|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5349 |
2.9.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3), flimkien mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(C/2024/5349)
Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, jistgħu jippreżentaw, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), proċedura ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
“Süd-Oststeiermark”
PDO-AT-A0226-AM01
Data tal-applikazzjoni: 21.2.2020
1. Applikant u interess leġittimu
Kumitat Reġjonali tal-Inbid ta’ Styria
Il-Kumitat Reġjonali tal-Inbid ta’ Styria jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-inbejjed DAC fi Styria.
2. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
|
☒ |
Isem il-prodott |
|
☐ |
Kategorija tal-prodott tad-dwieli |
|
☐ |
Rabta |
|
☐ |
Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni |
3. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
3.1. Bidla fl-isem mid-DOP “Süd-Oststeiermark” għal “Vulkanland Steiermark” DOP
L-għan tal-bidla fl-isem minn “Süd-Oststeiermark” għal “Vulkanland Steiermark” huwa biex tiġi espressa aħjar in-natura tal-provenjenza tal-inbejjed. Ix-Xlokk ta’ Styria huwa ta’ oriġini vulkanika u l-ħamrija wkoll hija vulkanika. Il-bidla fl-isem hija għaldaqstant maħsuba biex tirrifletti aħjar il-kundizzjonijiet naturali u tagħmilhom aktar ċari u jinftiehmu aktar mill-konsumaturi.
Din l-emenda taffettwa l-intestatura lit. a) fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 1 tad-Dokument Uniku.
3.2. Rendiment massimu għal kull ettaru
Ir-rendiment massimu għal kull ettaru kien ta’ 9 000 kg qabel il-ħsad tal-2020 u minn dak iż-żmien ’l hawn kien ta’ 10 000 kg. Din l-emenda tikkorrispondi għal bidla ġenerali fir-rendiment massimu għal kull ettaru fl-Awstrija.
Din l-emenda taffettwa l-intestatura lit. e) fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 5 tad-Dokument Uniku.
3.3. Varjetajiet tad-dwieli
Fil-kuntest tal-bidla fl-isem, ir-rekwiżiti dwar il-varjetajiet tad-dwieli saru aktar stretti. Il-varjetajiet kollha tad-dwieli awtorizzati fl-Awstrija għall-produzzjoni ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità) kienu permessi għad-DOP Süd-OstSteiermark mingħajr restrizzjoni. Bl-istabbiliment tad-DOP Vulkanland Steiermark, il-lista tal-varjetajiet tad-dwieli possibbli hija limitata għal dawk tipiċi taż-żona ta’ provenjenza (Welschriesling, Weißburgunder, Morillon, Grauburgunder, Riesling, Gelber Muskateller, Sauvignon Blanc, Traminer, u taħlitiet tagħhom).
Din l-emenda taffettwa l-intestatura lit. f) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 7 tad-Dokument Uniku.
3.4. Tikkettar
Sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mill-karattru speċifiku tal-inbejjed bid-DOP Vulkanland Steiermark il-ġdida, id-denominazzjoni tradizzjonali “DAC” jew “Districtus Austriae Controllatus” trid tidher fuq l-inbejjed kollha.
Din l-emenda taffettwa l-intestatura lit. h) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 9 tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
“Vulkanland Steiermark”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
DOP Vulkanland Steiermark
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Iż-żona tad-DOP Vulkanland Steiermark tipproduċi biss inbejjed bojod tal-varjetajiet tad-dwieli Welschriesling, Weißburgunder, Morillon, Grauburgunder, Riesling, Gelber Muskateller, Sauvignon Blanc, Traminer u taħlitiet tagħhom.
Dehra viżiva: Ċari u jleqqu, l-inbejjed ivarjaw minn isfar ċar lewn it-tiben għal isfar fl-aħdar.
Riħa: L-inbejjed prodotti mill-varjetajiet Burgunder huma distinti b’mod partikolari b’aromi ta’ ħxejjex aromatiċi u ħwawar (ħabaq, imsiemer tal-qronfol, nagħniegħ, noċemuskata). L-inbejjed għandhom ukoll aroma minerali karatteristika, li hija deskritta bħala riħa ta’ ġebel umduż.
Togħma: Il-profil tat-togħma huwa ddefinit b’togħmiet aċidużi: tuffieħ isfar, sfarġel u, fil-finitura, ħjiel ta’ ċitru.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,0 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9,0 |
|
Aċidità totali minima |
4,0 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
|
a. |
Prattiki enoloġiċi speċifiċi - |
|
b. |
Rendimenti massimi għal kull ettaru DOP Vulkanland Steiermark 10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Id-denominazzjoni tal-oriġini Vulkanland Steiermark tkopri d-distretti politiċi ta’ Süd-Oststeiermark, Hartberg/Fürstenfeld u Weiz u l-muniċipalitajiet fid-distrett ta’ Leibnitz li jinsabu fuq ix-xatt tax-xellug tal-Mur (Strass in Steiermark, St. Veit in der Südsteiermark, Allerheiligen bei Wildon, St. Georgen an der Stiefing, Gabersdorf, Schwarzautal and Heiligenkreuz am Wasen).
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Chardonnay – Morillon
Grauer Burgunder – Pinot Gris
Grauer Burgunder – Ruländer
Muskateller – Gelber Muskateller
Sauvignon Blanc
Traminer – Gelber Traminer
Traminer – Gewürztraminer
Weißer Burgunder – Weißburgunder
Weißer Riesling – Riesling
Welschriesling
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
DOP Vulkanland Steiermark
Klima: Iż-żona tal-vitikultura tad-DOP Vulkanland Steiermark hija kkaratterizzata mit-tranżizzjoni mill-klima Pannonjana sħuna u niexfa għall-klima umda Mediterranja ta’ Illyria, b’differenza qawwija fit-temperatura bejn ġranet sħan u ljieli friski.
Ħamrija: Ħamrija vulkanika, ħamrija tal-bażalt u ħamrija ramlija u bit-trab ġulġlieni huma predominanti fiż-żona tal-vitikultura tad-DOP Vulkanland Steiermark.
Sommarju: Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija jagħtu lill-inbejjed l-aroma minerali tipika tagħhom (deskritta wkoll bħala l-aroma ta’ ġebel umduż). Id-differenza evidenti fit-temperatura bejn il-ġranet sħan u l-iljieli friski twassal biex il-glukożju prodott binhar jiġi ttrasformat f’sustanzi b’nota aċiduża billejl. Dan iwassal għat-togħma tipika tat-tuffieħ, tal-isfarġel u taċ-ċitru u, fil-każ tal-varjetajiet Burgunder, in-noti ta’ ħxejjex aromatiċi u ħwawar (eż. ħabaq, noċemuskata jew imsiemer tal-qronfol).
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Rekwiżit ta’ mmarkar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Sabiex il-konsumaturi jsiru konxji mill-karattru speċifiku tal-inbejjed bid-DOP Vulkanland Steiermark il-ġdida, id-denominazzjoni tradizzjonali “DAC” jew “Districtus Austriae Controllatus” trid tidher fuq l-inbejjed kollha.
Notifika għall-ibbottiljar ’il barra miż-żona demarkata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Ma tapplika l-ebda restrizzjoni ġeografika għall-ibbottiljar tal-inbejjed tad-DOP Vulkanland Steiermark. Fil-każ tal-ibbottiljar tal-inbejjed tad-DOP Vulkanland Steiermark barra miż-żona tat-tkabbir, il-Kumitat Reġjonali tal-Inbid ta’ Styria jrid jiġi nnotifikat għal skopijiet ta’ monitoraġġ.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5349/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)