2002R2304 — MT — 05.12.2007 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1424/2007

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2304/2002 li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji ta’ barra mal-Komunità Ewropea u li jalloka l-ammonti indikattivi taħt l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp

(ĠU L 348, 21.12.2002, p.82)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1424/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

  L 317

38

5.12.2007




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2304/2002

tal-20 ta’ Diċembru 2002

li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/822/KE fuq l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji ta’ barra mal-Komunità’ Ewropea (Id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ta’ Barra)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea,

Wara li kkonsidraw Kunsill Decision 2001/822/EC ( 1 ), and in particular l-Artikolu 23 thereof,

Wara li kkonsidraw il-ftehim intern bejn rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqaw ġewwa l-Kunsill, fuq il-Finanzjar u l-Amministrazzjoni ta’ l-għajnuna mogħtija mill-Komunità’ taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-iftehim ta’ sħubija bejn l-istati Afrikani, dawk tal-Karibew u dawk tal-Paċifiku u l-Komunità’ Ewropea u l-Istati Membri tagħha li ġie ffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finazjarja fuq il-pajjiżi u t-territorji ta’ barra ta’ liema r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE tapplika ( 2 ),

Wara li kkonsidraw ir-Regolament tal-Kunsill fuq Regolament Finanzjarju għall-fond Ewropew għall-Iżvilupp ( 3 ) (Ir-Regolament Finanzjarju ta’ l-EDF),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2001/822/KE (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ta’ barra) titlob li l-Kummissjoni tadotta disposizzjonijiet li jimplimentaw dwar Parti III u l-Annessi II(A) sa (D) b’koperazzjoni mal-pajjiżi u t-territorji ta’ barra (OCT) fi ħdan il-kwadru tal-proċedura ta’ l-isħubija. B’mod partikolari, l-Artikolu 4 jgħid li l-OCT jeħtieġ li jkollha responsabbilita’ primarja għall-preparazzjoni ta’ Single Programming Documents (SPD) (jew dokumenti ta’ programmar waħdieni) u programmi ta’ koperazzjoni.

(2)

Id-disposizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skond l-artikolu 23 tad-deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ta’ Barra jeħtieġ li jkunu konsistenti mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja xierqa, ta’ sħubija, ta’ komplimentużita’ u ta’ sussidjarita’ u li jassiguraw il-pussess mill-OCT tal-proċess ta’ l-iżvilupp kif ukoll sorveljanza adegwata u kontroll tal-kontijiet mill-istess OCT u l-Kummissjoni.

(3)

Wara li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi, il-kapaċitajiet u r-restrizzjonijiet tal-OCT, assistenza finanzjarja teħtieġ li tiġi mogħtija lill-OCT bħala appoġġ għall-budget, sakemm l-amministrazzjoni ta’ l-OCT tan-nefqa pubblika tippreżenta biżżejjed trasparenza, kontabbilita’ u effiċjenza. Barra minn hekk, l-proċeduri ta’ l-akkwisti pubbliċi għandhom ikunu konformi ma’ l-istandards tar-Regolament Finanzjarju tal-EDF fir-rigward ta’ trasparenza u ftuħ. Bħala alternattiva għall-appoġġ għall-budget, assistenza finanzjarja tista’ tiġi provvduta bħala apoġġ għal proġett u programmi meta din hija meqjusa biex tassigura implimentazzjoni li hija aktar effettiva u sikura.

(4)

Id-Disposizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għall-preparazzjoni tal-iSPD, il-follow-up tagħha, il-verifika, l-evalwazzjoni, r-reviżjoni u l-implimentazzjoni, kif ukoll għar-rappurtaġġ u l-korrezzjonijiet Finanzjarji. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom ikopru il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f’dawk l-attivitajiet. Bla ħsara għal kwalunkwe adattament neċessarju għas-sitwazzjoni speċifika tal-OCT, jeħtieġ li jkunu konsistenti ma’ dawk korrispondenti fil-kuntest tal-Fondi Strutturali, sabiex ikabbru u jiffaċilitaw l-effettivita’ tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Sabiex tiffaċilita l-koperazzjoni reġjonali u l-integrazzjoni bejn l-OCT u l-pajjiżi ACP, bħala prinċipju regoli identiċi jeħtieġ li jiġu applikati. Madankollu, wara li tiġi meqjusa s-sitwazzjoni ġeografika ta’ ċerti OCT, li fil-prattika ma jistgħux jistabbilixxu koperazzjoni viċina mal-pajjiċi ACP jew OCT oħra, għandha tkun hemm ukoll il-possibilita’ li tiġi provduta b’fondi reġjonali li għandhom jiġu allokati fuq it-talba ta’ OCT waħda biss.

(6)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament kienu soġġetti għall-konsultazzjoni ma’ l-OCTs.

(7)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-EDF-OCT li ġie stabbilit mill-Artikolu 24 tad-DEĊIŻJONI dwar l-Assoċjazzjoni ta’ Barra

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



PARTI 1

IL-MATERJA TAS-SUĠĠETT U L-PRINĊIPJI

▼M1

Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri għall-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja lill-pajjiżi u territorji ta’ barra (OCTs) amministrata mill-Kummissjoni taħt l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija u r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.

▼B

Artikolu 2

Il-komplimentużita’ u l-Isħubija

1.  L-ipprogrammar, l-implimentazzjoni,s-sorveljanza u l-evalwazzjoni ta’ l-appoġġ tal-EDF għandhom jiġu magħmula taħt konsultazzjoni viċina bejn l-OCT, l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni.

2.  L-OCT għandha tassigura li l-atturi kollha tal-koperazzjoni li huma mniżżla fil-lista ta’ l-Artikolu 5(1), t-tieni u t-tielet inċiż tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ta’ Barra huma adegwatament kkonsultati matul il-proċess ta’ l-ipprogrammar.

3.  L-OCT, l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu il-kordinazzjoni u l-konsistenza bejn iż-żewġ miżuri meħuda skond dan ir-Regolament, il-miżuri meħuda ma’ kontribuzzjonijiet mill-budget tal-Kommunita’, u l-operazzjonijiet meħuda mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, minn istituzzjonijiet internazzjonali oħra u mill-Istati Membri kkonċernati.



PARTI II

GĦAJNUNA LI HIJA PROGRAMMATA U GĦAJNUNA LI M’HIJIEX IPPROGRAMATA



KAPITOLU 1

Għajnuna programmata

▼M1

Artikolu 3

L-ipprogrammar territorjali

Operazzjonijiet finanzjati minn għajnuna li ma titħallasx lura taħt l-għaxar EDF fil-qafas tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija għandhom jiġu pprogrammati mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-għaxar EDF permezz ta’ l-adozzjoni ta’ SPD skond il-mudell fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Il-preparazzjoni ta’ l-SPD

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-OCT għandhom jippreparaw proposta għall-SPD wara konsultazzjonijiet ma’ l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ persuni interessati fil-proċess ta’ l-iżvilupp, u għandhom jimxu fuq l-esperjenzi miksuba u l-aħjar prattiki.

Kull proposta għal SPD għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet u għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull OCT. Hi għandha tidentifika indikaturi orjentati lejn ir-riżultati biex jiġu sorveljati u tippromwovi l-approprjazzjoni lokali ta’ programmi ta’ kooperazzjoni.

2.  Il-proposta għall-SPD għandha tkun is-suġġett ta’ skambju ta’ opinjonijiet bejn l-OCT u l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni rilevanti, jekk ikun applikabbli.

L-OCT għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi r-riżultati ta’ kwalunkwe studji ta’ vijabilità, biex tagħmel l-evalwazzjoni ta’ l-abbozz ta’ l-SPD mill-Kummissjoni effettiva kemm jista’ jkun.

3.  L-allokazzjoni finanzjarja ta’ l-għaxar EDF għandha fil-prinċipju tingħata bħala sostenn tal-baġit, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġu ġustifikati kif jixraq.

Meta l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit ma jintlaħqux, l-SPD għandha tipprovdi għal miżuri li joħolqu l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit.

Kwalunkwe diverġenza bejn l-analiżi ta’ l-OCT stess u dik tal-Komunità għandha tiġi nnotata.

Artikolu 5

L-evalwazzjoni ta’ l-SPD mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposta għall-SPD biex tistabbilixxi jekk ikunx fiha l-elementi kollha meħtieġa u jekk tkunx konsistenti ma’ l-għanijiet tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija, ta’ dan ir-Regolament u tal-politika rilevanti tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll il-proposta għall-SPD biex tistabbilixxi jekk ikunx fiha l-elementi kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 20(4) tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija.

Hi għandha tinforma lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment dwar l-abbozz li tkun irċeviet.

Bla preġudizzju għall-Artikolu 4(3), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-assistenza finanzjarja ta’ l-għaxar EDF għandhiex tingħata bħala sostenn tal-baġit, soġġetta għal evalwazzjoni preliminari tat-trasparenza, responsabbiltà u effikaċja ta’ l-amministrazzjoni tan-nefqa pubblika u ta’ għemil bil-miftuħ u trasparenza fl-akkwist pubbliku skond l-istandards stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF, jew jekk għandhiex tingħata bħala appoġġ għal programmi jew proġetti.

Artikolu 6

Il-programmi reġjonali

1.  L-Artikoli 3 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali taħt l-Artikolu 3(2) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija.

Fl-evalwazzjoni tagħha tal-proposti, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari l-impatt mistenni fuq l-integrazzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju fir-reġjun li jifforma parti minnu.

Sa fejn ikun possibbli, għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni ma’ programmi fil-livell territorjali u ma’ azzjonijiet li jinvolvu pajjiżi ta’ l-ACP u/jew ir-reġjuni l-aktar imbegħda msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat. Dan jista’ jinvolvi l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u tar-riżorsi speċifiċi għall-iskop li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-ACP u/jew ir-reġjuni l-aktar imbegħda, u l-modalitajiet biex tiġi identifikata u kkoordinata l-għażla ta’ azzjonijiet ta’ interess komuni.

Ir-rabta tan-nefqa għandha tkun preċeduta minn deċiżjoni finanzjarja tal-Kummissjoni li tkopri s-sostenn għal proġetti u programmi.

2.  Sabiex tinkiseb skala adegwata u biex tiżdied l-effiċjenza, fondi reġjonali u territorjali jistgħu jiġu mħallta biex jiġu ffinanzjati programmi reġjonali b’komponent territorjali distint.

3.  L-Artikoli 8 u 16 sa 30 japplikaw mutatis mutandis għall-programmi reġjonali.

▼B



KAPITOLU 2

Għajnuna li m’hijiex ipprogramata

▼M1

L-Artikolu 7

L-użu tar-riżerva

1.  Il-Kummissjoni għandha talloka riżorsi mir-riżerva B għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4)(b) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija fuq il-bażi tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha taġġusta skond kif meħtieġ l-ammonti indikattivi diġa allokati u tinforma lill-OCTs u lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha dwar l-allokazzjonijiet il-ġodda.

