02018R0956 — MT — 19.11.2020 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2018/956 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173 9.7.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/888 tat-13 ta' Marzu 2019 |
L 142 |
43 |
29.5.2019 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1242 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
202 |
25.7.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1589 tat-22 ta’ Lulju 2020 |
L 360 |
4 |
30.10.2020 |
|
REGOLAMENT (UE) 2018/956 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Ġunju 2018
dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati fl-Unjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-monitoraġġ u r-rappurtar mill-Istati Membri u mill-manifatturi ta’ vetturi heavy-duty ta’ data dwar vetturi heavy-duty ġodda.
Huwa japplika fir-rigward tal-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin:
il-vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 b’massa ta’ referenza li teċċedi 2 610 kg u li ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u l-vetturi kollha tal-kategoriji M3 u N3;
il-vetturi tal-kategoriji O3 u O4.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawk il-vetturi huma msemmijin bħala vetturi heavy-duty.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u fir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Artikolu 4
Monitoraġġ u rappurtar mill-Istati Membri
Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-2020 ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data tal-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.
Fir-rigward tal-2019, id-data rrappurtata sat-30 ta’ Settembru 2020 għandha tinkludi d-data mmonitorjata mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.
Id-data relatata ma’ vetturi tqal ġodda li ġew irreġistrati preċedentement barra l-Unjoni ma għandhiex tiġi mmonitorjata u rrappurtata, sakemm dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni.
Artikolu 5
Monitoraġġ u rappurtar mill-manifatturi
Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi ta’ vetturi tqal għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dik id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju, b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.
Fir-rigward tal-2019, il-manifatturi għandhom jirrappurtaw id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.
Id-data ta’ simulazzjoni għandha tkun id-data rrappurtata b’konformità mal-entrata tad-data 71 fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I.
Artikolu 6
Reġistru Ċentrali għal data dwar vetturi heavy-duty
Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament bl-eċċezzjoni tal-entrata tad-data (a) speċifikata fil-Parti A tal-Anness I u l-entrati tad-data 1, 24, 25, 32, 33, 39 u 40 speċifikati fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I. Fir-rigward tal-entrata tad-data 23 speċifikata fil-punt 2 tal-parti B tal-Anness I, il-valur għandu jsir disponibbli pubblikament f’format ta’ firxa ta’ valuri kif stabbilit fil-Parti C tal-Anness I.
Artikolu 7
Monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq
Artikolu 8
Il-kwalità tad-data
Artikolu 9
Multi amministrattivi
Il-Kummissjoni tista’ timponi multa amministrattiva f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:
fejn issib li d-data rappurtata mill-manifattur taħt l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament tiddevja mid-data li tirriżulta mill-fajl tar-rekords tal-manifattur jew iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għall-magna maħruġ fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, u d-devjazzjoni tkun intenzjonata jew minħabba traskuraġni serja;
fejn id-data ma tkunx ppreżentata fi żmien id-data ta’ skadenza applikabbli skont l-Artikolu 5(1) u d-dewmien ma jistax ikun debitament ġustifikat.
Għall-iskopijiet tal-verifika tad-data msemmija fil-punt (a), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet ta’ approvazzjoni rilevanti.
Il-multi amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi u m’għandhomx jeċċedu EUR 30 000 għal kull vettura heavy-duty kkonċernata minn devjazzjoni jew dewmien ta’ data kif imsemmi fil-punti (a) u (b).
L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari d-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u ta’ sigrieti kummerċjali;
fil-kalkolu tal-multa amministrattiva adatta, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività, b’kont meħud, fejn rilevanti, tas-serjetà u l-effetti tad-devjazzjoni jew tad-dewmien, l-għadd ta’ vetturi heavy-duty kkonċernati minn devjazzjoni jew dewmien ta’ data, il-bona fides tal-manifattur, il-grad ta’ diliġenza u kooperazzjoni tal-manifattur, ir-ripetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul ta’ żmien tad-devjazzjoni jew id-dewmien kif ukoll sanzjonijiet preċedenti imposti fuq l-istess manifattur;
il-multi amministrattivi għandhom jinġabru mingħajr dewmien żejjed billi jiġu ffissati skadenzi għall-ħlas u, skont il-każ, tiġi inkluża l-possibbiltà li l-ħlas jinqasam f’diversi pagamenti parzjali u fażijiet.
Artikolu 10
Rapport
Artikolu 11
L-emendar tal-Annessi
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 13 bil-ħsieb li temenda l-Annessi għall-iskop ta’:
l-aġġornament jew l-aġġustament tar-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-Parti A u l-Parti B tal-Anness I, fejn dan jitqies li hu neċessarju biex tiġi prevista analiżi bir-reqqa skont l-Artikolu 10;
l-ikkompletar tas-snin tal-bidu fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I;
l-aġġornament jew l-aġġustament tal-firxiet ta’ valuri stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I biex jitqiesu l-bidliet fit-tfassil ta’ vetturi heavy-duty u biex ikun żgurat li l-firxiet ta’ valuri jibqgħu rilevanti għal skopijiet ta’ informazzjoni u komparabbiltà;
l-aġġustament tal-proċedura ta’ monitoraġġ u rappurtar speċifikata fl-Anness II biex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Il-proċedura tal-kumitat
Artikolu 13
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Regoli dwar data li għandha tiġi mmonitorjata u rappurtata
PARTI A:DATA LI GĦANDHA TIĠI MMONITORJATA U RAPPURTATA MILL-ISTATI MEMBRI:
in-numri tal-identifikazzjoni tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 li huma rreġistrati fit-territorju ta’ Stat Membru;
l-isem tal-manifattur;
id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur);
għall-vetturi rreġistrati sal-31 ta' Diċembru 2019 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta' Jannar 2020 f'kull każ, il-kodiċi għall-karozzerija kif speċifikat fil-punt 38 taċ-ċertifikat ta' konformità, inkluż, fejn applikabbli, iċ-ċifri supplimentari msemmija fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE;
fil-każ tal-vetturi heavy-duty msemmija fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, l-informazzjoni fuq l-impjant tal-enerġija speċifikata fil-punti 23, 23.1 u 26 taċ-ċertifikat ta’ konformità;
għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta' Jannar 2020, il-veloċità massima tal-vettura kif speċifikata fl-entrata 29 taċ-ċertifikat tal-konformità;
għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021 fil-każijiet kollha, l-istadju tal-ikkompletar, kif indikat fil-mudell magħżul taċ-ċertifikat tal-konformità skont il-punt 2 tal-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE;
il-kategorija tal-vettura kif speċifikat fl-entrata 0.4 taċ-ċertifikat tal-konformità;
għall-vetturi rreġistrati sal-31 ta’ Diċembru 2020 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2021 fil-każijiet kollha, l-għadd ta’ fusien, kif speċifikat fl-entrata 1 taċ-ċertifikat tal-konformità;
il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli, kif speċifikat fl-entrata 16.1 taċ-ċertifikat tal-konformità;
għall-vetturi rreġistrati sal-31 ta’ Diċembru 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2022 fil-każijiet kollha, il-marka tal-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur kif speċifikat fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat tal-konformità; għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw biss l-ewwel tmien karattri tal-hash kriptografika;
għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021 fil-każijiet kollha, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi kif speċifikat fl-entrata 49.5 taċ-ċertifikat tal-konformità;
għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021 fil-każijiet kollha, il-valur medju tat-tagħbija utli kif speċifikat fl-entrata 49.6 taċ-ċertifikat tal-konformità;
id-data tar-reġistrazzjoni.
