European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4347

3.7.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11610 — APOLLO / PANASONIC AUTOMOTIVE SYSTEMS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4347)

1.   

Fil-21 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Apollo Management, LP (“Apollo”, l-Istati Uniti),

—

Panasonic Automotive Systems Co., Ltd. (“Panasonic Automotive Systems”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Panasonic Holdings Corporation (il-Ġappun).

Apollo se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Panasonic Automotive Systems kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Apollo hija maniġer tal-assi alternattivi globali u fornitur tas-servizzi tal-irtirar, attiva fost oħrajn fin-negozji kimiċi, tal-isptar, tas-sigurtà, tal-assigurazzjoni, tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli,

—

Panasonic Automotive Systems hija attiva fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ globali ta’ soluzzjonijiet awtomobilistiċi avvanzati, inklużi b’mod partikolari s-sistemi integrati tal-kabina tal-pilota u l-elettronika tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11610 – APOLLO / PANASONIC AUTOMOTIVE SYSTEMS

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4347/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)