6.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9053 — Sumitomo/Tierra/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 274/04)

1.   

Fis-27 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun),

—

Tierra S.p.A. (“Tierra”, l-Italja), impriża konġunta (joint venture, JV) bejn Topcon Corporation (il-Ġappun) u Elda Ingegneria S.r.l., (l-Italja),

—

Joint venture li għadha kif inħolqot (il-“JV”, l-Indoneżja).

Sumitomo u Tierra jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-jpint venture li għadha kemm inħolqot.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Sumitomo: Sumitomo hija attiva f’diversi setturi, kemm fil-Ġappun u kemm barra l-Ġappun, bħal: il-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, it-trasport u sistemi tal-kostruzzjoni, l-ambjent u l-infrastruttura, il-kimiċi u l-elettronika, il-midja, in-networks u oġġetti relatati mal-istil ta’ ħajja, riżorsi minerali, l-enerġija u x-xjenzi tal-ħajja.

—   Tierra: Tierra tiżviluppa u tipprovdi sistemi ta’ ġstjoni tal-informazzjoni telematikau soluzzjonijiet ta’ software. Hija sservi lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali u suq ta’ wara l-bejgħ lill-klijenti fl-agrikoltura, il-kostruzzjoni, is-surveying, u setturi industrijali ġenerali mad-dinja kollha, inkluż fiż-ŻEE.

—   il-JV: il-JV se tkun attiva fl-Indja u fl-Asja tax-Xlokk fil-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar l-IT u l-ġestjoni ta’ faċilitajiet oħra tal-kompjuter billi tipprovdu servizzi integrati ta’ hardware u software u telematiċi għal servizzi u soluzzjonijiet telematiċi u tal-internet-of-things (IoT), inkluż b’mod partikolari sistemi ta’ intraċċar u kontroll tal-vetturi u tal-assi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9053 — Sumitomo/Tierra/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.