PARTI B: DATA LI GĦANDHA TIĠI MMONITORJATA U RAPPURTATA MILL-MANIFATTURI TA’ VETTURI HEAVY-DUTY
1. Is-snin tal-bidu għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data għall-kategoriji ta’ vetturi heavy-duty stipulati fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2:
|
Kategorija ta’ vetturi heavy-duty |
Grupp ta’ vetturi fil-kategorija tal-vetturi (kif imsemmi fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/2400) |
Sena tal-bidu Monitoraġġ |
Sena tal-bidu Rappurtar |
|
N1 |
— |
— |
— |
|
N2 |
1 u 2 |
2020 |
2021 |
|
N3 |
3 |
2020 |
2021 |
|
4, 5, 9 u 10 |
2019 |
2020 |
|
|
11, 12 u 16 |
2020 |
2021 |
|
|
M1 |
— |
— |
— |
|
M2 |
— |
— |
— |
|
M3 |
— |
— |
— |
|
O3 |
— |
— |
— |
|
O4 |
— |
— |
— |
2. Data li għandha tiġi mmonitorjata u rappurtata:
|
Nru |
Parametri tal-monitoraġġ |
Is-sors: Parti I tal- Anness IV għar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor |
Deskrizzjoni |
|
1 |
Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) |
1.1.3 |
Identifikazzjoni tal-vettura u l-komponenti |
|
2 |
Numru taċ-ċertifikazzjoni tal-magna |
1.2.2 |
|
|
3 |
Numru taċ-ċertifikazzjoni CdxA (1) (jekk applikabbli) |
1.8.3 |
|
|
4 |
Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-trażmissjoni |
1.3.2 |
|
|
5 |
Numru ta' ċertifikazzjoni tal-fus |
1.7.2 |
Speċifikazzjonijiet tal-fus |
|
6 |
Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 1 |
1.9.2 |
Identifikazzjoni tal-vettura u l-komponenti |
|
7 |
Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 2 |
1.9.6 |
|
|
8 |
Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 3 |
1.9.10 |
|
|
9 |
Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-tajer, fus 4 |
1.9.14 |
|
|
10 |
Kategorija tal-vettura (N1, N2, N3, M1, M2, M3) |
1.1.4 |
Klassifikazzjoni tal-vettura |
|
11 |
Konfigurazzjoni tal-fus |
1.1.5 |
|
|
12 |
Piż gross massimu tal-vettura (t) |
1.1.6 |
|
|
13 |
Grupp tal-vettura |
1.1.7 |
|
|
14 |
Isem u indirizz tal-manifattur |
1.1.1 |
Speċifikazzjoni tal-vettura u tax-xażì |
|
15 |
L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur) |
— |
Speċifikazzjonijiet tal-Vettura |
|
16 |
Massa attwali kkoreġuta tal-vettura mingħajr okkupanti (kg) |
1.1.8 |
|
|
17 |
Potenza nominali tal-magna (kW) |
1.2.3 |
Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna |
|
18 |
Veloċità tal-magna mhux ingranata (1/min) |
1.2.4 |
|
|
19 |
Veloċità nominali tal-magna (1/min) |
1.2.5 |
|
|
20 |
Kapaċità tal-magna (ltr) |
1.2.6 |
|
|
21 |
Tip ta' fjuwil (Diżil CI/CNG PI/LNG PI ...) |
1.2.7 |
Speċifikazzjonijiet tal-magna |
|
22 |
Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta’ CdxA (valuri jew kejl standard) |
1.8.2 |
Ajrudinamika |
|
23 |
Valur CdxA (valur tar-reżistenza tal-arja) |
1.8.4 |
|
|
24 |
Isem u indirizz tal-manifattur tat-trażmissjoni |
Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400 |
Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-trażmissjoni |
|
25 |
Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tat-trażmissjoni) |
Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400 |
|
|
26 |
Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tal-mapep tat-telf tal-għodda tas-simulazzjoni (Opzjoni 1/Opzjoni 2/Opzjoni 3/Valuri standard) |
1.3.3 |
|
|
27 |
Tip ta’ trażmissjoni (SMT (2), AMT (3), APT (4) -S (5), APT-P (6)) |
1.3.4 |
|
|
28 |
Għadd ta’ gerijiet |
1.3.5 |
|
|
29 |
Proporzjon tal-ger finali tat-trażmissjoni |
1.3.6 |
|
|
30 |
Tip ta’ ritardant |
1.3.7 |
|
|
31 |
Konnessjoni motorizzata (iva/le) |
1.3.8 |
|
|
32 |