2.  Għall-finijiet ta’ rbit tar-riżorsi kontemplat fl-Artikolu 28 u fl-Anness II D tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija, kwalunkwe OCT li jikkonsidra lilu nnfisu bħala eliġibbli għas-sostenn kontemplat hemmhekk għandu jagħmel talba kompleta fuq il-formoli provduti mill-Kummissjoni u jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex din tiġi evalwata.

It-talba għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena li tiġi wara s-sena li għaliha s-sostenn addizzjonali jkun meħtieġ.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-OCT fl-iqsar żmien possibbli bid-deċiżjoni tagħha.

▼B



PARTI III

IMPLIMENTAZZJONI



KAPITOLU 1

Proċeduri Finanzjarji

▼M1

Artikolu 8

L-Impenji

1.  In-nefqa fuq l-għajnuna finanzjarja għall-OCTs għandha tintrabat mill-Kummissjoni skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.

2.  Fl-ambitu ta’ l-SPD, ir-rabta tan-nefqa għandha tkun preċeduta minn deċiżjoni finanzjarja tal-Kummissjoni li fil-prinċipju tkopri s-sostenn tal-baġit, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u li jiġu ġustifikati kif jixraq.

3.  Barra mill-ambitu ta’ l-SPD, in-nefqa taħt ir-riżerva B mhux allokata li titwarrab skond l-Artikolu 3(4) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija għandha tintrabat mill-Kummissjoni u tkun implimentata skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.

Artikolu 9

L-aġenti li jħallsu

L-istituzzjonijiet finanzjarji fl-OCT li magħhom il-Kummissjoni tiftaħ kontijiet skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF għall-iskopijiet ta’ implimentazzjoni tal-kooperazzjoni ma’ l-OCT għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ “Aġenti li Jħallsu”.

Għandhom jitħallsu l-interessi fuq fondi depożitati ma’ l-Aġenti li Jħallsu fil-Komunità.

L-Aġenti li Jħallsu m’għandhom jircievu l-ebda kumpens għas-servizzi tagħhom u l-ebda interessi m’għandhom jitħallsu fuq il-fondi depożitati.

▼B



KAPITOLU 2

Kuntratti

▼M1

Artikolu 10

Regolamenti ġenerali għall-kuntratti

1.  Il-proċeduri li jirregolaw l-għotja ta’ kuntratti għandhom jiġu indikati fil-ftehimiet finanzjarji.

2.  Meta l-għajnuna finanzjarja tingħata permezz ta’ sostenn tal-baġit, il-proċeduri għall-akkwist pubbliku ta’ l-OCT in kwistjoni għandhom japplikaw.

3.  Fil-każijiet l-oħra kollha, l-għoti tal-kuntratt għandu jimxi fuq id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.

▼B

Artikolu 11

Taxxi u Arranġamenti Doganali

1.  L-OCT għandha tapplika għal kuntratti li jimplimentaw programmi jew proġetti li huma finanzjati mit-taxxi u l-arranġamenti doganali ta’ l-EDF li m’humiex inqas favorevoli mill-arranġamenti li japplikaw lill-Istati li huma l-aktar favoriti jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ żvilupp ma’ liema għandhom relazzjonjiet. Għall-finijiet biex jiġi determinat it-trattament ta’ l-aktar nazzjon li huwa favorit (MFN), l-arranġamenti applikati mill-OCT inkwistjoni lejn OCT oħra jew Stati ACP, jew lejn pajjiżi oħra li għadhom qed jiżviluppaw m’għandhomx jiġu meqjusa.

2.  Bla ħsara għal paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom japplikaw għal kuntratti iffinanzjati mill-Komunità’:

(a) il-kuntratt fl-OCT benefiċjarja m’għandux ikun suġġett għat-taxxi tal-boll u tar-reġistrazzjoni jew għall-piżijiet fiskali li għandhom effet ekwivalenti, sew jekk dawn il-piżijiet jeżistu diġa’ kif ukoll jekk dawn ħa jiġu mdaħħla fil-futur; madankollu, dawn il-kuntratti għandhom jiġu reġistrati skond il-liġijiet fis-seħħ fl-OCT u l-piż li jikkorrispondi mas-servizz li jkun sar jista’ b’hekk jiġi impost;

(b) profitti u/jew dħul mill-prestazzjoni ta’ kuntratti għandhom jiġu intaxxati skond l-arranġamenti fiskali interni ta’ l-OCT inkwistjoni, sakemm il-persuni naturali jew ġuridiċi li jkunu ħalqu dan il-profitt u/jew dħul ikollhom post permanenti tal-kummerċ f’dak l-Istat, jew il-prestazzjoni tal-kuntratt jieħu aktar minn sitt xhur;

(ċ) impriżi li jeħtieġ li jimportaw tagħmir professjonali sabiex twettaq kuntratti ta’ appalt għandhom, jekk jitolbu hekk, benefiċċju mis-sistema ta’ ammissjoni temporanja kif stabbilita mill-liġi nazzjonali ta’ l-OCT benefiċjarja ir-rigwardta; l-imsemmi ekwipaġġ;

(d) kull tagħmir professjonali meħtieġ biex jiġu mwettqa id-dmirijiet imfissra f’kuntratt ta’ servizzi għandu jiġi ammess b’mod temporanju ġewwa l-OCT benefiċjarja skond il-liġijiet nazzjonali, liberi minn dazji doganali, taxxi u piżijiet fiskali li għandhom effet ekwivalenti, fejn dawn id-dazji u piżijiet ma jikkostitwux kumpens għas-servizzi li jkun ġew mogħtija;

(e) importazzjonijiet taħt kuntratti ta’ fornitura għandhom jiġu ammessi fl-OCT benefiċjarja mingħajr dazji doganali, taxxi jew piżijiet fiskali li għandhom effet ekwivalenti. Il-kuntratti għal fornitura li oriġinaw fl-OCT inkwistjoni għandhom jiġu mwettqa fuq il-bażi tal-prezzijiet tax-xogħlijiet tal-fornitura li kien hemm qabel, li magħhom jistgħu jiġu miżjuda dawn il-piżijiet fiskali interni kif jistgħu jkunu applikabbli għal dawk il-fornituri fl-OCT;

(f) karburanti, lubrikanti u “binders idrokarboniċi” u l-materjali kollha użati fit-twettiq tal-kuntratti ta’ l-appalt għandhom jiġu meqjusa li ġew mixtrija fis-suq lokali u għandhom ikunu soġġetti għar-regoli fiskali li japplikaw taħt il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fl-OCT befiċċjarja; u

(g) effetti personali u dawk tad-dar li huma importati għal użu minn persuni naturali, barra dawk li huma reklutati lokalment, li huma imqabda biex jaħdmu fit-twettiq tad-dmirijiet kif imfissra fil-kuntratt tas-servizz, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, għandhom jiġu eżentati mid-dazji doganali u ta’ importazzjoni, mit-taxxi u minn piżijiet fiskali oħra li għandhom effett ekwivalenti, fil-limitu tal-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fl-OCT benefiċjarju.

3.  Kwalunkwe kwistjoni li m’hijiex koperta minn paragrafi 1 u 2 fuq it-taxxa u l-arranġamenti doganali għandhom jibqgħu soġġetti għall-liġijiet tal-OCT inkwistjoni.



KAPITOLU 3

Amministrazzjoni u aġenti eżekuturi

Artikolu 12

Proċeduri li jimplimetaw

Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri biex jiġi implimentat l-appoġġ għall-budget msemmi fl-Artikolu 8(2) u 10(2), programmi u proġetti finanzjati skond dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skond l-Artikoli 13, 14 u 15.

▼M1

Artikolu 13

Id-delegazzjonijiet

1.  Meta l-Kummissjoni tkun rappreżentata minn Delegazzjoni taħt l-awtorità ta’ Kap tad-Delegazzjoni, hi għandha tinforma b’dan lill-OCT ikkonċernat. F’każijiet bħal dawn, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF li jikkonċernaw l-uffiċjali awtorizzati u l-uffiċjali tal-kontijiet permezz ta’ subdelegazzjoni, għandhom japplikaw.

2.  Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkun il-kuntatt prinċipali għall-atturi ta’ kooperazzjoni differenti fl-OCT ikkonċernat. Hu għandu jikkoopera u jaħdem fil-qrib ma’ l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat.

3.  Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu l-istruzzjonijiet u l-poteri delegati meħtieġa biex jiffaċilita u jħaffef l-operazzjonijiet kollha taħt dan ir-Regolament.

4.  Fuq bażi regolari, il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet ta’ l-OCT dwar l-attivitajiet tal-Komunità li jistgħu jikkonċernaw direttament il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-OCT ikkonċernata.

Artikolu 14

L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat

1.  Il-Gvern ta’ kull OCT għandu jaħtar Uffiċjal Territorjali Awtorizzat biex jirrapreżentah fl-operazzjonijiet kollha finanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF amministrati mill-Kummissjoni u mill-Bank. L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jaħtar deputat Uffiċjal Territorjali Awtorizzat, wieħed jew aktar, biex jissostitwuh meta ma jkunx jista’ jwettaq id-doveri tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’din il-ħatra. Kull fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet dwar il-ħiliet istituzzjonali u t-tmexxija finanzjarja xierqa, l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu għall-implimentazzjoni tal-programmi u tal-proġetti kkonċernati lill-korp responsabbli fi ħdan l-amministrazzjoni ta’ l-OCT. L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’kull delega bħal din.

Meta l-Kummissjoni ssir taf bi problemi fit-twettiq ta’ proċeduri relatati ma’ l-amministrazzjoni ta’ riżorsi ta’ l-EDF, għandha, flimkien ma’ l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat, tagħmel il-kuntatti kollha meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni u tieħu l-passi kollha li jkunu xierqa.

L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jieħu r-responsabbiltà finanzjarja għall-kompiti eżekuttivi fdati f’idejh biss.

