|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2816 |
22.5.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/2816)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Sizzano”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A1236-AM03 — 2.3.2026
1. Isem il-prodott
Sizzano
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija – id-Dipartiment għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Isports Ekwestri – id-Direttorat Ġenerali għall-Promozzjoni tal-Kwalità Agroalimentari – PQA I
6. Kwalifika bħala emenda standard
Nikkonfermaw li l-approvazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ din l-emenda standard jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda standard skont ir-Regolament (UE) Nr 2024/1143 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan.
Din l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “emenda standard” stabbilita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 minħabba li:
|
— |
ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati bl-indikazzjoni ġeografika; |
|
— |
ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; |
|
— |
ma tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Korrezzjoni tat-titoli tal-artikoli
Deskrizzjoni
Fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, xi titli tal-artikoli ġew ikkoreġuti sabiex jiġu konformi mal-ispeċifikazzjoni standard.
L-emenda tikkonċerna l-Artikoli 2, 4, 5, 6 u 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Proporzjonijiet fil-kombinament ta’ varjetajiet ta’ għeneb u ta’ varjetajiet komplementari
Deskrizzjoni
Il-kombinament ta’ varjetajiet ta’ għeneb ġie emendat. Qabel, ir-rekwiżit kien li l-proporzjon tan-Nebbiolo jkun bejn 50 % u 70 %. Il-proporzjon minimu issa ġie stabbilit għal 60 %. Għalhekk, varjetajiet ta’ għeneb komplementari huma permessi sa massimu ta’ 40 %. Il-varjetajiet ta’ għeneb komplementari li jistgħu jintużaw ma għadhomx dawk kollha adattati għall-kultivazzjoni fir-reġjun tal-Piemonte, iżda dawk Vespolina u Uva Rara biss.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tat-tip ta’ nbid standard
Deskrizzjoni
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tat-tip ta’ nbid standard żdiedet minn 11,50 % għal 12,00 %.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Rendimenti massimi
Deskrizzjoni
L-artikolu marbut ma’ regoli tal-vitikultura, mar-rendiment u mal-karatteristiċi ta’ kwalità tal-għeneb inkitbet mill-ġdid għal iktar ċarezza. Speċifikament, rendiment massimu ta’ 8,1 tunnellati għal kull ettaru ġie stipulat għall-għeneb speċifikament imkabbar għat-tipi ta’ nbejjed bit-termini “Riserva” u “Vigna”.
Din l-emenda taffettwa l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 7.2 (“Rendimenti massimi”) tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Is-sena tat-tħawwil tal-vinji għat-tip ta’ nbid bit-termini “Riserva” u “Vigna”
Deskrizzjoni
It-tipi ta’ nbejjed bit-termini “Riserva” u “Vigna” jistgħu jiġu prodotti biss minn vinji li jkunu ilhom imħawlin għal 7 snin.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Tħassru l-paragrafi sostitwiti
Deskrizzjoni
Il-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 4 u l-paragrafu 3 tal-Artikolu 6 tħassru għax ma kinux neċessarji.
L-emenda tikkonċerna l-Artikoli 4 u 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Ir-rendiment massimu ta’ għeneb/nbid fi tmiem il-perjodu tat-tqaddim
Deskrizzjoni
Ġie stipulat limitu massimu għall-ammont ta’ rendiment ta’ għeneb ittrasformat fi nbid fi tmiem il-perjodu tat-tqaddim obbligatorju: ma jridx jeċċedi t-68 %. Dan sussegwentement jiddetermina l-produzzjoni massima ta’ nbid f’litri għal kull etteru, kemm għat-tip ta’ nbid standard kif ukoll għat-tip bit-terminu “Riserva”.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Żieda fil-btieti
Deskrizzjoni
Fir-rigward tal-perjodu tat-tqaddim, ġie speċifikat li ż-żieda bi nbid ekwivalenti hija permessibbli, inkluż inbid maħżun f’tipi ta’ kontenituri oħrajn, sabiex jinkiseb l-ammont ta’ rendiment iddikjarat.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Termini ta’ tikkettar permessi
Deskrizzjoni
F’dak li jikkonċerna t-termini ta’ tikkettar permessi, l-Artikolu 7(2), it-test li ġej ġie fformulat mill-ġdid:
|
“2. |
Fid-deskrizzjoni u fil-preżentazzjoni tal-inbid bid-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti Sizzano u Sizzano Riserva, huwa permess li jintuża kliem li jirreferi għal ismijiet, għal ismijiet ta’ negozji u għal ditti privati dment li dawn ma jkunux qed jintużaw bi ftaħir u ma jkunx hemm lok li jqarrqu bil-konsumatur”. |
Il-verżjoni l-ġdida taqra hekk:
“Madankollu, huwa permess li jintuża kliem li jirreferi għal ismijiet, għal ismijiet ta’ negozji u għal ditti privati li ma jkunux qed jintużaw bi ftaħir u ma jkunx hemm lok li jqarrqu bil-konsumatur.”
