31997R1059



Official Journal L 154 , 12/06/1997 P. 0026 - 0027


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1059/97

tal-11 ta' Ġunju 1997

li jaġġusta l-qabda kwantità massima ta' sajd annwali għall-ċerti żoni ta' sajd.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/95 tal-15 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi sistema ta' ġestjoni tal-qabda ta' ħut li għandu x'jaqsam ma' ċerti żoni u riżorsi ta' sajd fil-Komunità [1], u b'mod partikolari it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2027/95 jipprovdi li l-Kummisjoni, fuq talba ta' Stat Membru, għandha tieħu l-passi neċessarji biex dak l-iStat Membru partikolari jkun jista' jistad il-kwoti tiegħu, skond kif imniżżel fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-ġestjoni ta' l-ammont ta' sajd li għandu x'jaqsam ma' ċerti żoni u riżorsi ta' sajd fil-Komunità [2];

Billi l-Olanda talbet lill-Kummisjoni biex taġġusta il-qabda massima annwali li l-bċejjeċ tal-baħar tagħha setgħu jagħmlu figward ċerti kwoti allokati għaliha b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 390/97 ta' l-20 ta' Diċembru 1996 li jiffissa għal ċerti riżervi ta' ħut it-total ta' qbid permess għas-sena 1997 u ta' ċerti kondizzjonijiet dwar kif għandhom jiġu maqbuda [3], skond kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 711/97 [4];

Billi dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament sabiex jippermetti l-Olanda tistad skond il-kwota tagħha;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-qabda massima annwali ta' ħut għar-Renju ta' l-Olanda fil-kaz ta' speċi ta' ħut tal-qiegħ li biex jinqabdu jintuża xbiek miġbud, kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2027/95, huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda jgħodd mid-9 ta' Ġunju 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Emma Bonino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 199, ta' l-24.8.1995, p. 1.

[2] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5.

[3] ĠU L 66, tas-6.3.1997, p. 1.

[4] ĠU L 106, ta' l-24.4.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------