Official Journal L 038 , 13/02/2003 P. 0044 - 0045
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġustja l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru149/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 [1]. (2) Id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2002 dwar l-ożonu fl-arja ambjentali [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 21af (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/839/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim: "21ag. 32002 L 0003: Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2002 dwar l-ozonu fl-arja ambjentali (ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 14)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2002/3/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Diċembru ta' l-2002, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ngħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. [3] Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 19, tat-23.1.2003, p. 21. [2] ĠU L 67, tad-9.3.2002, p. 14. [3] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali huma indikati. --------------------------------------------------