6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 416/28


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8684 — La Poste/Generali/Malakoff Médéric/EAP France)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 416/07)

1.

Fit-28 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

La Poste Silver SAS (Franza), li tappartjeni għall-grupp La Poste (Franza),

—

Europ Assistance France SA (Franza), ikkontrollata minn Assicurazioni Generali SpA (“Generali”, l-Italja),

—

Malakoff Médéric Assurances SA (Franza), sussidjarja tal-grupp Malakoff Médéric (Franza),

—

EAP France SAS (Franza).

La Poste, Generali u Malakoff Médéric jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ EAP France kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   La Poste: grupp ibbażat fuq ħames oqsma ewlenin: il-fergħa Services-Courrier-Colis, il-fergħa express GeoPost, il-fergħa La Banque Postale (servizzi bankarji u tal-assigurazzjoni), il-fergħa Réseau La Poste (uffiċċji tal-posta) u l-fergħa Numérique (it-trasformazzjoni diġitali tal-organizzazzjonijiet, it-trattament tad-dejta, il-kummerċ elettroniku, is-saħħa elettronika),

—   Generali: assigurazzjoni fuq il-ħajja u assiurazzjoni mhux tal-ħajja fil-livell dinji,

—   Malakoff Médéric: assigurazzjoni tal-persuni,

—   EAP France: servizzi ta’ conciergerie tal-intrapiżi.

3.

Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar dan il-punt, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8684 — La Poste/Generali/Malakoff Médéric/EAP France

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.