Isem u indirizz tal-manifattur tal-fus |
Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400 |
Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-fus |
|
33 |
Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tal-fus) |
Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400 |
|
|
34 |
Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta’ mappa tat-telf tal-għodda tas-simulazzjoni (valuri/kejl standard) |
1.7.3 |
|
|
35 |
Tip ta’ fus (eż. fus wieħed standard operat) |
1.7.4 |
|
|
36 |
Proporzjon tal-fus |
1.7.5 |
|
|
37 |
Opzjoni taċ-ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta’ mappa tat-telf tal-għodda tas-simulazzjoni (valuri/kejl standard) |
1.6.3 |
L-ispeċifikazzjonijiet tas-sewqan f’angolu |
|
38 |
Proporzjon tas-sewqan f’angolu |
1.6.4 |
|
|
39 |
Isem u indirizz tal-manifattur tat-tajers |
Il-punt 1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400 |
Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-tajers |
|
40 |
Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tat-tajers) |
Il-punt 3 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400 |
|
|
41 |
Daqs tat-tajer, fus 1 |
1.9.1 |
|
|
42 |
Koeffiċjent speċifiku tar-reżistenza għad-dawrien (RRC, rolling resistance coefficient) tat-tajers kollha fuq il-fus 1 |
1.9.3 |
|
|
43 |
Daqs tat-tajer, fus 2 |
1.9.4 |
|
|
44 |
Fus doppju (iva/le) fus 2 |
1.9.5 |
|
|
45 |
RRC speċifika tat-tajers kollha fuq il-fus 2 |
1.9.7 |
|
|
46 |
Daqs tat-tajer, fus 3 |
1.9.8 |
|
|
47 |
Fus doppju (iva/le), fus 3 |
1.9.9 |
|
|
48 |
RRC speċifika tat-tajers kollha fuq il-fus 3 |
1.9.11 |
|
|
49 |
Daqs tat-tajer fus 4 |
1.9.12 |
|
|
50 |
Fus doppju (iva/le) fus 4 |
1.9.13 |
|
|
51 |
RRC speċifika tat-tajers kollha fuq il-fus 4 |
1.9.15 |
|
|
52 |
Teknoloġija tal-fann tat-tkessiħ tal-magna |
1.10.1 |
Speċifikazzjonijiet ewlenin awżiljarji |
|
53 |
Teknoloġija tal-pompa tal-istering |
1.10.2 |
|
|
54 |
Teknoloġija tas-sistema tal-elettriku |
1.10.3 |
|
|
55 |
Teknoloġija tas-sistema pnewmatika |
1.10.4 |
|
|
56 |
Profil tal-missjoni (trasport fit-tul, trasport fit-tul (EMS (7)), reġjonali, reġjonali (EMS), urban, muniċipali, kostruzzjoni) |
2.1.1 |
Parametri ta’ simulazzjoni (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni) |
|
57 |
Tagħbija (kif definita fl-għodda tas-simulazzjoni) (kg) |
2.1.2 |
|
|
58 |
Tip ta’ fjuwil (diżil/petrol/LPG/CNG/...) |
2.1.3 |
|
|
59 |
Massa totali tal-vettura taħt simulazzjoni (kg) |
2.1.4 |
|
|
60 |
Veloċità medja (km/h) |
2.2.1 |
Rendiment tas-sewqan tal-vettura (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni) |
|
61 |
Veloċità minima istantanja (km/h) |
2.2.2 |
|
|
62 |
Veloċità massima istantanja (km/h) |
2.2.3 |
|
|
63 |
Deċellerazzjoni massima (m/s2) |
2.2.4 |
|
|
64 |
Aċċellerazzjoni massima (m/s2) |
2.2.5 |
|
|
65 |
Perċentwal tat-tagħbija sħiħa fuq il-ħin tas-sewqan |
2.2.6 |
|
|
66 |
Għadd totali tat-tibdil tal-gerijiet |
2.2.7 |
|
|
67 |
Distanza totali misjuqa (km) |
2.2.8 |
|
|
68 |
Emissjonijiet CO2 (espressi fi g/km, g/t-km, g/p-km, g/m3-km) |
2.3.13-2.3.16 |
emissjonijiet ta’ CO2 u konsum tal-fjuwil (għal kull profil/tagħbija/kombinazzjoni tal-fjuwil tal-missjoni) |
|
69 |
Konsum tal-fjuwil (espress fi g/km, g/t-km, g/p-km, g/m3-km, l/100 km, l/t-km, l/p-km, l/m3-km, MJ/km, MJ/t-km, MJ/p-km, MJ/m3-km) |
2.3.1-2.3.12 |
|
|
70 |
Verżjoni (X.X.X.) tal-għodda ta’ simulazzjoni |
3.1.1 |
Informazzjoni tas-softwer u l-utent |
|
71 |
Data u ħin tas-simulazzjoni |
3.1.2 |
|
|
72 |
Numru tal-liċenzja biex topera l-għodda tas-simulazzjoni |
— |
|
|
73 |
Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur |
3.1.4 |
Informazzjoni dwar is-softwer |
|
74 |
Teknoloġiji avvanzati għat-tnaqqis tas-CO2 |
— |
Teknoloġiji għat-tnaqqis tas-CO2 tal-vettura |
|
75 |
Emissjonijiet ta’ massa ta’ CO2 għat-test WHTC (8) (g/kWh) |
Il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli |
Emissjonijiet ta’ CO2 tal-magna u konsum ta’ fjuwil speċifiku |
|
76 |
Konsum ta’ fjuwil tal-magna ’l fuq minn WHTC (g/kWh) |
Il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli |
|
|
77 |
Emissjonijiet ta’ massa ta’ CO2 tal-magna ’l fuq minn WHSC (9) (g/kWh) |
Il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli |
|
|
78 |
Konsum ta’ fjuwil tal-magna ’l fuq minn WHSC (g/kWh) |
Il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum għall-Appendiċi 7, għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli |
|
|
79 |
Mudell tal-vettura |
1.1.2 |
Speċifikazzjonijiet tal-Vettura |
|
80 |
Vettura vokazzjonali (iva/le) |
1.1.9 |
|
|
81 |
Vettura tqila b'emissjonijiet żero (iva/le) |
1.1.10 |
|
|
82 |
Vettura tqila elettrika ibrida (iva/le) |
1.1.11 |
|
|
83 |
Vettura li tuża żewġ tipi ta' fjuwil (iva/le)… |
1.1.12 |
|
|
84 |
Kabina tal-irqad (iva/le) |
1.11.13 |
|
|
85 |
Mudell tal-magna (10) |
1.2.1 |
Speċifikazzjonijiet tal-magna |
|
86 |
Mudell tat-trażmissjoni (10) |
1.3.1 |
Speċifikazzjonijiet tat-trażmissjoni |
|
87 |
Mudell tat-tardjatur (10) |
1.4.1 |
Speċifikazzjonijiet tat-tardjatur |
|
88 |
Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tardjatur |
1.4.2 |
|
|
89 |
Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard) |
1.4.3 |
|
|
90 |
Mudell tal-konvertitur tat-torque (10) |
1.5.1 |
Speċifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque |
|
91 |
Numru ta' ċertifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque |
1.5.2 |
|
|
92 |
Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard) |
1.5.3 |
|
|
93 |
Mudell tal-angle drive (10) |
1.6.1 |
Speċifikazzjonijiet tal-angle drive |
|
94 |
Numru ta' ċertifikazzjoni tal-angle drive |
1.6.2 |
|
|
95 |
Mudell tal-fus (10) |
1.7.1 |
Speċifikazzjonijiet tal-fus |
|
96 |
Mudell tar-reżistenza tal-arja (10) |
1.8.1 |
Ajrudinamika |
|
97 |
Start-stop tal-magna matul il-waqfiet tal-vettura (iva/le) |
1.12.1 |
Sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq (ADAS) |
|
98 |
Eco-roll mingħajr start-stop tal-magna (iva/le) |
1.12.2 |
|
|
99 |
Eco-roll b'start-stop tal-magna (iva/le) |
1.12.3 |
|
|
100 |
Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv (iva/le) |
1.12.4 |
|
|
101 |
Għall-vetturi b’data tas-simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2020, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna |
Il-punt 1.2.1. tal-Addendum tal-Appendiċi 5, 6 jew 7 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema tkun applikabbli. |
Speċifikazzjonijiet tal-magna |
|
(1)
Reżistenza tal-arja.
(2)
Trażmissjoni Manwali Sinkronizzata.
(3)
Trażmissjoni Manwali Awtomatizzata jew Trażmissjoni Ingranata Mekkanikament Awtomatika.
(4)
Trażmissjoni b’Powershifting Awtomatiku.
(5)
“S” tindika l-arranġament serjali ta’ torque converter u l-partijiet mekkaniċi konnessi tat-trażmissjoni.
(6)
“P” tindika l-arranġament parallel ta’ torque converter u l-partijiet mekkaniċi konnessi tat-trażmissjoni (p.e. f’installazzjonijiet ta’ power split).
(7)
Sistema Modulari Ewropea (EMS, European Modular System) f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(8)
World Harmonized Transient Driving Cycle.
(9)
World Harmonized Steady state Cycle.
