13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9324 — ALSO/ABC Data)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 163/03)

1.   

Fit-2 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ALSO Holding AG (“ALSO”, l-Isvizzera),

—

ABC Data Group (“ABC Data”, il-Polonja).

ALSO takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ ABC Data kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tal-akkwist ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   ALSO: il-bejgħ bl-ingrossa fl-Ewropa ta’ prodotti, soluzzjonijiet u servizzi tat-Teknoloġija tal-Informatika, tat-Telekomunikazzjonijiet (“ICT”) u tal-Elettronika tal-Konsumatur (“CE”).

—   ABC Data: il-bejgħ bl-ingrossa ta’ kompjuters, periferali u software, tagħmir tat-telekomunikazzjoni u tagħmir elettroniku għall-konsumatur kif ukoll il-forniment ta’ servizzi relatati (finanzjament, appoġġ lill-konsumatur, konsulenza, eċċ).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9324 — ALSO/ABC Data

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).