Official Journal L 309 , 19/11/1998 P. 0038 - 0040
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/98 tat-18 ta' Novembru 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2125/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tat-tariffi tal-kwoti għall-faqqiegħ ippriżervat IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati ta' frott u l-ħxejjex [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu, Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2405/97 [4], jipprovdi għall-allokazzjoni ta' kwoti bejn importaturi tradizzjonali u ġodda u jiddefinixxi dawn iż-żewġ kategoriji ta' operaturi; billi l-esperjenza ta' diversi snin ta' implimentazzjoni tas-sistema, wriet in-nuqqas ta' kull utilità li jinżammu dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ tal-Bulgarija, l-Polonja u r-Rumanija, minħabba li t-talba għal-prodotti minn dawn il-pajjiżi ta' oriġini tibqa' taħt il-kwantitajiet tal-kwota; billi, għall-pajjiżi l-oħra ta' oriġini, il-kwantitajiet għall-importaturi tradizzjonali għandhom jiżdiedu: Billi, biex jiġu faċilitati t-tranżazzjonijiet ta' kummerċ u biex jiġi stabbilizzat is-suq, it-tul tal-validità tal-liċenzi għandu jittawwal, ċerti dispożizzjonijiet skaduti tar-Regolament (KE) Nru 2125/95 għandhom jiġu mħassra u l-Anness hemm mehmuż għandu jiġi aġġornat; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2125/95 huwa b'dan emdendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1(3) huwa mħassar. 2. fl-Artikolu 3(2), "sitta" hija mibdula b' "disa" '; 3. l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(1) hija mibdula b'dan li ġej: "Il-kwantità totali allokata liċ-Ċina u pajjiżi oħra ħlief għall-Bulgarija, l-Polonja u r-Rumanija, skond l-Anness I, għandha titqassam kif ġej:"; 4. l-Artikolu 4(1); fil-punt (a) "85" hija mibdula b’ "95" u fil-punt (b) "15" hija mibdula b’ "5"; 5. dan li ġej qiegħed jiżdied fil-bidu ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(5) "Għall-pajjiżi l-oħra ħlief għall-Bulgarija, l-Polonja u r-Rumanija,"; 6. L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 5 1. L-applikazzjonijiet għall-liċenzi preżentati mill-importaturi tradizzjonali riferiti fl-Artikolu 4(1)(a) m'għandhomx ikunu jirrelataw f'xi perijodu ta' sitt xhur għal xi kwantità li teċċedi l-75 % tal-kwantità medja ta' kull sena ta' importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi ħlief għall-Bulgarija, l-Polonja u r-Rumanija u magħmula minn dan ir-Regolament fit-tlett snin kalendarji li jiġu qabel. 2. L-applikazzjonijiet għall-liċenza preżentati mill-esportaturi l-ġodda riferiti fl-4(1)(b) m'għandhomx ikunu jirrelataw f'xi perijodu ta' sitt xhur għal kwantità li tkun teċċedi t-8 % tal-kwantità allokata skond l-imsemmi l-Artikolu 4(1)(b)."; 7. L-Anness I huwa mibdul bl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun jgħodd mill-1 ta' Jannar 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Novembru 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, 11. 29. 21, p. 26. [2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1. [3] ĠU L 212, tas-7.9.1995, p. 16. [4] ĠU L 332, tat-12.4.1997, p. 32. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS I L-allokazzjoni li tirreferi għal l-Artikolu 2 Pajjiżi li Jipprovdu | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999 | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2000 | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru u snin li jiġu wara | Bulgarija | 1645 | 1715 | 1750 | il-Polonja | 40890 | 42630 | 43500 | ir-Rumanija | 470 | 490 | 500 | Iċ-Ċina | 22750 | 22750 | 22750 | Oħrajn | 3290 | 3290 | 3290 | Riżerva | 1000 | 1000 | 1000 | Total | 70045 | 71875 | 72790 | --------------------------------------------------