31978R0850



Official Journal L 116 , 28/04/1978 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0111
Greek special edition: Chapter 11 Volume 9 P. 0196
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0111
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0004
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 8 P. 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 850/78

tal-14 ta' April 1978

li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri li jemendaw Anness A tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri li jemendaw l-Anness A tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera [1] għandu jkun konkluż,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri li jemendaw Anness A tal-Protokoll tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim biex b'hekk torbot lill-Komunità.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' April 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dalsager

[1] ĠU L 300, 31.12.72, p. 189.

--------------------------------------------------

FTEHIM

f'forma ta' skambju ta' ittri li jemendaw l-Anness A tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera

Ittra Nru 1

Brussel, …

L-Eċċellenza Tiegħek,

Permezz ta' l-arranġamenti transitorji li hemm provvediment dwarhom fil-Protokoll 1 tal-Ftehim tal-Kummerċ Liberu bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li jiftaħ il-kwoti tat-tariffa mingħajr dazju kull sena għal ċerti prodotti li jidħlu taħt il-Kapitolu 48 elenkat f'Anness A tal-Protokoll 1.

L-Isvizzera talbet li dawk il-kwoti jkunu mibdula bi kwota waħda.

Ir-Renju Unit u l-awtoritajiet Svizzeri kkonkludew mid-diskussjonijiet tekniċi tagħhom li l-esportazzjoni Svizzeri tal-prodotti tal-Kapitolu 48 jistgħu jkunu koperti b'tariffa ta' kwota waħda, li tkun tagħqida tal-livelli tal-kwoti għad-disa' intestaturi preżenti.

Ir-regola dwar iż-żieda permissibli fis-sena ta' 5 % tibqa' applikabbli għall-kwota waħda.

Il-Komunità għalhekk tikkunsidra li, skond Artikolu 1(4) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, id-disa' kwoti inizjali ta' mingħajr dazju li r-Renju Unit kien intitolat li jiftaħ dwar l-Isvizzera fl-1974 għal ċerti prodotti li jidħlu taħt il-Kapitolu 48 elenkati fil-kolonna tar-Renju Unit ta' Anness A ta' l-imsemmi Protokoll għandhom jinbidlu bi kwota waħda. Bħala konsegwenza, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 1(4) tal-Protokoll 1, il-kwota li r-Renju Unit huwa intitolat li jiftaħ għall-1978 hija waħda ta' 2834 tunnellata.

Inkunlek grat jekk int tikkonferma l-ftehim tal-Gvern tiegħek mal-kontenut ta' din l-ittra.

Nitolbok taċċetta, l-Eċċellenza Tiegħek, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Ittra Nru 2

Brussel,…

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tal-llum, li taqra kif ġej:

"Permezz ta' l-arranġamenti transitorji li hemm provvediment dwarhom fil-Protokoll 1 tal-Ftehim tal-Kummerċ Liberu bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972, ir-Renju Unit huwa awtorizzat li jiftaħ il-kwoti tat-tariffa mingħajr dazju kull sena għal ċerti prodotti li jidħlu taħt il-Kapitolu 48 elenkat f'Anness A tal-Protokoll 1.

L-Isvizzera talbet li dawk il-kwoti jkunu mibdula bi kwota waħda.

Ir-Renju Unit u l-awtoritajiet Svizzeri kkonkludew mid-diskussjonijiet tekniċi tagħhom li l-esportazzjoni Svizzeri tal-prodotti tal-Kapitolu 48 jistgħu jkunu koperti b'tariffa ta' kwota waħda, li tkun tagħqida tal-livelli tal-kwoti għad-disa' intestaturi preżenti.

Ir-regola dwar iż-żieda permissibli fis-sena ta' 5 % tibqa' applikabbli għall-kwota waħda.

Il-Komunità għalhekk tikkunsidra li, skond Artikolu 1(4) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, id-disa' kwoti inizjali ta' mingħajr dazju li r-Renju Unit kien intitolat li jiftaħ dwar l-Isvizzera fl-1974 għal ċerti prodotti li jidħlu taħt il-Kapitolu 48 elenkati fil-kolonna tar-Renju Unit ta' Anness A ta' l-imsemmi Protokoll għandhom jinbidlu bi kwota waħda. Bħala konsegwenza, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 1(4) tal-Protokoll 1, il-kwota li r-Renju Unit huwa intitolat li jiftaħ għall-1978 hija waħda ta' 2834 tunnellata.

Inkunlek grat jekk int tikkonferma l-ftehim tal-Gvern tiegħek mal-kontenut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Konfederazzjoni Svizzera.

--------------------------------------------------