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Rabta maż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
L-artikolu dwar ir-rabta mal-ambjent ġeografiku ġie aġġornat u nkiteb mill-ġdid sabiex ikun aktar ċar. Min-naħa tagħha, il-verżjoni l-ġdida ġiet inkluża fid-dokument uniku.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 10 “Rabta maż-żona ġeografika” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Tħassir tar-referenza għall-korp ta’ kontroll.
Deskrizzjoni
L-artikolu fl-ispeċifikazzjoni li jinkludi referenzi għall-korp ta’ kontroll ġie emendat, u l-informazzjoni ġiet issostitwita b’referenza għal pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Korrezzjonijiet editorjali
Deskrizzjoni
Fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, saru xi korrezzjonijiet editorjali sabiex tittejjeb iċ-ċarezza tat-test u jitneħħew l-iżbalji. L-emendi jikkonċernaw speċifikament:
|
— |
it-tneħħija tal-enumerazzjoni tal-paragrafi fl-artikoli kollha tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; |
|
— |
it-tneħħija tat-terminu żbaljat “Bonarda novarese” bħala sinomu ta’ “Uva Rara” fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2; |
|
— |
l-inklużjoni tal-frażi “nbejjed Sizzano u Sizzano Riserva” ma’ “nbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Sizzano u Sizzano Riserva” fl-Artikolu 2; |
|
— |
it-tneħħija tal-kliem “għall-produzzjoni tal-inbejjed imsemmija fl-Artikolu 1” mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 4, issostitwit bil-kliem “għall-produzzjoni tal-inbejjed Sizzano, Sizzano Riserva, Sizzano Vigna u Sizzano Riserva Vigna”; |
|
— |
it-tneħħija ta’ referenzi antikwati għar-regoli, issostitwiti b’referenza għar-“regolamenti fis-seħħ” fl-Artikoli 5 u 7; |
|
— |
is-sostituzzjoni tat-terminu “prodott” b’dak iżjed korrett, “lott”, fl-Artikolu 5; |
|
— |
fit-tabella li tirreferi għall-ammont massimu ta’ rendiment tal-għeneb ittrasformat fi nbid lest, ġiet speċifikata l-unità tal-kejl; |
|
— |
is-sostituzzjoni ta’ “Sizzano u Sizzano Riserva” b’“Sizzano fil-forom kollha tiegħu” fl-Artikoli 7 u 8. |
L-emendi jikkonċernaw l-Artikoli 2, 4, 5, 7 u 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
—
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Sizzano”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A1236-AM03 — 2.3.2026
1. Isem/Ismijiet
Sizzano
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Sizzano li fuqu jkollu t-terminu “Vigna”
Karatteristiċi organolettiċi
Kulur: aħmar lewn ir-rubin bi sfumaturi tal-granata
Riħa: tad-dwieli, karatteristika, bi ħjiliet sottili tal-vjola, delikata u pjaċevoli
Togħma: xotta, mimlija benna, armonjuża
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %
Estratt minimu ħieles miz-zokkor: 20,0 g/l
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Sizzano Riserva li fuqu jkollu t-terminu “Vigna”
Karatteristiċi organolettiċi
Kulur: aħmar lewn ir-rubin bi sfumaturi tal-granata
Riħa: tad-dwieli, karatteristika, bi ħjiliet tal-vjola, delikata u pjaċevoli
Togħma: xotta, milija benna, armonjuża, b’togħma kemxejn morra li tibqa’ fil-ħalq
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %
Estratt minimu ħieles miz-zokkor: 20,0 g/l
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir(u) l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
—
Mhux applikabbli
7.2. Rendimenti massimi
Sizzano
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
9 000 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Sizzano Riserva li fuqu jkollu t-terminu “Vigna”
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
8 100 |
|
Rendiment massimu għal kull unità: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Nebbiolo N - Spanna |
|
— |
Uva Rara N |
|
— |
Vespolina N - Ughetta |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed Sizzano u Sizzano Riserva jrid jiġi prodott fid-distrett amministrattiv muniċipali ta’ Sizzano.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
A)
Id-DOP Sizzano tinsab fil-fruntieri ma’ Valsesia, qrib Monte Rosa, b’Monte Fenera lejn it-Tramuntana u l-Lagi Maggiore u Cusio lejn il-Majjistral.