Meta riżorsi ta’ l-EDF jiġu amministrati b’mod deċentralizzat u bla ħsara għal kwalunkwe poteri addizzjonali li jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni, l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu:

(a) jkun responsabbli għall-koordinazzjoni, l-ipprogrammar, il-monitoraġġ regolari u r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs it-terminu u ta’ l-aħħar tat-terminu, ta’ l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni, u, jekk ikun applikabbli, għall-koordinazzjoni mad-donaturi;

(b) f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ programmi u proġetti;

(ċ) jipprepara dokumenti ta’ sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, id-dokumenti ta’ sejħiet għal proposti;

(d) jippreżenta dokumenti ta’ sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, dokumenti ta’ sejħiet għal proposti, lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni qabel jibgħat sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, sejħiet għal proposti;

(e) f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, sejħiet għal proposti;

(f) jirċievi offerti u, jekk ikun applikabbli, proposti, u jibgħat kopji ta’ l-offerti lill-Kummissjoni; jippresiedi fuq il-ftuħ ta’ l-offerti u jiddeċiedi skond ir-riżultati ta’ l-eżami tagħhom qabel jgħaddi ż-żmien tal-validità ta’ l-offerti, waqt li jqis iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kuntratti;

(ġ) jistieden lill-Kummissjoni għall-ftuħ ta’ l-offerti u, jekk ikun applikabbli, tal-proposti u jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-eżami ta’ l-offerti u l-proposti, għall-approvazzjoni tal-proposti għall-għoti ta’ kuntratti u għotjiet;

(h) jippreżenta kuntratti u stimi ta’ programmi u kwalunkwe addenda għall-istess lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni;

(i) jiffirma l-kuntratti u addenda għall-istess approvati mill-Kummissjoni;

(j) japprova u jawtorizza infiq fil-limiti tal-fondi assenjati lilu; u

(k) waqt l-operazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni, jagħmel kwalunkwe arranġament ta’ adattament meħtieġ biex jiżgura l-eżekuzzjoni xierqa ta’ programmi jew proġetti approvati mill-aspett ekonomiku u tekniku.

2.  L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu, waqt l-eżekuzzjoni ta’ l-operazzjonijiet u bla ħsara għar-rekwiżit li jinforma lill-Kummissjoni, jiddeċiedi dwar:

(a) aġġustamenti u alterazzjonijiet tekniċi fi programmi u proġetti fi kwistjonijiet ta’ dettal sakemm ma jaffettwawx is-soluzzjoni teknika adottata u jibqgħu fil-limiti tar-riżerva għal aġġustamenti kontemplati fil-ftehim finanzjarju;

(b) tibdil ta’ sit għal proġetti ta’ unitajiet multipli fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew soċjali;

(ċ) l-impożizzjoni jew il-maħfra ta’ penali għad-dewmien;

(d) atti li jeħilsu lil min jagħti garanzija;

(e) ix-xiri ta’ oġġetti, ta’ kwalunkwe oriġini, mis-suq lokali;

(f) l-użu ta’ apparat u makkinarju tal-kostruzzjoni li ma joriġinax fl-OCTs, fl-Istati Membri jew fl-Istati ta’ l-ACP sakemm ma jkunx hemm produzzjoni ta’ apparat u makkinarju komparabbli fl-OCTs, fl-Istati Membri jew fl-Istati ta’ l-ACP;

(ġ) subkontrattazzjoni;

(h) l-approvazzjoni finali, sakemm il-Kummissjoni tkun preżenti waqt l-approvazzjoni proviżorja, tiffirma l-minuti relativi u, fejn ikun xieraq, tkun preżenti waqt l-approvazzjoni finali, b’mod partikolari meta n-natura tar-riżervi reġistrati waqt l-approvazzjoni proviżorja titlob xogħol kbir addizzjonali; u

(i) l-impjieg ta’ konsulenti u esperti oħra ta’ assistenza teknika.

3.  Barra dan l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu:

(a) jħejji u, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ, jippreżenta r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni;

(b) jwettaq ir-revizjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 22;

(ċ) jiżgura li dawk il-korpi involuti fit-tmexxija u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-EDF iżommu jew sistema separata ta’ kontabilità jew inkella kodiċi ta’ kontabilità adegwata għat-transazzjonijiet kollha relatati ma’ l-assistenza; u

(d) jieħu kwalunkwe miżura neċessarja biex jiżgura l-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 16, 19, 24 u 30.

4.  Meta r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 21 jiġi preżentat, il-Kummissjoni u l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandhom jirrevedu r-riżultati prinċipali tas-sena preċedenti.

Wara din ir-revizjoni, il-Kummissjoni tista’ tgħaddi kummenti lill-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat. L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe azzjoni meħuda dwar dawn il-kummenti. Meta, f’każijiet li jkunu sostanzjati kif jixraq, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-miżuri meħuda ma jkunux xierqa, tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-OCT u lill-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għal aġġustamenti mmirati biex itejjbu l-effikaċja ta’ l-arranġamenti ta’ monitoraġġ jew ta’ tmexxija, flimkien mar-raġunijiet għal rakkomandazzjonijiet bħal dawn.

Malli jirċievi rakkomandazzjonijiet bħal dawn, l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu sussegwentement juri l-passi li jkunu ttieħdu biex jittejjbu l-arranġamenti ta’ monitoraġġ jew ta’ tmexxija jew għandu jispjega għaliex ma jkunux ittieħdu dawk il-passi.

▼B

Artikolu 15

Stakeholders reġjonali

1.  Proposti għal programmi reġjonali għandhom jiġu mogħtija minn:

(a) għall-inqas żewġ uffiċjali territorjali awtorizzati ta’ l-OCT; jew

(b) f’każijiet eċċezzjonali, uffiċjal territorjali awtorizzat ta’ l-OCT wieħed meta OCT waħda biss hija involuta fl-azzjoni msemmija fl-Artikolu 16(1)(b) sa (e) tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ Barra.

2.  Programmi reġjonali għandhom jiġu implimetanti mill-uffiċjal territorjali jew mill-organizzazzjoni nominata fil-proposta.



PARTI IV

SORVELJANZA, REVIŻJONI, VERFIKA U EVALWAZZJONI



KAPITOLU 1

Sorveljanza

Artikolu 16

Ir-responsabbilta’ ta’ l-OCT

1.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbilta’ tal-Kummissjoni biex timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità’, l-OCT għandha l-ewwel nett tieħu r-responsabbilta’ għall-kontroll finanzjarju ta’ dan l-appoġġ.

Għal dak il-għan, l-uffiċjal territorjali awtorizzat għandu:

(a) jtella’ u jimplimenta l-amministrazzjoni u l-arranġamenti tal-kontroll b’tali mod biex jassigura li l-fondi Komunitarji qegħdin jiġu użati b’mod effiċjenti u xieraq. Kontrolli finanzjarji li huma internament u esternament xierqa għandhom jiġu mwettqa skond l-istandards tal-verifika li huma internazzjonalment aċċettati mill-awtorita’ kompetenti tal-kontroll finanzjarju, li teħtieġ li tkun indipendenti għall-finijiet biex twettaq din il-funzjoni;

(b) jipprovdi lill-Kummissjoni b’deskrizzjoni ta’ dawn l-arranġamenti;

(ċ) jiggarantixxi li l-għajnuna hija amministrata skond r-regoli applikabbli kollha u li l-fondi li qegħdin għad-disposizzjoni tagħhom jiġu użati skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja xierqa;

(d) jiċċertifika li d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa preżentata lill-Kummissjoni hija magħmula bir-reqqa u li jirriżultaw minn sistemi ta’ kontabbilita’ bbażati fuq dokumenti ta’ appoġġ li jistgħu jiġu verifikati;

(e) jippreżenta lill-Kummissjoni, meta kull perjodu ta’ programmazzjoni qiegħed jiġi stralċjat, dikjarazzjoni magħmula minn persuna jew dipartiment li għandu funzjoni indipendenti mill-awtorita’ ta’ l-amministrazzjoni nominata. Din id-dikjarazzjoni għandha tqassar il-konklużjonijiet tal-kontrolli mwettqa matul is-snin preċedenti u għandha tagħmel stima tal-validita’ ta’ l-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ finali u l-legalita’ u r-regolarita’ ta’ l-operazzjonijiet li huma koperti miċ-ċertifikat finali tan-nefqa. L-OCT tista’ tehmeż l-opinjoni tagħhom ma’ dan iċ-ċertifikat jekk huwa meqjus bħala neċessarju;

(f) jikkopera mal-Kummissjoni biex jassigura li r-riżorsi ta’ l-EDF huma użati skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja xierqa;

(g) ma jħallix, jiskopri u jikkoreġi l-irregolaritajiet, jinnotifikahom lill-Kummissjoni, skond ir-regoli, u jżomm lill-Kummissjoni informat bil-progress tal-poċeduri amministrattivi u ġudizzjarji;

(h) jirkupra l-ammonti mitlufa bħala konsegwenza ta’ sejba ta’ irregolarita’ u, meta approprjat, jimponi interessi fuq ħlas li sar tard;

(i) jieħu l-passi neċessarji kollha biex jassigura konformita’ mad-disposizzjonijiet tal-programm indikattiv, inkluż li l-kalendarju tar-rabtiet u r-rimbors miftiehem waqt iż-żmien ta’ l-ipprogrammar jintlaħaq; u

(j) jinvestiga kwalunkwe kawżi ta’ dewmien fl-implimentazzjoni u jipproponi miżuri xierqa bħala rimedju għas-sitwazzjoni.

2.  Kull sena pjan ta’ verifika u sommarju tas-sejbiet tal-verifiki mwettqa għandhom jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni.

Rapporti ta’ verifika jkunu għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 17

Kordinazzjoni

1.  Il-Kummissjoni u l-OCT, rappreżentati mill-uffiċjal territorjali awtorizzat, għandhom jikkoperaw u jikkordinaw pjanijiet, metodi u implimentazzjoni ta’ kontrolli sabiex jitkabbar l-użu tal-kontrolli mwettqa. Huma għandhom ipartu mill-ewwel ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa.

2.  Mill-inqas darba f’sena dawn li ġejjin għandhom jiġu eżaminati u valutati:

(a) ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-OCT u l-Kummissjoni;

(b) kull kumment mgħoddi minn korpi ta’ kontroll jew istituzzjonjiet nazzjonali jew Komunitarji oħra;

(ċ) l-impatt finanzjarju ta’ kwalunkwe irregolarita’ li ġiet notifikata, il-passi li diġa ‘ġew meħuda jew li għadhom meħtieġa biex jiġu korretti u, meta neċessarju, l-aġġustamenti lis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll.

3.  Wara l-eżami u l-istima taħt paragrafu 2, u mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu mill-ewwel mill-OCT taħt l-Artikolu 16, il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet, b’mod partikolari dwar l-impatt finanzjarju ta’ kull irregolarita’ skoperta.

Dawn l-osservazzjonijet għandhom jiġu indirizzati lill-uffiċjal territorjali awtorizzat ta’ l-OCT inkwistjoni u jiġu akkompanjati, meta neċessarju, mat-talbiet għal miżuri ta’ korrezzjoni bħala rimedju tax-“shortcomings” amminitrattivi li nstabu u jiġu indirizzati dawk l-irregolaritajiet skoperti li għadhom ma ġewx korretti.

L-OCT għandu jkollha l-opportunita’ biex tgħaddi kummenti fuq dawn l-osservazzjonijiet.

