<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-1/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0001</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:478">EU:C:2018:478</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180621">21.6.2018</DATE> – Kawża C‑1/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Petronas Lubricants italy</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru°44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20(2)</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li timpjega li ġiet imħarrka quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih hija ddomiċiljata</KEYWORD><KEYWORD>Kontrotalba tal-persuna li timpjega</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑1/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte d’Appello di Torino (il-Qorti tal-Appell ta’ Torino, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170102">2 ta’ Jannar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Petronas Lubricants Italy SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Livio Guida,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur), D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Petronas Lubricants Italy SpA, minn L. Failla, G. Crespi u A. Valentini, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal L. Guida, minn U. Oliva u C. Germano, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Pucciariello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u F. Moro, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Livio Guida, iddomiċiljat fil-Polonja, u l-persuna li kienet timpjegah, il-kumpannija rregolata mid-dritt Taljan Petronas Lubricants Italy SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>PL Italy<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), stabbilita fl-Italja, dwar it-tkeċċija ta’ L. Guida minn din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 11, 12, 13 u 15 tar-Regolament Nru 44/2001 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>B’relazzjoni ma’ assigurazzjoni, kuntratti tal-konsumatur u impjieg, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa b’regoli ta’ ġurisdizzjoni l-aktar favorevoli għall-interessi tiegħu milli hemm provduti fir-regoli ġenerali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Fl-interessi tal-amministrazzjoni armoniżżata tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibiltà ta’ proċedimenti simultanji u biex ikun assigurat li ma jiġux mogħtija ġudizzji rrikonċiljabbli f’żewġ Stati Membri. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ċar u effettiv sabiex jiġu riżolti każijiet ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati, u biex jiġu eliminati problemi li jirriżultaw minn differenzi nazzjonali dwar id-determinazzjoni taż-żmien meta jiġi rreġistrat każ bħala pendenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dak iż-żmien għandu jiġi definit b’mod awtonomu.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-regolament, li jinsab fis-Sezzjoni 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ġurisdizzjoni Speċjali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> persuna ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>fuq kontro talba li toriġina mill-istess kuntratt dwar fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali, fil-qorti li fiha tkun pendenti t-talba oriġinali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Is-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II tal-imsemmi regolament, li tiġbor fiha l-Artikoli 18 sa 21 ta’ dan tal-aħħar, tipprovdi r-regoli dwar ġurisdizzjoni fil-każ ta’ kawżi dwar kuntratti individwali ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti individwali ta’ impjieg, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din is-Sezzjoni bla ħsara għall-Artikolu 4 u punt 5 tal-Artikolu 5.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Wieħed li jimpjega domiċiljat fi Stat Membru jista’ jiġi imfittex:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fil-qrati tal-Istat Membru fejn jkun domiċiljat, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fi Stat Membru ieħor:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fil-qrati tal-post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu jew fil-qrati ta’ l-aħħar post fejn kien jagħmel hekk, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk l-impjegat ma jkunx jew inkella ma kienx abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu f’pajjiż wieħed, fil-qrati tal-post fejn ikun jinstab in-negozju li kien jimpiega lill-impjegat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Wieħed li jimpjega jista’ jressaq proċedimenti biss fil-qrati ta’ l-Istat Membru fejn ikun domiċiljat l-impjegat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima m’għandhomx jinċidu fuq id-dritt ta’ kontrotalba fil-qorti li fiha, skond