|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3020 |
6.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3020
tad-29 ta’ Novembru 2024
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
L-hekk imsejħa ponot tal-pipetti, magħmula minn plastiks tal-polipropilen transluċidi, f’forma ċilindrika b’ponta konika, b’diversi dijametri u tulijiet. Il-ponot tal-pipetti huma komponenti interkambjabbli li jintremew wara l-użu, li jistgħu jitwaħħlu f’apparat tal-pipettar u f’sistemi ta’ dożaġġ awtomatizzati (robots tad-dożaġġ). Dawn il-prodotti huma mfassla biex jintużaw f’diversi applikazzjonijiet speċifiċi għad-dijanjostika u r-riċerka biex jiġu trasferiti ammonti żgħar u preċiżi ta’ likwidi b’mod akkurat u konsistenti. (Ara l-istampa) (*1) |
3926 90 97 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 . Għalkemm il-ponot tal-pipetti huma tajbin għall-użu, biss jew prinċipalment, mal-apparat tal-pipettar u mas-sistemi ta’ dożaġġ awtomatizzati tal-intestatura 8479 u huma involuti b’mod sinifikanti fl-assorbiment u d-dożaġġ preċiż tal-likwidu, ma jistgħux jitqiesu bħala partijiet ta’ dawn l-apparati, peress li huma komponenti interkambjabbli li jintremew wara l-użu. Barra minn hekk, filwaqt li apparat tal-pipettar jew sistema ta’ dożaġġ awtomatizzata ma jistgħux iwettqu l-funzjoni tagħhom mingħajr il-ponot tal-pipetti, huwa madankollu stabbilit li l-funzjonament mekkaniku u elettriku ta’ dawk il-magni ma jiddependix mill-ponot tal-pipetti. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8479 , bħala partijiet tal-apparat tal-pipettar hija eskluża. (Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża C-336/11, Rohm & Haas Electronic Materials CMP Europe GmbH et., ECLI:EU:C:2012:500, il-punti 35-39.) Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom, il-prodotti għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostitwenti tagħhom, taħt l-intestatura 3926 , bħala oġġetti tal-plastik. Għaldaqstant, il-prodotti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 bħala oġġetti oħrajn tal-plastik. |
|
|
||
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3020/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)