Artikolu 18

Kumitati ta’ Sorveljanza

1.  Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ kull SPD.

L-awtoritajiet ta’ l-OCT għandhom iwaqqfu il-Kumitat tas-Sorveljanza mhux aktar min tliet xhur wara l-approvazzjoni ta’ l-iSPD.

2.  L-uffiċjal territorjali awtorizzat jew ir-rappreżentat tiegħu għandu jippresjedi l-Kumitat ta’ Sorveljanza.

Rappreżentant tal-Kummissjoni, u, meta approprjat, tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, jista’ jipparteċipa fix-xogħol tal-Kumitat ta’ Sorveljanza fil-kapaċita’ ta’ konsulent.

L-awtoritajiet jew korpi nominati mill-OCT, mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri inkwistjoni u, meta approprjat, mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment u/jew kwalunkwe istituzzjoni ko-finanzjraja oħra għandhom jiġu rappreżentati fil-Kumitat. Meta awtoritajiet reġjonali u lokali u impriżi privati huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġett u meta huma direttament konċernati minn proġett, huma għandhom ukoll jiġu rappreżentati f’dawn il-Kumitati.

3.  Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jagħmel ir-regoli ta’ proċedura tiegħu stess fi ħdan il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju ta’ l-OCT inkwistjoni u jaqbel fuqhom ma’ l-uffiċjal territorjali awtorizzat.

4.  Għall-laqgħat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza l-uffiċjal territorjali awtorizzat għandu jagħti rapporti ta’ progress skond l-standard model provdut mill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiġi rċevut mill-Kummissjoni 15 -il jum utli -l quddiem mill-laqgħat skedati.

5.  Sabiex tiġi verifikat l-effettivita’u l-kwalità’ ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna, l-Kumitat ta’ Sorveljanza Monitoring Committee għandu:

(a) jirrevedi perjodikament il-progress magħmul għall-kisba ta’ l-għanijiet speċifiċi ta’ l-iSPD;

(b) jeżamina ir-reviżjoni ta’ nofs is-sena msemmija fl-Artikolu 22 qabel m’hija mibgħuta lill-Kummissjoni;

(ċ) jikkonsidra u japprova r-rapporti annwali u finali ta’ l-implimentazzjoni qabel ma’ jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni;

(d) jikkonsidra u japprova kull proposta biex il-kontenuti ta’ l-iSPD jiġu emendati.

Artikolu 19

Indikaturi ta’ Sorveljanza

L-uffiċjal territorjali awtorizzat u l-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom iwettqu s-sorveljanza b’riferenza għall-indikaturi speċifikati fl-iSPD.

L-indikaturi għandhom jagġtu każ tal-metodoloġija indikativa li hija mqiegħda għad-disposizzjoni mill-Kummissjoni.

Dawn għandhom ikunu dwar il-karattru speċifiku tal-proġetti u ta’ l-għanijiet tagħhom u tal-wirja jew manifestazzjoni:

(a) inputs (dħul), ouputs (produzzjoni), riżultat u kemm jista’ jkun possibli l-impatti;

(b) l-istadhu milħuq fl-għajnuna skond it-termini ta’ l-implimentazzjoni fiżika;

(ċ) il-progress tal-pjan finanzjarju.



KAPITOLU 2

Reviżjoni

Artikolu 20

Il-proċess tar-Reviżjoni

1.  Il-koperazzjoni finanzjarja għandha tkun biżżejjed flessibbli biex tassigura li l-operazzjonijiet huma kostantement miżmuma in konformi ma’ l-għanijiet tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ Barra u għandha tagħti każ ta’ kull bidla li sseħħ fis-sistema ekonomika, fil-prijoritajiet u fl-għanijiet ta’ l-OCT inkwistjoni, b’mod partikolari permezz tar-rapport annwali ta’ l-implimentazzjoni u dak ta’ nofs is-sena jew, jekk applikabbli, l-iSPD li hija riveduta kull sena msemmija fl-Artikolu 21(5).

2.  F’każi eċċezzjonali msemmija fid-disposizzjonijiet fuq l-għajnuna umanitarja u ta’ emerġenza, r-reviżjoni tista’ tiġi mwettqa fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti.

Artikolu 21

Ir-Rapport annwali ta’ l-implimentazzjoni

1.  L-uffiċjal rerritorjali awtorizzat għandu jagħti rapporti annwali ta’ l-implimentazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur ta’ kull l-aħħar sena ta’ implimentazzjoni mill-adozzjoni ta’ l-iSPD.

2.  Ir-rapport anwali ta’ l-implimentazzjoni fuq l-iSPD għandhom jikkonsistu fuq stima konġunta ta’ l-implimentazzjoni tal-programm u għandhom jagħtu każ ir-riżultati ta’ l-attivitajiet rilevanti tas-sorveljanza u l-evalwazzjoni.

3.  Dan ir-rapport għandu jiġi magħmul lokalment u għandu jiġi finalizzat bejn l-uffiċjal territorjali awtorizzat, il-Kumitat ta’ Sorveljanza u, jekk applikabbli, l-Kap tad-Delegazzjoni inkwistjoni f’perjodu ta’ 60 ġurnata.

4.  Għandu jinkludi b’mod partikolari stima ta’:

(a) r-riżultati miksuba fis-settur(i) fokali mkejla kontra l-bersalji identifikati u l-indikaturi ta’ l-impatt u r-rabtiet politiċi settorali;

(b) kull proġett u programm barra mis-settur(i) fokali u/jew parti minn programmi multi-annwali;

(ċ) l-użu ta’ kwalunkwe tip ta’ riżorsi li huma mqiegħda fil-ġenb minn atturi li m’humiex ta’ l-Istat;

(d) l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-operazzjonijiet attwali u l-limitu sa fejn il-kalendarju għar-rabtiet u l-ħlas intlaħqu; u

(e) kull estensjoni tal-iprogrammar li jkopri s-snin bil-quddiem.

5.  Meta approprjat, reviżjoni annwali għandha tiġi mwettqa fuq il-bażi tar-rapport fl-okkażjoni tal-laqgħa ta’ l-isħubija, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjnoi ta’ Barra.

▼M1

Artikolu 22

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu

1.  Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu għandha tiġi organizzata biex jiġu eżaminati r-riżultati inizjali ta’ l-SPD, ir-rilevanza tagħhom u sa liema punt intlaħqu l-miri.

Din għandha wkoll tevalwa l-użu li jkun sar mir-riżorsi finanzjarji u l-operazzjoni ta’ monitoraġġ u ta’ implimentazzjoni.

2.  Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminiu għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat u l-Istat Membru kkonċernat.

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu għandha titwettaq ġeneralment bejn 30 u 42 xahar wara d-dħul fs-seħħ tal-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-għaxar EDF.

Jista’ jiġi stabbilit terminu differenti fl-SPD, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-indikaturi adottati fil-każ ta’ sostenn tal-baġit.

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu għandha titwettaq minn assessur indipendenti, tiġi preżentata lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ u mbagħad tintbagħat lill-Kummissjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rilevanza u l-kwalità tar-revizjoni fuq il-bażi ta’ kriterji definiti fl-SPD, inkluż fir-rigward ta’ l-allokazzjoni finanzjarja ta’ l-EDF.

▼B



KAPITOLU 3

Verifiki

Artikolu 23

Verifiki

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa minn pajjiżi benefiċjarji, il-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jistgħu, permezz tal-personal tagħhom stess jew permezz ta’ rappreżentanti debitament awtorizzati, jwettqu verifiki tekniċi u finanzjarji fuq il-post, inklużi kampjuni ta’ kontrolli u verifiki finali fuq l-operazzjonijiet finanzjarji mill-EDF u fuq is-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll fuq il-minimu ta’ avviż ta’ ġurnata utli waħda.

Il-Kummissjoni għandha tagħti avviż lill-OCT inkwistjoni b’viżjoni li tinkiseb l-għajnuna kollha li hija neċessarja. Uffiċjali jew impjegati ta’ l-OCT inkwistjoni jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-OCT inkwistjoni biex twettaq kontroll fuq il-post biex tivverifika l-korrezzjoni ta’ waħda jew aktar operazzjonijiet. Uffiċjali tal-Kummissjoni jew impjegati jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.

2.  Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jgħinu lis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-prestazzjoni tal-verifiki dwar l-użu tar-riżorsi ta’ l-EDF.

Artikolu 24

Mogħdija tal-verifika

1.  Is-sistemi ta’ amministrazzjoni u kontroll ta’ l-OCT għandhom jipprovdu mogħdija ta’ verifika suffiċjenti, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’kull ftehim finanzjarju.

2.  Mogħdija ta’ verifika suffiċjenti hija preżenti meta:

(a) il-kontijiet reġistrati miżmuma fuq il-livell xieraq ta’ amministrazzjoni jipprovdu informazzjoni dettaljata tan-nefqa li attwalment ġiet mnefqa fl-operazzjonijiet ffinanzjati mill-EDF. The kontijiet reġistrati juru d-data meta ġew maħluqa, l-ammont ta’ kull oġġett tan-nefqa, in-natura tad-dokumenti ta’ appoġġ u d-data u l-metodu tal-ħlas. L-evidenza dokumentarja neċessarja (eż. invoices) huma mehmuża;

(b) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan finanzjarju ta’ l-operazzjoni, ir-rapporti tal-progress, id-dokumenti dwar l-għoti approvat u l-proċeduri ta’ l-offerti u n-negozjati, u r-rapporti fuq l-ispezzjonijiet tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji huma wkoll miżmuma fil-livell xieraq ta’ amministrazzjoni;

(ċ) fil-każ ta’ trasferimenti kompjuterizzati ta’ data ta’ kontijiet, l-awtoritajiet u l-korpi kollha inkwistjoni jiksbu biżżejjed informazzjoni mill-inqas livell biex jiġġustifikaw ir-rekords tal-kontijiet tagħhom u s-somom li huma rapportati ‘l fuq, biex jassiguraw mogħdija ta’ verifika suffiċjenti mis-sommarju ta’ l-ammonti totali ċċertifikati lill-Kummissjoni l isfel għan-nefqa ta’ oġġetti individwali u d-dokumenti ta’ appoġġ fuq il-livell tal-benefiċjarji finali u l-korpi u d-ditti li jwettqu l-operazzjonijiet;

3.  L-uffiċjal territorjali awtorizzat għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex dan l-Artikolu jiġi implimentat.



KAPITOLU 4

Evalwazzjoni

Artikolu 25

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjoni ta’ l-iSPD għandha tkopri l-użu tar-riżorsi, l-effettivita’ u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna u l-impatt tagħha u għandha toħroġ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet, billi jiġu użati riżultati magħrufa ta’ evalwazzjoni li huma diġa’ għad-disposizzjoni.

Għandha tkopri il-fatturi li jikkontribwixxu għas-suċċess jew għan-nuqqas ta’ implimentazzjoni u kisbiet u riżultati, inkluż is-sostenibilta’ tagħhom.

2.  L-evalwazzjonijiet ta’ l-SPD għandhom ikunu r-responsabbilita’ tal-Kummissjoni, b’kordinazzjoni mal-Kumitat ta’ Sorveljanza.

3.  Il-programm ta’ evalwazzjoni għandu jiġi sottolineat fl-iSPD.

B’mod partikolari, l-evalwazzjonijiet għandhom:

(a) jipprovdu stimi regolari u indipendenti mill-operazzjonijiet u mill-attivitajiet tal-Fond billi jiġu paragunati riżultati ppjanati u għanijiet b’kisbiet attwali; u b’hekk

(b) tħalli lill-OCT, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex imantnu il-lezzjonijiet ta’ esperjenza lura fil-pjan u l-eżekuzzjoni ta’ policies futuri u operazzjonijiet.

4.  Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni għandhom ikunu mqiegħda għad-disposizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 26

Proċedurita’ Evalwazzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjonijiet mwettqa mill-OCT jew mill-Kummissjoni, l-evalwazzjonijiet ta’ programmi, proġetti jew attivitajiet oħra li jimplimentaw l-iSPD Jistgħu jiġu mwettqa b’mod konġunt mill-OCT u mill-Kummissjoni, b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri inkwistjoni.



PARTI V

ADATTAMENTI FINANZJARJI

▼M1

Artikolu 27

L-adattament ta’ l-allokazzjonijiet ta’ l-EDF

Waqt li tuża r-riżultati tal-monitoraġġ, tal-verifika u ta’ l-evalwazzjonijiet bħala bażi u waqt li tqis il-kummenti tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ, il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammonti u l-kundizzjonijiet ta’ l-SPD inizjali fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq proposta mill-OCT ikkonċernat, fid-dawl tal-ħtiġijiet u tal-prestazzjoni attwali ta’ dak l-OCT u waqt li tqis sewwa l-aħħar data ta’ l-istatistika disponibbli dwar dak l-OCT.

Dan l-adattament normalment għandu jsir fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 22 jew, fil-każ ta’ irregolaritajiet, fl-iqsar żmien possibbli, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija.

▼B

Artikolu 28

Sospensjoni tal-ħlas

1.  Il-Kummisjoni għndha tissospendi l-ħlas u, meta tirraporta r-raġunijiet tagħha, titlob lill-OCT tgħaddi l-kummenti tagħha u, meta approprjat, twettaq xi korrezzjonijiet, f’perjodu ta’ żmien speċifiku billi, wara li jiġu kompletati l-kontrolli neċessarji, tikkonkludi li:

(a) OCT partikolari ma ħarsitx l-obbligazzjonijiet tagħha; jew

(b) parti jew l-iSPD kollha jiġġustifika la parti u lanqas il-kontribuzzjoni sħiħa ta’ l-EDF; jew

(ċ) hemm fallimenti serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni jew kontroll li jistgħu jwasslu għall-irregolaritajiet sistematiċi.

2.  Il-perjodu ta’ żmien fuq liema l-OCT inkwistjoni tista’ tirrispondi għat-talba biex tgħaddi l-kummenti tagħha u, meta approprjat, tagħmel korrezzjonijiet, għandu jkun ta’ xahrejn, barra f’każijiet li huma debitament ġustifikati meta perjodu itwal jista’ jiġi miftiehem mill-Kummissjoni.

3.  Meta l-OCT toġġezzjona għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, l-OCT u l-Istati Membri inkwistjoni għandhom jiġu mistiedna għal laqgħa ta’ sħubija mill-Kummissjoni, fejn in-naħat kollha għandhom jipprovaw jilħqu ftehim fuq l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet li jgħaddu huma stess.

Kull meta l-OCT toġġezzjona għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni u laqgħa ta’ sħubija ad hoc isseħħ, il-perjodu ta’ tliet xhur taħt paragrafu 5 f’liema żmien il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni għandhom jibdew jiddekorru mid-data tal-laqgħa ta’ sħubija.

4.  Meta l-Kummissjnoi tipproponi korrezzjonijiet finanzjarji, l-OCT għandha tiġi mogħtija l-opportunita’ biex turi, permezz ta’ eżami tad-dokumenti inkwistjoni, li l-limitu attwali ta’ l-irregolarita’ kien inqas mill-istima tal-Kummissjoni.

Barra fil-każijiet debitament ġustifikati, ż-żmien konċess għal dan l-eżami ma jistax jaqbeż perjodu ta’ xahrejn oħra wara l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tqis kull evidenza fornita mill-OCT fiż-żmien stipulat.

5.  Fl-aħħar tal-perjodu mwaqqaf fil-paragrafu 2, meta l-ebda ftehim ma ntlaħaq u l-OCT ma għamlitx il-korrezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis il-kummenti magħmula mill-OCT u l-Istati Membri u tideċiedi fi żmien tliet xhur biex:

(a) tnaqqas il-ħlas; jew

(b) tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tiġi kkanċellata l-allokazzjoni ta’ l-EDF kollha jew parti minnha.

6.  Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1 sa 5, il-Kummissjoni tista’, wara verifikazzjoni xierqa, tissospendi l-ħlas provviżorju kollu jew parti minnu meta ssib li n-nefqa inkwistjoni hija konnessa ma’ irregolarita’ serja li ma ġietx korretta u li azzjoni immedjata hija neċessarja.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-OCT inkwistjoni bl-azzjoni meħuda u r-raġunijiet ta’ warajha. Meta, wara ħames xhur, ir-raġunijiet għas-sospensjoni jippersistu jew l-OCT inkwistjoni ma nnotifikatx il-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex jikkoreġu l-irregularita’ serja, d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30 għandhom jgħoddu.

▼M1

Artikolu 29

Irkupru u ħlasijiet lura

1.  Kwalunkwe ħlas lura dovut lill-Kummissjoni għandu jsir sad-data ta’ l-għeluq indikata fl-ordni ta’ l-irkupru mħejjija skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF. Din id-data ta’ l-għeluq għandha tkun l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar li jiġi wara l-ħruġ ta’ l-ordni.

2.  Kwalunkwe dewmien fil-ħlas lura għandu jagħti lok għal interessi minħabba ħlas tard, li jibdew jgħaddu mid-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1 sad-data meta attwalment isir il-ħlas. Ir-rata ta’ tali interessi għandha tkun punt perċentwali u nofs aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, fl-ewwel jum ta’ xogħol tax-xahar li fih taħbat id-data ta’ l-għeluq.

3.  L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jżomm kont ta’ l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mill-ħlasijiet ta’ assistenza Komunitarja li jkunu diġa saru, u jiżgura li l-ammonti jiġu rkuprati mingħajr dewmien mhux ġustifikat.

Il-benefiċjarju għandu jħallas lura kwalunkwe ammont li għandu jiġi rkuprat, flimkien ma’ l-interessi riċevuti minħabba l-ħlas tard, billi jnaqqas l-ammonti kkonċernati mill-prospett ta’ l-infiq tiegħu u talba għall-ħlas lill-Kummissjoni li jkun imiss, jew, fejn dan ma jkunx biżżejjed, permezz ta’ rifużjoni lill-Komunità.

L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jibgħat prospett lill-Kummissjoni darba kull sena ta’ l-ammonti li jkunu għad iridu jiġu rkuprati f’dik id-data, klassifikati skond is-sena li fiha nbdew il-proċeduri ta’ l-irkupru.

▼B



PARTI VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30

Informazzjoni u Pubbliċita’

1.  L-OCT għandha tassigura li pubbliċita’ xierqa hija mogħtija lill-programmi ta’ l-EDF b’viżjoni li:

(a) tagħmel il-pubbliku ġenerali infurmata bl-irwol tal-Komunità’ fir-rigward ta’ dawk il-programmi;

(b) tagħmel il-benefiċjarji potenzali u l-organizzazzjonijiet professjonali infurmati bil-possibilitajiet li huma offerti.

2.  Pajjiżi benefiċjarji għandhom jassiguraw, b’mod partikolari, li “display panels” li huma direttament viżibbli huma eretti u juru proġetti fiżiċi ffinanzjati mill-Komunità’, flimkien mal-logo tal-Komunità’, u li r-rappreżentanti ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji jiġu debitament involuti fl-aktar attivitajiet pubbliċi importanti li huma konnessi mal-programmi appoġġati mill-EDF.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

STRUTTURA STANDARD GĦAL DOKUMENTI WAĦDIENA TA’ L-IPPROGRAMMAR GĦAL PAJJIŻI U TERRITORJI TA’ BARRA TAĦT L-GĦAXAR EDF

It-test sħiħ, inkluż is-sommarju eżekuttiv u kapitoli 1 sa 6, għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 15-il-paġna (Għadd ta’ Kliem) u l-annessi.

PARTI A:   L-ISTRATEĠIJA TAL-KOOPERAZZJONI

Sommarju eżekuttiv

L-SPDs għandhom jibdew b’sommarju eżekuttiv ta’ nofs paġna. Dan għandu jinkludi l-isfidi prinċipali politiċi, istituzzjonali, ekonomiċi, soċjali jew ambjentali ta’ l-OCT fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul, l-għan prinċipali ta’ l-SPD, ir-raġunijiet prinċipali għall-għażla tal-qasam fokali u d-distribuzzjoni ġenerali tal-fondi.

Kapitolu 1:   L-għanijiet ta’ kooperazzjoni tal-KE

F’din it-taqsima, l-għanijiet wiesgħa ta’ kooperazzjoni tal-KE huma dikjarati b’mod espliċitu, kif stabbilit mit-Trattat tal-KE, id-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija, ftehimiet internazzjonali u d-Dikjarazzjoni riċenti dwar il-Politika ta’ l-Iżvilupp tal-KE.

Kapitolu 2:   Evalwazzjoni tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, soċjali u ambjentali

Kwistjonijiet/żviluppi importanti ta’ politika domestika u aspetti rilevanti tal-kuntest ester għandhom ikunu koperti, inklużi s-sitwazzjoni politika, aspetti kummerċjali, s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, aspetti ambjentali u, fl-aħħarnett, is-sostenibbiltà ta’ politiki attwali u sfidi fuq perjodu medju.

Dan għandu jkun eżerċizzju analitiku u mhux wieħed deskrittiv biss. L-analiżi għandha tkun motivata mid-djalogu, ppreparata f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ donaturi oħra (jekk ikun applikabbli) u li tinvolvi atturi mhux governattivi.

Kull fejn ikun rilevanti, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni ta’ prinċipji internazzjonali ta’ governanza tajba fl-oqsma finanzjarji, fiskali u ġudizzjarji, u għall-entità u l-kalendarju tar-riformi f’dan ir-rigward.

Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-disponibilità ta’ data ta’ l-istatistika aġġornata.

Kapitolu 3:   L-aġenda politika ta’ l-OCT

Din it-taqsima għandha tipprovdi dikjarazzjoni fil-qosor ta’ l-għanijiet u l-oġġettivi tal-gvern, kif stabbiliti fid-dokumenti ta’ politika uffiċjali, fi pjanijiet fuq żmien medju u fit-tul, strateġiji ta’ riforma jew programmi ta’ żvilupp. Din għandha tiġi kkompletata b’indikazzjoni dwar kif il-gvern jipproponi li jikseb dawn l-għanijiet.

Kapitolu 4:   Evalwazzjoni ta’ kooperazzjoni tal-KE tal-passat u li għadha għaddejja

Din it-taqsima għandu jkun fiha rapport qasir tar-riżultati u l-“esperjenzi miksuba” minn kooperazzjoni tal-KE tal-passat u li għadha għaddejja. Rakkomandazzjonijiet minn evalwazzjonijiet rilevanti ta’ l-OCT, oqsma jew proġetti speċifiċi għandhom jiġu meqjusa.

Paragrafu ta’ koerenza (taħlita ta’ politika tal-KE) għandu jevalwa l-konnessjonijiet bejn l-SPD u politiki, riżorsi u strumenti oħra tal-Komunità. Għandha tingħata deskrizzjoni qasira ta’ programmi ta’ Stati Membri ta’ l-UE u ta’ donaturi oħra (jekk ikun applikabbli). Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni bejn il-programmi territorjali u reġjonali u għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-ACP u r-reġjuni l-aktar imbegħda msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Kapitolu 5:   L-istrateġija ta’ rispons

Din it-taqsima għandha tistabbilixxi l-għażliet strateġiċi għall-kooperazzjoni tal-KE, u tispeċifika fuq liema qasam/settur se tikkonċentra l-assistenza. Dik l-għażla għandha toħroġ b’mod loġiku minn:

— l-għanijiet politiċi tal-KE;

— analiżi tas-sitwazzjoni ta’ l-OCT u ta’ l-istrateġija ta’ l-iżvilupp tiegħu, li tiddetermina r-rilevanza u s-sostenibbiltà ta’ l-istrateġija ta’ sostenn;

— il-konklużjonijiet milħuqa fil-kuntest ta’ kwalunkwe eżerċizzju ta’ “taħlita ta’ politika”/analiżi ta’ koerenza;

— il-volum indikattiv tal-fondi disponibbli;

— l-esperjenzi miksuba minn attivitajiet tal-KE tal-passat u li għadhom għaddejjin;

— il-komplimentarjetà ma’ l-assistenza mingħand donaturi oħra kbar u l-programmi tal-Gvern ta’ l-OCT stess. L-assistenza tal-Komunità għandha tkun iffokata fuq oqsma fejn hi għandha vantaġġi komparattivi jew kompetenzi partikolari.

Din it-taqsima għandu jkun fiha wkoll evalwazzjoni qasira tal-ħila istituzzjonali u, fejn ikun xieraq, jiġu indirizzati l-ħtiġijiet possibbli għal azzjonijiet ta’ żvilupp istituzzjonali u tal-ħila, jew, jekk ikun meħtieġ, appoġġ għal azzjonijiet biex tissaħħaħ il-governanza, inkluż fl-oqsma finanzjarji, fiskali u ġudizzjarji, kull fejn ikunu rilevanti.

Meta l-appoġġ għal programmi jew proġetti jkun propost bħala l-modalità finanzjarja, ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati li ma jkunux jippermettu li l-assistenza tingħata bħala sostenn tal-baġit, għandhom jiġu deskritti. Jekk il-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit ma jiġux sodisfatti, għandha tiġi provduta deskrizzjoni ta’ liema miżuri se jitwettqu biex jiġi żgurat li jinħolqu l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit.

PARTI B:   PROGRAMM TERRITORJALI

Kapitolu 6:   Programm territorjali

Dan il-Kapitolu huwa preżentazzjoni tal-programm territorjali ta’ l-OCT li hu bbażat fuq u konsistenti kollu kemm hu ma’ l-analiżi strateġika. Il-programm territorjali huwa parti integrali mill-SPD u għandu jkun kompost mit-taqsimiet segwenti:

GĦAŻLA A:   PROGRAMM TA’ APPOĠĠ GĦALL-POLITIKA SETTORJALI



Identifikazzjoni

Titolu

 

Spiża totali

Speċifika: Kontribuzzjoni tal-KE u jekk applikabbli l-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju (u ta’ donaturi oħra, jekk applikabbli)

Metodu ta’ għajnuna/mod ta’ tmexxija

Programm ta’ Appoġġ għall-Politika Settorjali:

— Sostenn tal-baġit settorjali (tmexxija ċentralizzata);

— Fond ippuljat (ċentralizzat (dirett jew indirett)/deċentralizzat/jew tmexxija konġunta);

— Mod tal-proġett (ċentralizzat (dirett jew indirett)/deċentralizzat/tmexxija konġunta).

Kodiċi DAC

 

Settur

 

1.   Il-motivazzjoni fundamentali u l-kuntest ta’ l-OCT

Konklużjonijiet prinċipali mill-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni makro-ekonomika, partikolarment il-prospetti fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul.

Jekk is-sostenn tal-baġit jintuża bħala modalità finanzjarja, indika s-segwenti:

— Is-sitwazzjoni makro-ekonomika: l-istruttura tal-GDP; il-prestazzjoni ekonomika riċenti u t-tendenzi mistennija, li jkopru t-tkabbir tal-GDP u l-inflazzjoni; il-finanzi pubbliċi, d-defiċit fiskali, il-piż tad-dejn u l-ammont ta’ l-arretrati; s-sehem mill-infiq f’setturi prinċipali; l-kont kurrenti u kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, r-riżervi; s-sitwazzjoni monetarja; r-rwol ta’ l-assistenza esterna fl-ekonomija; r-relazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali.

— Il-profil u t-tendenzi fil-faqar: l-evoluzzjoni tal-GDP reali għal kull persuna mill-popolazzjoni; l-konsistenza bejn ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku u l-isfida tat-tnaqqis tal-faqar; ir-riżultati ta’ servejs tal-faqar; is-sitwazzjoni ta’ l-indikaturi soċjali prinċipali mqabbla ma’ pajjiżi oħra; l-evoluzzjoni ta’ l-indikaturi tas-snin riċenti (fejn ikunu disponibbli).

— Li l-kriterju rilevanti ta’ l-eliġibbiltà għas-Sostenn tal-Baġit ikun sodisfatt, jiġifieri li teżisti sitwazzjoni makro-ekonomika stabbli biżżejjed.

Il-politika, prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi prinċipali:

— Il-karatteristiċi prinċipali tal-politika ta’ l-iżvilupp u l-istrateġija nazzjonali (analiżi tas-sitwazzjoni preżenti, dikjarazzjoni ta’ politika u strateġija, pjan(ijiet) ta’ azzjoni, perspettivi finanzjarji u baġit fuq perjodu ta’ żmien medju, kejl tal-prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni);

— Ir-realiżmu tal-politika u l-istrateġija (per eżempju konnessjonijiet bejn it-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar, orjentazzjonijiet strateġiċi);

— L-approprijazzjoni tal-politika u l-istrateġija mill-Gvern b’mod ġenerali u mill-Ministeru tas-settur b’mod speċifiku.

L-oriġini u l-istatus tal-programm settorjali tal-Gvern:

— Is-sejbiet prinċipali ta’ l-evalwazzjoni tal-politika settorjali u tal-baġit settorjali u l-perspettivi finanzjarji għall-perjodu medju (jekk ikunu disponibbli) kif ukoll il-konnessjoni mal-qafas strateġiku territorjali;

— L-evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali;

— Il-qafas ġenerali għall-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ politiki u strateġiji settorjali.

Jekk is-sostenn tal-baġit jintuża bħala modalità finanzjarja, pprovdi l-konklużjonijiet prinċipali dwar l-evalwazzjoni tat-tmexxija finanzjarja pubblika:

— Il-kwalità tas-sistema eżistenti tat-tmexxija finanzjarja pubblika inklużi kwalunkwe kwistjonijiet u riformi speċifiċi settorjali tat-tmexxija finanzjarja pubblika;

— Evalwazzjoni tal-proċess ta’ titjib fit-tmexxija finanzjarja pubblika;

Jekk jintuża s-sostenn tal-baġit, indika li l-kriterji ta’ eliġibbiltà rilevanti huma sodisfatti:

— Politika settorjali definita tajjeb u

— Programm definit tajjeb biex itejjeb it-tmexxija finanzjarja pubblika.

Referenza għal reviżjonijiet, evalwazzjonijiet, riżultati ta’ monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet rilevanti preċedenti.

Deskrizzjoni ġenerali qasira ta’ azzjonijiet tal-KE li għadhom għaddejjin, azzjonijiet ta’ donaturi oħra u/jew ta’ l-OCT benefiċjarju komplementari għal dik preżenti.

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni ma’ l-OCT benefiċjarju u/jew donaturi oħra, notevolment Stati Membri.

2.   Deskrizzjoni

L-għanijiet u l-elementi prinċipali tal-programm settorjali tal-Gvern u l-għanijiet tal-Programm preżenti ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali fir-rigward ta’ dak il-programm.

Ir-riżultati mistennija mill-programm settorjali tal-Gvern u mill-Programm ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali; attivitajiet speċifiċi biex jitwettqu taħt il-Programm ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali.

Deskrizzjoni tal-partijiet interessati prinċipali, inklużi benefiċjarji; konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u msieħba oħra; approprijazzjoni u evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali.

L-identifikazzjoni tar-riskji prinċipali u deskrizzjoni qasira ta’ miżuri li jimmitigaw; elementi li jagħtu prova tas-sostenibbiltà ta’ l-azzjoni proposta. Jekk is-Sostenn tal-Baġit jintuża bħala modalità finanzjarja, r-riskji fir-rigward tal-kriterji ta’ eligibbiltà għandhom jissemmew.

Is-sostenibbiltà ambjentali, l-ugwaljanza tas-sessi, governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem.

3.   Kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni

Għażel l-għażla rilevanti skond il-modalità finanzjarja magħżula:

— Tmexxija ċentralizzata.

— Tmexxija konġunta permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali.

— Tmexxija deċentralizzata permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim finanzjarju ma’ OCT (fil-każ ta’ implimentazzjoni parzjalment ċentralizzata u parzjalment deċentralizzata, uża din l-għażla).

— Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist u proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet:

— 

— Il-Kummissjoni tikkontrolla ex ante il-proċeduri kuntrattwali għal kuntratti ta’ akkwist > EUR 50 000 u ex post għal kuntratti ta’ akkwist < EUR 50 000.

— Jew

— Il-Kummissjoni tikkontrolla ex post il-proċeduri kuntrattwali (deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintagħżel biss jekk il-kriterji ta’ deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jkunu kollha sodisfatti).

— Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni ta’ ħlasijiet (possibbli biss meta l-proċeduri ta’ l-għotjiet għall-kuntratti rilevanti jkunu ġew deċentralizzati):

— 

— Permezz ta’ l-istimi tal-programmi, l-ħlasijiet jiġu deċentralizzati għall-ispejjeż amministrattivi u kuntratti sal-limiti segwenti:

— 



Xogħlijiet

Provvisti

Servizzi

Għotjiet

< EUR 300 000

< EUR 150 000

< EUR 200 000

≤ EUR 100 000

— Jew

— Il-ħlasijiet huma kompletament deċentralizzati. (Deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintgħażel biss jekk il-kriterji tad-deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jiġu kollha sodisfatti).

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika għal dawk l-attivitajiet li għalihom japplikaw il-proċeduri tal-KE: “Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet esterni, fis-seħħ fiż-żmien tat-tnedija tal-proċedura in kwistjoni.”

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika jekk il-ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali jipprevedi l-użu tar-regoli u proċeduri tiegħu stess, li jikkonformaw ma’ l-istandards internazzjonali stabbiliti: “Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali kkonċernata.”

Jekk japplikaw regoli u proċeduri oħra barra proċeduri tal-KE, dawn il-proċeduri għandhom jiġu speċifikati u għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Analiżi indikattiva ta’ l-ammont totali skond il-komponenti prinċipali, inklużi l-evalwazzjoni, l-verifika u l-viżibbiltà. Fejn ikun xieraq, speċifika wkoll il-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju għal kull oġġett tal-baġit u jekk din il-kontribuzzjoni tkunx b’oġġetti jew bi flus.

Fejn ikun possibbli, indika l-proporzjonijiet ta’ finanzjament riżervat għal għotjiet u għal kuntratti ta’ akkwist; għal kuntratti, indika t-tip ta’ akkwist (servizzi, provvista, xogħlijiet), u għal għotjiet indika l-kategorija prinċipali tal-benefiċjarji li għalihom huma maħsuba.

Jekk applikabbli: Agħti perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ l-akkwist jew is-sejħa għal proposti.

Jekk is-sostenn tal-baġit jintuża bħala l-modalità finanzjarja, agħti kalendarju indikattiv bix-xhur għall-ħruġ ta’ flus, li jagħmel distinzjoni bejn porzjonijiet fissi jew varjabbli, fejn ikun xieraq.

Agħti t-tul ta’ żmien ta’ l-operazzjoni indikat f’xhur minn meta jiġi ffirmat il-Ftehim Finanzjarju (kuntratt jew ftehim ieħor li jimplimenta jekk ma jiġix iffirmat Ftehim Finanzjarju).

Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni.

L-indikaturi tal-prestazzjoni għall-Programm ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali; l-koerenza mal-qafas ġenerali ta’ l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm settorjali tal-gvern; il-proċess tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni; l-mezzi ta’ verifikazzjoni; l-passi biex jissaħħaħ il-kejl tal-prestazzjoni (kif ikun xieraq).

Meta s-sostenn tal-baġit jew finanzjar mill-fond ippuljat jintagħżel bħala l-modalità finanzjarja: kundizzjonijiet ġenerali għall-ħruġ ta’ flus tal-porzjonijiet kollha; oqsma li fihom jiġu definiti kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħruġ ta’ flus ta’ porzjonijiet individwali.

L-input, l-output, ir-riżultat, u, sa fejn ikun possibbli, l-indikaturi ta’ l-impatt għandhom jiġu identifikati għall-oqsma ta’ politika koperti mill-qasam fokali. L-indikaturi għandhom iqisu l-kriterji SMART (specifiċi, li jistgħu jitkejlu fuq perjodu ta’ żmien qasir/medju, li jistgħu jinkisbu, realistiċi u marbuta biż-żmien) u jinkludu livell tal-bidu, mira u terminu ta’ żmien ċar, biex jippermettu paraguni meta jsiru r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs u ta’ l-aħħar tat-terminu.

Deskrizzjoni ta’ l-evalwazzjonijiet (ta’ nofs it-terminu, finali, ex post) u l-arranġamenti ta’ verifika.

Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà.

GĦAŻLA B:   SOSTENN ĠENERALI TAL-BAĠIT



Identifikazzjoni

Titolu

 

Spiża totali

Kontribuzzjoni tal-KE

Metodu ta’ għajnuna/Mod ta’ tmexxija

Sostenn ġenerali tal-baġit – tmexxija ċentralizzata

Kodiċi DAC

 

Settur

 

1.   Il-motivazzjoni fundamentali u l-kuntest ta’ l-OCT

Is-sitwazzjoni makro-ekonomika: l-istruttura tal-GDP; il-prestazzjoni ekonomika riċenti li tkopri t-tkabbir tal-GDP u l-inflazzjoni; il-finanzi pubbliċi, d-defiċit fiskali, il-piż tad-dejn u l-ammont ta’ l-arretrati; s-sehem mill-infiq f’setturi prinċipali; l-kont kurrenti u kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, r-riżervi; s-sitwazzjoni monetarja; r-rwol ta’ l-assistenza esterna fl-ekonomija; sommarju tat-tendenzi prinċipali tal-passat u mistennija fil-fatturi makro-ekonomiċi varjabbli; deskrizzjoni tar-relazzjoni bejn il-pajjiż sieħeb u l-Fond Monetarju Internazzjonali; kwalunkwe suġġett speċjali ta’ interess makro-ekonomiku speċifiku għall-OCT.

Il-profil u t-tendenzi fil-faqar: l-evoluzzjoni tal-GDP reali għal kull persuna mill-popolazzjoni; l-konsistenza bejn ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku u l-isfida tat-tnaqqis tal-faqar; ir-riżultati ta’ servejs tal-faqar; is-sitwazzjoni ta’ l-indikaturi soċjali prinċipali mqabbla ma’ pajjiżi oħra; l-evoluzzjoni ta’ l-indikaturi tas-snin riċenti (fejn ikunu disponibbli).

Indika li l-kriterju rilevanti ta’ eliġibbiltà għas-sostenn tal-baġit huwa sodisfatt, jiġifieri li politika makro-ekonomika orjentata għall-istabilità hija fil-post jew qed tiġi implimentata u li dil-politika għandha tiġi sostnuta mill-KE.

Il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet politiċi u strateġiċi prinċipali:

— Il-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT:

— 

— Il-karatteristiċi prinċipali tal-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT (analiżi tas-sitwazzjoni preżenti, dikjarazzjoni ta’ politika u strateġija, pjan(ijiet) ta’ azzjoni, perspettivi finanzjarji u baġit fuq perjodu ta’ żmien medju, kejl tal-prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni);

— Ir-realiżmu tal-politika u l-istrateġija (per eżempju konnessjonijiet bejn it-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar, orjentazzjonijiet strateġiċi);

— L-approprijazzjoni tal-politika u l-istrateġija.

— Il-kejl tal-prestazzjoni: l-eżistenza ta’ proċess ta’ monitoraġġ b’indikaturi tal-prestazzjoni biex ikejlu l-għanijiet milħuqa; l-koerenza ma’ l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju u l-approssimazzjoni politika u ekonomika ma’ l-UE; l-eżistenza ta’ programm biex jiżgura l-kwalità ta’ l-indikaturi tal-prestazzjoni użati.

— Indika li l-kriterju rilevanti ta’ eliġibbiltà għas-sostenn tal-baġit huwa sodisfatt, jiġifieri li politika u strateġija ta’ l-iżvilupp jew ta’ riforma definiti tajjeb, qegħdin fil-post jew qed jiġu implimentati u din il-politika għandha tiġi sostnuta mill-KE.

Deskrizzjoni ġenerali tal-karatteristiċi tas-setturi prinċipali u tal-politiki settorjali fl-oqsma ta’ prijorità indirizzati minn dan il-programm.

Kwistjonijiet prinċipali dwar finanzi pubbliċi f’żewġ oqsma prinċipali:

— It-Tmexxija Finanzjarja Pubblika:

— 

— Evalwazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ Tmexxija Finanzjarja Pubblika eżistenti;

— Evalwazzjoni tal-proċess ta’ titjib fit-Tmexxija Finanzjarja Pubblika, inkluż l-impenn ta’ l-awtoritajiet ta’ l-OCT li jtejbu l-prestazzjoni tat-Tmexxija Finanzjarja Pubblika; r-rilevanza u l-grad ta’ implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ riforma; ir-rilevanza u l-grad ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ l-iżvilupp tal-ħila fil-qasam tat-Tmexxija Finanzjarja Pubblika;

— Indika li l-kriterju rilevanti ta’ eliġibbiltà għas-sostenn tal-baġit huwa sodisfatt, jiġifieri li jeżisti programm kredibbli u rilevanti biex tittejjeb l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi.

— Il-Baġit Nazzjonali u l-perspettivi finanzjarji fuq perjodu ta’ żmien medju: id-daqs tas-sostenn tal-baġit meta mqabbel mal-baġit; it-tip ta’ baġit u xi jkopri (inklużi l-istruttura tad-dħul u l-infiq tal-baġit; il-koerenza bejn il-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT u l-allokazzjonijiet u nfiq tal-baġit; l-istrateġija tal-baġit (inkluża s-sostenibbiltà fiskali, s-sostenibbiltà tad-dejn, ir-regoli tal-baġit, strateġiji finanzjarji); kwalunkwe xogħol dwar valur għall-flus; u l-istatus ta’ kwalunkwe perspettivi finanzjarji fuq perjodu ta’ żmien medju (inklużi kopertura, il-grad ta’ integrazzjoni jew in-nuqqas tagħha fil-proċess tal-baġit, il-grad ta’ riorjentazzjoni f’konformità ma’ politiki u strateġiji).

Sommarju ta’ l-esperjenzi miksuba, inklużi r-riżultati ta’ revizjonijiet, evalwazzjonijiet, monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet preċedenti rilevanti għal dan il-programm speċifiku.

Deskrizzjoni ġenerali qasira ta’ azzjonijiet tal-KE li għadhom għaddejjin, azzjonijiet ta’ donaturi oħra u/jew ta’ l-OCT benefiċjarju komplementari ma’ dik preżenti.

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni ma’ l-OCT benefiċjarju u/jew donaturi oħra, notevolment Stati Membri.