din it-Taqsima, tkun pendenti t-talba originali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Id-disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni jistgħu jitwarrbu biss bi ftehim dwar il-ġurisdizzjoni:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>li jkun seħħ wara li tkun qamet il-kwistjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>li jippermetti lill-impjegat li jressaq proċedimenti fi qrati apparti minn dawk indikati f’din is-sezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L. Guida kien ġie rreklutat fl-1982 minn PL Italy u fl-1996 kien ġie kkollokat mal-impriża assoċjata Pollakka Petronas Lubricants Poland sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>PL Poland<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), miżmuma 100 % minn PL Italy, u ħdanha huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali, bl-istatus ta’ direttur mis-sena 1998. Fl-2001, huwa kkonkluda kuntratt ta’ xogħol parallel għal żmien determinat ma’ PL Poland, suġġett għal-liġi Pollakka, li ġie estiż permezz ta’ diversi tiġdid ta’ kuntratti suċċessivi, u li d-data ta’ skadenza tal-aħħar kuntratt kienet it-<DATE ISO="20160430">30 ta’ April 2016</DATE>. Permezz ta’ żewġ ittri tas-17 u tad-<DATE ISO="20140429">29 ta’ April 2014</DATE>, ġew innotifikati lilu diversi lmenti dixxiplinarji. Huwa ġie akkużat, b’mod partikolari, li talab u kiseb, diversi drabi, minn PL Poland, ir-rimbors ta’ spejjeż għal allegati trasferimenti professjonali li, fir-realtà, kienu jirrigwardaw perijodi li matulhom huwa kien bil-leave, li qarraq bi PL Italy fir-rigward tal-likwidazzjoni tal-ammonti intiżi sabiex jiggarantixxu l-valur nett tar-remunerazzjoni rċevut fi zlotys Pollakki għas-snin 2012 u 2013, billi kkomunika lil din rat tal-kambju taż-zloty Pollakk u l-euro iktar favorevoli mir-rata tal-kambju uffiċjali, u li tħallas indebitament mingħand PL Poland, bi skadenza annwali, il-konċessjoni kumpensatorja għal leave mhux meħud bejn is-snin 2008 u l-2014.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20140528">28 ta’ Mejju 2014</DATE>, L. Guida tkeċċa minn PL Italy għal allegata ġusta kawża. Permezz ta’ ittra oħra tal-istess jum, ġiet ikkomunikata lilu t-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol ma’ PL Poland.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>, L. Guida ħarrek lil PL Italy quddiem it-Tribunale di Torino (il-Qorti Distrettwali ta’ Torino, l-Italja), billi talab li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu bħala mhux iġġustifikata u, fi kwalunkwe każ, bħala illegali, u li tikkundanna lill-PL Italy għall-ħlas tal-kumpens previst skont id-dritt Taljan kif ukoll kumpens għad-dannu morali subit minħabba n-natura dannuża tat-tkeċċija tiegħu. Għal dan il-għan, L. Guida sostna li l-ilmenti ta’ natura dixxiplinarja miġjuba kontra tiegħu kienu tardivi u ġeneriċi u li l-fatti li ġie akkużat bihom ma kinux seħħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20141205">5 ta’ Diċembru 2014</DATE>, PL Italy dehret fil-proċedura quddiem il-qorti u talbet iċ-ċaħda tat-talbiet ta’ L. Guida. Permezz ta’ kontrotalba, din il-kumpannija talbet li L. Guida jiġi kkundannat għar-restituzzjoni tas-somma ta’ EUR 143 816.29 rċevuti indebitament bħala rimbors ta’ spejjeż għal trasferimenti, allowances ta’ kumpens għal leave mhux meħud u pagamenti żejda minħabba l-applikazzjoni tar-rata ta’ kambju żbaljata bejn iż-zloty Pollakk u l-euro, billi speċifikat li PL Poland kienet ittrasferietlu dawn il-krediti permezz ta’ att tat-<DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L. Guida sostna li, skont l-Artikolu 20(1) u (2) u tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 44/2001, il-qorti Taljana ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kontrotalba ta’ PL Italy.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza ppubblikata fl-<DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE>, it-Tribunale di Torino (il-Qorti Distrettwali ta’ Torino) ikkundannat lil PL Italy tħallas lil L. Guida s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> bħala kumpens għad-danni morali minħabba n-natura dannuża tat-tkeċċija, ċaħdet ir-rikors rigward il-kumplament u ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-kontrotalba ta’ PL Italy, għall-benefiċċju tal-qrati Pollakki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti kkonstatat li L. Guida kien wera, bil-provi prodotti insostenn, li kien iddomiċiljat fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu hija qieset li, għalkemm l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jipprevedi deroga mill-obbligu, għall-persuni li jimpjegaw, li jressqu azzjonijiet kontra l-impjegati tagħhom fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dawn tal-aħħar ikunu ddomiċiljati, din id-deroga hija applikabli biss meta l-persuna li timpjega jkollha l-intenzjoni tirrivendika krediti mnissla fl-isfera legali tagħha, iżda min-naħa l-oħra ma hijiex applikabbli meta l-persuna li timpjega tirrivendika krediti li ma kinux tagħha mill-bidu u li tkun akkwistathom sussegwentement permezz ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>PL Italy appellat minn din is-sentenza quddiem il-Corte d’Appello di Torino (il-Qorti tal-Appell ta’ Torino, l-Italja), il-qorti tar-rinviju, fejn talbet l-annullament tal-kundanna għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali kif ukoll il-konferma tal-kontrotalba tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi jekk, fir-rigward tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001, huwiex possibbli għall-persuna li timpjega ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li tkun ġiet imħarrka minn ex impjegat tagħha quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun iddomiċiljata, konformement mal-Artikolu 19 ta’ dan ir-regolament, li tressaq kontrotalba fil-konfront tal-ħaddiem quddiem l-istess qorti adita bil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-każ li possibbiltà bħal din tista’ tiġi dedotta mill-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk din id-dispożizzjoni tikkonferixxix ġurisdizzjoni lill-qorti adita bit-talba prinċipali wkoll fil-każ fejn, minn naħa, il-kontrotalba mressqa mill-persuna li timpjega jkollha bħala suġġett kreditu mogħti minn persuna oħra, li tkun, skont kuntratt ta’ xogħol parallel, ukoll il-persuna li timpjega tal-impjegat, u, min-naħa l-oħra, il-kontrotalba tkun ibbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu konkluż bejn il-persuna li timpjega mħarrka u l-proprjetarju inizjali tal-kreditu f’data wara l-preżentata tat-talba prinċipali mill-impjegat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Corte d’Appello di Torino (il-Qorti tal-Appell ta’ Torino) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jagħti l-possibbiltà lil persuna li timpjega ddomiċiljata fit-territorju ta’ [Stat Membru], li ġiet imħarrka minn ex impjegat tagħha quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun iddomiċiljata (konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament), li tressaq kontrotalba fil-konfront tal-ħaddiem quddiem l-istess qorti adita bil-kawża prinċipali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jagħti ġurisdizzjoni lill-qorti adita bil-kawża prinċipali anki fil-każ li l-kontrotalba mressqa mill-persuna li timpjega ma tirrigwardax kreditu li oriġinarjament kien tal-istess persuna li timpjega, iżda tirrigwarda kreditu li oriġinarjament kien ta’ persuna oħra (li fl-istess ħin, hija l-persuna li timpjega dan l-istess ħaddiem bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol parallel) u fejn il-kontrotalba hija bbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu, konkluż bejn il-persuna li timpjega u l-persuna li oriġinarjament kienet detentriċi tal-kreditu, f’data sussegwenti għat-tressiq tal-kawża prinċipali mill-ħaddiem?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi lill-persuna li timpjega d-dritt li tressaq, quddiem il-qorti adita b’mod regolari bit-talba prinċipali mressqa minn ħaddiem, kontrotalba bbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu konkluż bejn il-persuna li timpjega u d-detentur inizjali tal-kreditu f’data sussegwenti għat-tressiq ta’ din it-talba prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minn naħa, għall-kawżi relatati mal-kuntratti ta’ xogħol, is-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001 tistabbilixxi serje ta’ regoli li, kif jirriżulta mill-premessa 13 ta’ dan ir-regolament, għandhom l-għan li jipproteġu lill-parti kontraenti l-iktar dgħajfa permezz ta’ regoli dwar il-ġurisdizzjoni l-iktar favorevoli għall-interessi ta’ din il-parti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Nogueira <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/16 u C‑169/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:688">EU:C:2017:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn ir-regoli jippermettu lill-ħaddiem li jħarrek lill-persuna li timpjegah quddiem il-qorti li jikkunsidra bħala l-iktar qrib għall-interessi tiegħu, fejn tiġi rrikonoxxuta l-possibbiltà tiegħu li jaġixxi quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun iddomiċiljata l-persuna li timpjega jew quddiem il-qorti tal-post li fih il-ħaddiem iwettaq abitwalment il-ħidma tiegħu, jew, meta dan ix-xogħol ma jitwettaqx fl-istess pajjiż, quddiem il-qorti tal-post fejn jinsab l-istabbiliment tal-persuna li timpjegah. Id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija sezzjoni jillimitaw ukoll il-possibbiltà ta’ għażla tal-ġurisdizzjoni minn persuna li timpjega li taġixxi kontra l-impjegat kif ukoll il-possibbiltà li ssir eċċezzjoni għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti mill-imsemmi regolament (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Nogueira <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/16 u C‑169/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:688">EU:C:2017:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fis-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001 huma ta’ natura mhux biss speċjali, iżda wkoll eżawrjenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Nogueira <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/16 u C‑169/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:688">EU:C:2017:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontrotalbiet, ir-regola prevista fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 44/2001 ġiet inkorporata fl-Artikolu 20(2) tal-imsemmi regolament (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Glaxosmithkline u Laboratoires Glaxosmithkline</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑462/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:299">EU:C:2008:299</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, mill-kliem stess tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li l-invokazzjoni, mill-ħaddiem, tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni iktar favorevoli għall-interessi tiegħu ma għandux jaffettwa d-dritt li titressaq kontrotalba quddiem il-qorti adita bit-talba prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sakemm l-għażla, għall-ħaddiem, tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex teżamina t-talba tiegħu tiġi rrispettata, l-għan li jiġi privileġġat dan il-ħaddiem ikun intlaħaq u ma hemmx lok li tiġi llimitata l-possibbiltà li tiġi eżaminata din it-talba flimkien mal-kontrotalba fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kontrotalba<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li ma huwiex iddefinit mill-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001, fir-rigward ta’ dak li tfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kontrotalba<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li jinsab fl-Artikolu 6(3) kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li l-forum speċjali tal-kontrotalba jagħmilha possibbli lill-partijiet sabiex dawn iħallu l-pretensjonijiet reċiproċi tagħhom, li għandhom oriġini komuni, jiġu deċiżi fl-istess proċedura u quddiem l-istess qorti. B’dan il-mod jiġu evitati proċeduri superfluwi u multipli (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kostanjevec</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:763">EU:C:2016:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Tali oriġini komuni tat-talba prinċipali u l-kontrotalba tista’ tinsab f’kuntratt jew, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, f’sitwazzjoni fattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li L. Guida kien ikkonkluda kuntratt ta’ xogħol ma’ PL Italy, proprjetarja 100 % ta’ PL Poland, qabel ma kkonkluda kuntratt ta’ xogħol speċifiku <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>parallel<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> magħha, li fuqu PL Italy ibbażat il-kontrotalba tagħha. Anki jekk il-proċedura mibdija minn L. Guida tirrigwarda l-kuntratt inizjali, it-tkeċċija tiegħu minn PL Italy, li L. Guida qed jikkontesta f’din il-proċedura, għandha bħala oriġini l-istess fatti bħal dawk li fuqha hija bbażata l-kontrotalba mressqa minn PL Italy.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawn, għandu jitqies li l-pretensjonijiet reċiproċi ta’ L. Guida u ta’ PL Italy għandhom oriġini komuni, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 29 ta’ din is-sentenza u li, għaldaqstant, il-qorti adita bit-talba prinċipali għandha l-ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-qorti li quddiemha tressqet it-talba prinċipali mressqa mill-ħaddiem ma hijiex magħrufa bil-quddiem mill-persuna li timpjega, ma jistax ikun rilevanti li din ma akkwistatx il-krediti li fuqhom hija bbażata l-kontrotalba wara li ġiet adita din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkonferixxi lill-persuna li timpjega d-dritt li tressaq, quddiem il-qorti adita b’mod regolari bit-talba prinċipali mressqa minn ħaddiem, kontrotalba bbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu konkluż bejn il-persuna li timpjega u d-detentur inizjali tal-kreditu f’data sussegwenti għat-tressiq tat-talba oriġinali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkonferixxi lill-persuna li timpjega d-dritt li tressaq, quddiem il-qorti adita b’mod regolari bit-talba prinċipali mressqa<?PAGE NO="7"?> minn ħaddiem, kontrotalba bbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu konkluż bejn il-persuna li timpjega u d-detentur inizjali tal-kreditu f’data sussegwenti għat-tressiq tat-talba oriġinali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>