupata taħt inizjattivi appoġġati mir-Russja, fejn il-minorenni huma esposti għal attivitajiet edukattivi u patrijottiċi strutturati. Il-kamp iservi bħala pjattaforma għall-programm allinjat mal-istat ‘Great Russia 2.0’, li jippromwovi l-istorja u l-kultura Russa, il-lealtà lejn il-valuri definiti mill-istat Russu, il-memorja militari u erojka Russa. ‘Signal’ tikkontribwixxi għall-esponiment għal kontenut militarizzat u ideoloġiku. Għalhekk, Children’s Health Complex ‘Signal’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, u l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1007. |
LLC Children’s Centre ‘Kotlostroitel’; magħrufa wkoll bħala LLC DOC ‘Kotlostroitel’; magħrufa wkoll bħala Boiler Builder bir-Russu: ООО ДОЦ ‘Котлостроитель’ |
Indirizz: Russian Federation, 346844, Rostov region, Neklinovsky District, Krasny Desant village, Oktyabrskaya street, 37a. Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 13.11.2006 BIN/OGRN: 1066123005530 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://doc-kotlostr.rnd.socinfo.ru Email: kotlostroitel@mail.ru Telefown: (8 8634) 430-514 INN/TIN: 6123015216 KPP: 612301001 |
LLC Children’ s Centre ‘Kotlostroitel’ hija kamp tat-tfal, li jopera matul is-sajf. Il-kamp jipprovdi attivitajiet sportivi, edukattivi u kulturali għat-tfal. Kotlostroitel tospita ripetutament tfal mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Fil-kamp, it-tfal jipparteċipaw fi programmi edukattivi żviluppati f’konformità mal-linji gwida tal-Ministeru għall-Edukazzjoni Russu li jippromwovu l-identità nazzjonali Russa, il-lealtà lejn l-istat Russu, u narrattivi storiċi ċċentrati fuq l-istat, flimkien mal-edukazzjoni militari-patrijottika. Flimkien mal-klabb militari-patrijottiku tal-Kotlostroitel, it-tfal jipparteċipaw f’taħriġ relatat mal-militar, logħob militari-patrijottiku, wirjiet tal-istorja militari, filwaqt li jenfasizzaw l-istorja tad-difensuri tar-Russja, it-tradizzjonijiet militari Cossack, u l-wirt militari Russu. Għalhekk, LLC Children’s Centre ‘Kotlostroitel’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni u l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1008. |
The Centre for the Study of the Youth Environment and Monitoring of Networks magħrufa wkoll bħala CISM magħrufa wkoll bħala TSISM bir-Russu: Центр изучения и сетевого мониторинга молодежной среды magħrufa wkoll bħala Центр изучения молодежной среды |
Indirizz: Building 2, Room 204, Bolshoy Trekhsvyatitelsky Lane, Moscow 109028, Russian Federation. Tip ta’ entità: Istituzzjoni tal-istat Russu Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation |
Is-Centre for the Study of the Youth Environment and Monitoring of Networks (CISM) hija istituzzjoni tal-istat Russu stabbilita mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u li topera taħt l-Aġenzija Federali għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ (Rosmolodezh). CISM tiżviluppa u topera sistemi ta’ monitoraġġ diġitali użati mill-awtoritajiet Russi biex jiġbru, janalizzaw u jagħtu profil tal-attivitajiet online tat-tfal u taż-żgħażagħ. CISM tappoġġa l-politiki tal-Gvern Russu fit-territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna billi twettaq sorveljanza tal-massa ta’ tfal u żgħażagħ Ukreni. Għalhekk, CISM qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026 |
|
1009. |
Children’s Health and Education Centre ‘Brigantine’ magħrufa wkoll bħala ‘Brigantina’ magħrufa wkoll bħala Municipal budgetary educational institution of additional education ‘children’s health and educational centre “brigantine”’ bir-Russu: Детский оздоровительно-образовательный центр ‘Бригантина’ magħrufa wkoll bħala Муниципальное бюджетное образовательное учреждение дополнительного образования ‘детский оздоровительно-образовательный центр “бригантина”’ |
Indirizz: Russian Federation, 428022, Rep. Chuvash Republic - Chuvashia, Cheboksary, Vostochnaya Street, building. 13a Tip ta’ entità: Istituzzjoni Edukattiva Baġitarja Muniċipali tal-Edukazzjoni Addizzjonali Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data ta’ reġistrazzjoni: 18.12.2002 BIN/OGRN: 1022100985719 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Sit web: https://бригантина21.рф Telefown: (8 8352) 63-26-19 Email: brigantina-21@mail.ru INN/TIN: 2127305550 KPP: 213001001 |
Children’s Health and Education Centre ‘Brigantine’, imwaqqaf, proprjetà ta’ u ssorveljat mill-muniċipalità ta’ Cheboksary u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni tal-belt, jipprovdi programmi rikreattivi, edukattivi, sportivi, turistiċi, u ekstrakurrikulari għat-tfal. ‘Brigantine’ jospita tfal ittrasferiti minn territorji Ukreni okkupati bl-iskuża ta’ rikreazzjoni u riabilitazzjoni. L-attivitajiet edukattivi ta’ ‘Brigantine’ jiffukaw fuq l-edukazzjoni patrijottika, l-attivitajiet b’tema militari, bħall-enfasi fuq is-simboli tal-istat Russu, il-logħob b’tema militari, iż-żjarat f’monumenti tal-gwerra u f’mużewijiet militari, u li jiġu onorati s-suldati Russi. Iċ-ċentru jippromwovi l-identità ċivika Russa, il-memorja storika u n-narrattivi tal-għaqda nazzjonali. Għalhekk, ‘Brigantine’ qed timplimenta azzjonijiet u politiki li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni furzata, inkluż l-indottrinazzjoni, u l-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni. |
28.9.2026” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2184/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)