Sizzano, li qabel kien jismu Sitianum kif ukoll Siccianum, jinsab fil-bażi ta’ 12-il għolja, u jxaqleb ’l isfel lejn ix-xmara Sesia. Il-lokalità tinsab fit-triq li twassal għal Valsesia, 22 kilometru minn Novara.
L-oriġini tal-isem xejn ma hija ċerta. Huwa maħsub li l-isem huwa derivazzjoni mill-isem Sittius.
Is-sistemi adottati tat-tkabbir tad-dwieli nbidlu maż-żmien, u tul is-sekli ġew ipperfezzjonati l-kultivazzjoni u l-kwalità tal-vinji. L-esperjenza akkumulata tul is-snin irfinat it-teknika tal-kultivazzjoni, u ottimizzat ir-rendiment tal-vinji fiż-żona tad-DOP, billi nkisbu livelli ta’ zokkor tajbin, aromi intensi u żvilupp eċċellenti maż-żmien.
B)
Id-dwieli ta’ Sizzano jitkabbru fuq in-naħa tal-Lvant tal-wied ta’ Sesia. Iż-żona, magħmula minn morena (moraine) twila mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, hija promontorju prinċipalment tafli maqsum f’żewġ strippi bl-għoljiet.
Hemm tipi ta’ ħamrija iktar fil-fond u iktar taflin lejn iż-żoni ogħla tal-għoljiet, u tipi ta’ ħamrija iktar ġeblin u laxki tul ix-xaqlibiet iktar fil-Punent li jinżlu lejn il-qiegħ tal-wied.
F’termini ġeoloġiċi, dawn huma depożiti fluvjoglaċjali ffurmati matul it-tidwib ta’ fronti ġlaċjali. Dawn huma komposti minn materjali inizjalment ittrasportati mill-glaċieri, u sussegwentament inġibdu lura u ġew ippopolati mill-korsiji tal-ilma forniti mit-tidwib tal-ġlaċieri nfushom.
Għal dawn ir-raġunijiet, dawn għandhom il-karatteristiċi tipiċi ta’ depożiti alluvjali: daqsijiet tal-partikoli differenti, frammenti klastiċi llixxati u grad ta’ alterazzjoni li jiddependi miż-żmien tad-depożitu).
B’mod speċifiku, id-depożitu ta’ Sizzano jikkonsisti minn żrar aħmar-kannella u ċagħaq miksi b’ħamrija Paleolitika taflija ħamra-kannella, bi rqajja’ okkażjonali ta’ ċagħaq tas-silikat alterat. Iċ-ċagħaq ġej mill-istruttura alpina li tifforma l-katina muntanjuża ta’ Monte Rosa u x-xaqlibiet tal-wied ta’ Sesia b’mod ġenerali, u ġarrab erożjoni u ġie ttrasportat fuq medda ta’ mijiet ta’ eluf ta’ snin permezz tal-forza tal-ilmijiet tax-xmara Sesia.
Pekuljarità taż-żona koperta mid-denominazzjoni hija li għandha tipi ta’ ħamrija li jvarjaw minn subaċidużi għal aċidużi ħafna, minħabba l-livelli baxxi ħafna ta’ ġebla tal-ġir.
Barra minn hekk, l-irjieħ kesħin li jonfħu minn fuq Monte Rosa u l-Alpi joħolqu varjazzjonijiet termali bejn binhar u billejl. Dawn jgħinu sabiex jiżviluppaw profili aromatiċi uniċi, li jvarjaw minn ħxejjex aromatiċi mediċinali għal ħwawar, u jagħtu lill-inbejjed tad-denominazzjoni struttura kumplessa b’livell għoli ta’ minerali.
Il-karatteristiċi sensorji deskritti jintgħarfu b’mod ċar u huma attribwiti esklużivament għal din iż-żona ta’ produzzjoni.
C)
Fi żminijiet moderni, l-inbejjed ta’ Sizzano jafu r-reputazzjoni tagħhom lill-istatista l-kbir mill-Piemonte Camillo Benso, il-Konti Cavour, li kien is-sid ta’ żoni vasti ta’ raba’. Madanakollu, l-inbid diġà kien ammirat fiż-żminijiet Rinaxximentali u meqjus ta’ kwalità għolja.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
—
Mhux applikabbli
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/24148
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2816/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)