(10)
L-entrati tad-data 85, 86, 87, 90, 93, 95 u 96 ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fir-Reġistru Ċentrali fuq vetturi heavy-duty. |
|||
PARTI C: VALUR TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA (CDXA) FIRXIET TA’ VALURI GĦALL-ISKOP TA’ PUBBLIKAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 6
Għall-fini li jkun pubblikament disponibbli l-valur CdxA speċifikat fl-entrata tad-data 23 skont l-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tuża l-firxiet ta’ valuri definiti fit-tabella li ġejja li fiha l-firxa korrispondenti għal kull valur CdxA:
|
Firxa |
Valur CdxA [m2] |
|
|
CdxA Min (CdxA ≥ min CdxA) |
CdxA Mass (CdxA < MaxCdxA) |
|
|
A1 |
0,00 |
3,00 |
|
A2 |
3,00 |
3,15 |
|
A3 |
3,15 |
3,31 |
|
A4 |
3,31 |
3,48 |
|
A5 |
3,48 |
3,65 |
|
A6 |
3,65 |
3,83 |
|
A7 |
3,83 |
4,02 |
|
A8 |
4,02 |
4,22 |
|
A9 |
4,22 |
4,43 |
|
A10 |
4,43 |
4,65 |
|
A11 |
4,65 |
4,88 |
|
A12 |
4,88 |
5,12 |
|
A13 |
5,12 |
5,38 |
|
A14 |
5,38 |
5,65 |
|
A15 |
5,65 |
5,93 |
|
A16 |
5,93 |
6,23 |
|
A17 |
6,23 |
6,54 |
|
A18 |
6,54 |
6,87 |
|
A19 |
6,87 |
7,21 |
|
A20 |
7,21 |
7,57 |
|
A21 |
7,57 |
7,95 |
|
A22 |
7,95 |
8,35 |
|
A23 |
8,35 |
8,77 |
|
A24 |
8,77 |
9,21 |
ANNESS II
Rappurtar u ġestjoni tad-data
1. RAPPURTAR MILL-ISTATI MEMBRI
1.1. Id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 4 mill-punt tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti permezz tat-trasferiment ta’ data elettronika lir-Repożitorju tad-Data Ċentrali ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”).
Il-punt tal-kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika lill-indirizzi li ġejjin:
EC-CO2-HDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu
u
HDV-monitoring@eea.europa.eu
2. RAPPURTAR MILL-MANIFATTURI
2.1. Il-manifatturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018 l-informazzjoni li ġejja:
isem il-manifattur indikat fiċ-ċertifikat ta’ konformità jew fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali;
il-kodiċi tan-Numru ta’ Identifikazzjoni Dinji tal-Manifattur (il-kodiċi WMI) kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 ( 5 ) biex jintuża fin-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi ta’ vetturi heavy-duty ġodda li ser jitpoġġew fis-suq;
il-punt tal-kuntatt responsabbli għat-tqegħid tad-data fir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju tal-Aġenzija.
Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni.
In-notifiki għandhom jintbagħtu lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.
2.2. Manifatturi ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1.
2.3. Id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 5(1) mill-punt tal-kuntatt tal-manifattur permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-data lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju ġestit mill-Aġenzija.
Il-punt tal-kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.
3. IPPROĊESSAR TA’ DATA
3.1. L-Aġenzija għandha tipproċessa d-data trażmessa skont il-punti 1.1 u 2.3 u għandha tirreġistra d-data pproċessata fir-Reġistru.
3.2. Id-data relatata ma’ vetturi tqal irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti u rreġistrata fir-Reġistru għandha ssir pubblika sat-30 ta’ April ta’ kull sena, mill-2021, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data speċifikati fl-Artikolu 6(1).
3.3. Fejn awtorità kompetenti jew il-manifatturi jidentifikaw żbalji fid-data sottomessa, dawn għandhom jinnotifikawhom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija billi jissottomettu rapport ta’ notifika ta’ żball lir-Repożitorju tad-Data Ċentrali jew lir-Repożitorju tad-Data tan-Negozju u bil-posta elettronika mibgħuta lill-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.
3.4. Bl-appoġġ tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-iżbalji nnotifikati u, fejn xieraq, tikkoreġi d-data fir-Reġistru.
3.5. Bl-appoġġ tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati elettroniċi għat-trażmissjonijiet tad-data msemmija fil-punti 1.1 u 2.3 fiż-żmien dovut qabel id-dati tal-iskadenza tat-trażmissjoni.
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).