2.   Deskrizzjoni

L-għanijiet ġenerali: mnisslin mill-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT, din normalment tkopri kontribuzzjoni għall-għanijiet ġenerali ta’ l-iżvilupp u l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju, bħat-tkabbir ekonomiku, it-tnaqqis tal-faqar, is-sigurtà u l-ħbiberija bejn il-ġirien, l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija, s-sħubija ekonomika.

L-iskop (għan speċifiku): mnissel mill-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT, għal aspetti partikolari ta’ l-istrateġija ġenerali. Dan ta’ spiss jiġi relatat ma’ titjib fl-istabbiltà makro-ekonomika, t-tmexxija finanzjarja pubblika, l-implimentazzjoni ta’ riformi u titjib fil-prestazzjoni ta’ servizzi governattivi u soċjali.

Ir-riżultati mistennija: dan ta’ spiss jiġi relatat mat-tħaddim aħjar tas-settur pubbliku jew governattiv ġenerali u l-oġġetti u s-servizz li jipprovdi, kif ukoll titjib fl-istruttura għall-politika pubblika u għan-nefqa pubblika. Dawn l-oġġetti u s-servizzi jkunu dawk li jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali, bħal dawk relatati mat-tnaqqis tal-faqar u l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju.

L-attivitajiet ikopru l-kwistjonijiet relatati mad-djalogu politiku, attivitajiet ta’ l-iżvilupp tal-ħila, l-monitoraġġ ta’ kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ flus għal sostenn tal-baġit. Mezzi (jew inputs) jirreferu l-aktar għas-sostenn finanzjarju provdut mis-sostenn tal-baġit, waqt li jindikaw id-daqs ta’ dan is-sostenn relatat ma’ fatturi varjabbli makro-ekonomiċi prinċipali.

Deskrizzjoni tal-partijiet interessati prinċipali, inklużi benefiċjarji; konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u msieħba oħra; approprijazzjoni u evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali.

L-identifikazzjoni tar-riskji prinċipali, notevolment fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u deskrizzjoni qasira ta’ miżuri li jimmitigaw.

Is-sostenibbiltà ambjentali, l-ugwaljanza tas-sessi, governanza tajba u drittijiet tal-bniedem.

3.   Kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni

Il-baġit totali u kalendarju indikattiv għall-ħruġ ta’ flus bix-xhur, li jiddistingwu porzjonijiet fissi/varjabbli fejn ikun xieraq.

It-tul ta’ żmien ta’ l-operazzjoni indikat f’xhur minn meta jiġi ffirmat il-Ftehim Finanzjarju.

Allokazzjonijiet tal-baġit għal miżuri komplementari ta’ sostenn għall-azzjoni.

Speċifika: dirett/indirett; allokat/mhux allokat; politika u strateġija fuq perjodu ta’ żmien medju/perjodu ta’ żmien qasir (kif ikun xieraq).

Għal sostenn komplementari bħal assistenza teknika, verifika u evalwazzjoni biss. Għandu jiddaħħal mingħajr modifika: “Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet esterni, fis-seħħ fiż-żmien tat-tnedija tal-proċedura in kwistjoni.”

Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni, kundizzjonijiet ġenerali għall-ħruġ ta’ flus tal-porzjonijiet kollha, kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħruġ ta’ flus ta’ porzjonijiet individwali. L-input, l-output, ir-riżultat, u, sa fejn ikun possibbli, l-indikaturi ta’ l-impatt għandhom jiġu identifikati għall-oqsma ta’ politika koperti bl-oqsma fokali. L-indikaturi għandhom iqisu l-kriterji SMART (specifiċi, li jistgħu jitkejjlu fuq perjodu ta’ żmien qasir/medju, li jistgħu jinkisbu, realistiċi u marbuta biż-żmien) u jinkludu livell tal-bidu, mira u terminu ta’ żmien ċar, biex jippermettu paraguni meta jsiru r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs u ta’ l-aħħar tat-terminu.

Deskrizzjoni ta’ l-evalwazzjonijiet (ta’ nofs it-terminu, finali, ex post) u l-arranġamenti ta’ verifika.

Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà.

GĦAŻLA C:   L-APPROĊĊ GĦALL-PROĠETT



Identifikazzjoni

Titolu

 

Spiża totali

Speċifika: Il-kontribuzzjoni tal-KE u jekk applikabbli l-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju (u ta’ donaturi oħra, jekk applikabbli)

Metodu ta’ għajnuna/Mod ta’ tmexxija

Approċċ għall-proġett – ċentralizzat (dirett jew indirett)/deċentralizzat/tmexxija konġunta

Kodiċi DAC

 

Settur

 

1.   Motivazzjoni fundamentali

Karatteristiċi u politiki tas-settur jew qasam tematiku ikkonċernat (fil-livell reġjonali, fejn ikun xieraq) u l-problemi prinċipali li l-proġett hu maħsub biex jindirizza.

Referenza għal reviżjonijiet, evalwazzjonijiet, riżultati ta’ monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet preċedenti, rilevanti għal dan il-proġett speċifiku.

Deskrizzjoni ġenerali qasira ta’ azzjonijiet tal-KE li għadhom għaddejjin, azzjonijiet ta’ donaturi oħra u/jew ta’ l-OCT benefiċjarju komplementari għal dak preżenti.

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni ma’ l-OCT benefiċjarju u/jew donaturi oħra, notevolment Stati Membri.

2.   Deskrizzjoni

Għanijiet u skop ġenerali (għan speċifiku) ta’ l-appoġġ tal-KE.

L-istrateġija magħżula biex tirrimedja problemi identifikati li l-proġett hu maħsub biex jindirizza; deskrizzjoni tar-riżultati mistennija u indikazzjoni tal-mod kif se jinkisbu.

Deskrizzjoni tal-partijiet interessati prinċipali, inklużi benefiċjarji; konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u msieħba oħra, fejn ikun xieraq; approprijazzjoni u evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali.

L-identifikazzjoni tar-riskji prinċipali u deskrizzjoni ġenerali ta’ miżuri li jimmitigaw, inklużi kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti qabel u waqt l-implimentazzjoni; elementi li jagħtu prova tas-sostenibbiltà ta’ l-azzjoni proposta.

Is-sostenibbiltà ambjentali, l-ugwaljanza tas-sessi, governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem.

3.   Kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni

Agħżel l-għażla rilevanti skond il-modalità finanzjarja magħżula:

— Tmexxija ċentralizzata.

— Tmexxija konġunta permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali.

— Tmexxija deċentralizzata permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim finanzjarju ma’ OCT (fil-każ ta’ implimentazzjoni ċentralizzata parzjalment u implimentazzjoni deċentralizzata parzjalment, uża din l-għażla).

— Indika l-kompiti (proċeduri/ħlasijiet ta’ akkwist u ta’ għoti ta’ għotjiet) previsti bħala li huma ċentralizzati jew deċentralizzati, u l-awtorità(jiet) li jikkuntrattaw u li jħallsu.

— Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist u ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet:

— 

— Il-Kummissjoni tikkontrolla ex ante il-proċeduri kuntrattwali għal kuntratti ta’ akkwist > EUR 50 000 u ex post għal kuntratti ta’ akkwist < EUR 50 000.

— Jew

— Il-Kummissjoni tikkontrolla ex post il-proċeduri kuntrattwali (deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintgħażel biss jekk il-kriterji ta’ deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jiġu sodisfatti kollha).

— Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni tal-ħlasijiet (possibbli biss meta l-proċeduri ta’ l-għoti tal-kuntratti rilevanti jkunu ġew deċentralizzati):

— 

— Permezz ta’ l-istimi tal-programm, il-ħlasijiet jiġu deċentralizzati għall-ispejjeż amministrattivi u kuntratti sal-limiti segwenti:

— 



Xogħlijiet

Provvisti

Servizzi

Għotjiet

< EUR 300 000

< EUR 150 000

< EUR 200 000

≤ EUR 100 000

— Jew

— Il-ħlasijiet huma deċentralizzati kompletament. (Deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintgħażel biss jekk il-kriterji tad-deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jiġu sodisfatti kollha).

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika għal dawk l-attivitajiet li għalihom japplikaw il-proċeduri tal-KE: “Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet esterni, fis-seħħ fiż-żmien tat-tnedija tal-proċedura in kwistjoni.”

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika jekk il-ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali jipprevedi l-użu tar-regoli u proċeduri tiegħu stess, li jkunu konformi ma’ l-istandards internazzjonali stabbiliti: “Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali kkonċernata.”

Jekk japplikaw regoli u proċeduri oħra barra proċeduri tal-KE, dawn il-proċeduri għandhom jiġu speċifikati u għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Analiżi indikattiva ta’ l-ammont totali skond il-komponenti prinċipali, inklużi l-evalwazzjoni, il-verifika u l-viżibbiltà. Fejn ikun xieraq, speċifika wkoll il-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju għal kull oġġett tal-baġit u jekk din il-kontribuzzjoni tkunx b’oġġetti jew bi flus.

Fejn ikun possibbli, indika l-proporzjonijiet ta’ finanzjament riżervat għal għotjiet u għal kuntratti ta’ akkwist; għal kuntratti, indika t-tip ta’ akkwist (servizzi, provvista, xogħlijiet), u għal għotjiet indika l-kategorija prinċipali tal-benefiċjarji li għalihom huma maħsuba.

Jekk huwa applikabbli, agħti perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ l-akkwist jew is-sejħa għal proposti.

It-tul ta’ żmien previst ta’ l-operazzjoni indikat f’xhur minn meta jiġi ffirmat il-Ftehim Finanzjarju (kuntratt jew ftehim ieħor li jimplimenta jekk ma jiġix iffirmat Ftehim Finanzjarju).

Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni; deskrizzjoni qasira ta’ l-indikaturi prinċipali li jkejlu l-progress. L-input, l-output, ir-riżultat, u, sa fejn ikun possibbli, l-indikaturi ta’ l-impatt għandhom jiġu identifikati għall-oqsma ta’ politika koperti bl-oqsma fokali. L-indikaturi għandhom jiġu identifikati għall-oqsma tal-politika koperti mill-qasam fokali. L-indikaturi għandhom iqisu l-kriterji SMART (specifiċi, li jistgħu jitkejlu fuq perjodu ta’ żmien qasir/medju, li jistgħu jinkisbu, realistiċi u marbuta biż-żmien) u jinkludu livell tal-bidu, mira u terminu ta’ żmien ċar, biex jippermettu paraguni meta jsiru r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs u ta’ l-aħħar tat-terminu.

Deskrizzjoni ta’ l-evalwazzjonijiet (ta’ nofs it-terminu, finali, ex post) u l-arranġamenti ta’ verifika.

Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà.



( 1 ) ĠU L 314, 30.11.01, p. 1.

( 2 ) ĠU L 317, 15.12.02, p. 355.

( 3 ) Għadu mhux ppublikat - COM(2002)290 finali, tal-11.06.2002.