Official Journal L 175 , 14/07/2000 P. 0067 - 0067
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2000 tat-13 Lulju 2000 li jistabbilixxi l-lista tal-varjetajiet ta’ Cannabis sativa L. eliġibbli għal għajnuna taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1405/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 3(6) ta’ l-istess Regolament, Billi: (1) L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jelenka l-Cannabis sativa L. fost il-prodotti li fuqhom l-għajnuna għall-produzzjoni titħallas għal żerriegħa bażika u ċertifikata. (2) L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru No 619/71 tat-22 Marzu 1971 li jistipula regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-kittien u l-qanneb [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1420/98 [4], jistipula li l-għajnuna għall-produzzjoni għandha tingħata biss fuq il-kittien maħsud wara l-formazzjoni taż-żerriegħa u mkabbar minn żerriegħa ċertifikata ta’ varjetajiet fuq lista li għandha tiġi mħejjija skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 tad-29 Ġunju 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-kittien u l-qanneb [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2702/1999 [6]. Għall-iskopijiet ta’ l-għoti tal-għajnuna għall-produzzjoni tal-kittien għas-snin tas-suq 1998/1999, 1999/2000 u 2000/2001, il-Kunsill speċifika li l-varjetajiet biss li jinstabu li jkun fihom kontenut ta’ THC li ma jaqbiżx il-0,3 % u, għal snin tas-suq sussegwenti, li ma jaqbiżx il-0,2 % għandhom jidhru fuq dik il-lista. (3) L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jirreferi għall-varjetajiet ta’ Cannabis sativa L. b’kontenut ta’ THC li ma jaqbiżx il-0,3 % għas-sena tas-suq 2000/2001 u li ma jaqbiżx il-0,2 % għas-snin tas-suq sussegwenti. (4) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi fil-Komunità kollha tar-regoli biex tingħata l-għajnuna, għandha tiġi stabbilita lista tal-varjetajiet differenti ta’ Cannabis sativa L. eliġibbli għal għajnuna taħt l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 u l-lista stipulata fl-Anness B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1164/89 tat-28 April 1989 li jistipula regoli dettaljati dwar l-għajnuna għal fibra tal-kittien u tal-qanneb [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1313/2000 [8] għandha tintuża għal dak l-iskop. (5) Il-miżuri li hemm ipprovdut dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għaż-żerriegħa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-varjetajiet ta’ Cannabis sativa L. eliġibbli għal għajnuna taħt l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness B tar-Regolament (KEE) Nru 1164/89. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 Lulju 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 17. [3] ĠU L 72, tas-26.3.1971, p. 2. [4] ĠU L 190, ta’ l-4.7.1998, p. 7. [5] ĠU L 146, ta’ l-4.7.1970, p. 1. [6] ĠU L 327, ta’ l-14.12.1999, p. 7. [7] ĠU L 121, tad-29.4.1989, p. 4. [8] ĠU L 148, tat-22.6.2000, p. 34. --------------------------------------------------