28.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1104

tat-23 ta’ Lulju 2020

dwar il-konferma mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/1/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbilixxiet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) għall-perijodu sal-31 ta’ Marzu 2021.

(2)

L-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, minkejja dan il-perijodu, l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni trid tiġi kkonfermata mill-ġdid kull erba’ xhur u li l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jrid itawwal l-operazzjoni sakemm l-iskjerament tal-assi marittimi tal-operazzjoni ma jipproduċix effett ta’ attrazzjoni fuq il-migrazzjoni abbażi ta’ evidenza sostanzjata miġbura skont il-kriterji stabbiliti fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni pprovda rapporti dwar il-fattur ta’ attrazzjoni għal kull xahar.

(4)

Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni tiġi kkonfermata mill-ġdid għat-tieni perijodu ta’ erba’ xhur tal-mandat tagħha u jenħtieġ li din l-operazzjoni tittawwal skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni ta’ EUNAVFOR MED IRINI hija b’dan ikkonfermata mill-ġdid u l-operazzjoni mtawla mill-31 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Novembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4.