21.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ April 2023

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

(BĊE/2023/10)

(2023/C 138/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, Mazars Réviseurs d’Entreprises/Mazars Bedrijfsrevisoren SCRL/CVBA, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(3)

In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għażlu lil KPMG Bedrijfsrevisoren/KPMG Réviseurs d’Entreprises BV/SRL bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2028,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li KPMG Bedrijfsrevisoren/KPMG Réviseurs d’Entreprises BV/SRL għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għas-snin finanzjarji 2023 sa 2028.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 13 ta’ April 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE