Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Dada vs UASI – Dada (DADA)
(Kawża T-101/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DADA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DADA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 46-48)
2. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 29-31)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1342/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dada Srl u Dada SpA. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Dada SpA |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark figurattiva DADA għal servizzi fil-klassi 42 – Applikazzjoni Nru 1903111 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Dada Srl |
|
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark verbali Taljana DADA, għal servizzi fil-klassijiet 35, 37, 38 u 42, kif ukoll l-isem kummerċjali DADA, użat fil-kummerċ fl-Italja sabiex jidentifika dawn l-attivitajiet: “ġestjoni tan-negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, funzjonijiet ta’ uffiċċju, affarijiet dwar proprjetà immobbli, telekomunikazzjonijiet, edukazzjoni, taħriġ, servizzi legali, programmazzjoni għal kompjuters” |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni għas-servizzi inkwistjoni miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Deċiżjoni appellata kkonfermata u appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Dada SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |