2012D0226 — MT — 13.12.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-23 ta’ April 2012 dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2084) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 115, 27.4.2012, p.27) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2013 |
L 334 |
37 |
13.12.2013 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ April 2012
dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2084)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/226/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà [is-sikurezza] tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà [tas-sikurezza] (id-Direttiva dwar is-Sigurtà [is-Sikurezza] tal-Ferroviji) ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 7(3) tagħha,
Billi:|
(1) |
Il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (“l-Aġenzija”) skont id-Direttiva 2004/49/KE biex tfassal abbozz ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] (common safety targets — “CSTs”) u l-abbozz tal-metodi komuni relatati għall-perjodu mill-2011 sal-2015. L-Aġenzija ppreżentat ir-rakkomandazzjoni tagħha dwar it-tieni sett ta’ CSTs abbozzati lill-Kummissjoni. Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija. |
|
(2) |
Skont il-metodoloġija stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), u sabiex tistabbilixxi l-ewwel u t-tieni sett ta’ CSTs skont id-Direttiva 2004/49/KE, jeħtieġ li tkun identifikata b’mod kwantitattiv il-prestazzjoni attwali tas-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji fl-Istati Membri permezz ta’ valuri nazzjonali ta’ referenza (national reference values — “NRVs”). Id-Deċiżjoni 2009/460/KE tiddefinixxi NRV bħala kejl ta’ referenza li jindika l-livell massimu ttolerat [tollerabbli] għal kategorija ta’ riskju ferrovjarju, għall-Istat Membru konċernat. Madankollu, fil-każ li NRV ikun ogħla mis-CST korrispondenti kkalkolat abbażi tal-metodoloġija, il-livell massimu tollerabbli tar-riskju għal Stat Membru huwa s-CSR korrispondenti dderivat mill-NRVs, skont il-metodoloġija stabbilita fit-taqsima 2.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
|
(3) |
Il-valuri għall-ewwel sett ta’ CSTs, ikkalkolati abbażi tad-dejta mill-2004 sal-2007, kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE tad-19 ta’ Lulju 2010 dwar il-Miri Komuni tas-Sigurtà [tas-Sikurezza] kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). |
|
(4) |
Id-Direttiva 2004/49/KE tistipula t-tieni sett ta’ CSTs, li għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenza miksuba mill-ewwel sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] u l-implimentazzjoni tagħhom. Dan għandu jirrifletti kwalunkwe qasam prijoritarju fejn jeħtieġ li s-sigurtà tittejjeb aktar. Il-valuri għat-tieni sett ta’ CSTs ġew ikkalkolati abbażi tad-dejta mill-2004 sal-2009, li kienu mogħtija lill-Eurostat mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija ( 4 ). Dawn kienu ikkalkolati bl-użu tal-metodoloġija stipulata fil-punti 2.1.1 u 2.3.1 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
|
(5) |
Minn Lulju 2010, meta ġie ppubblikat l-ewwel sett ta’ CSTs, ma għaddiex żmien biżżejjed biex tinkiseb l-esperjenza meħtieġa biex jiġu emendati l-kategoriji tar-riskju. Il-kategoriji tar-riskju jibqgħu għalhekk l-istess bħal tal-ewwel sett ta’ CSTs. Madankollu, abbażi tal-għadd ta’ aċċidenti u ta’ fatalitajiet fit-traffiku ferrovjarju, l-ewwel żewġ kategoriji tar-riskju ewlenin huma l-persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji (60 % tal-fatalitajiet) u l-utenti tal-passiġġi invell (29 % tal-fatalitajiet). |
|
(6) |
Il-valuri għat-tieni sett ta’ CSTs ikopru s-sistema ferrovjarja globali tal-Unjoni. Ma hemmx dejta disponibbli għall-kalkolu ta’ CSTs għall-partijiet differenti tas-sistema ferrovjarja kif stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/49/KE. Dik id-dispożizzjoni tiddefinixxi s-CSTs bħala l-livelli tas-sigurtà [tas-sikurezza] li minn tal-anqas iridu jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-ferrovija (bħal ma hi s-sistema tal-ferrovija konvenzjonali, is-sistema tal-ferrovija tal-veloċità qawwija, il-mini twal tal-ferrovija jew linji li huma wżati biss għat-trasport) u mis-sistema kollha, espressi bħala kriterji tar-riskju aċċettat. L-iżvilupp ta’ CSTs għal dawk il-partijiet tas-sistema ferrovjarja bħalissa mhuwiex fattibbli minħabba n-nuqqas ta’ dejta armonizzata u affidabbli dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza ta’ partijiet mis-sistemi ferrovjarji li jitħaddmu bħalissa fl-Istati Membri. Madankollu, huwa xieraq li jiġi adottat it-tieni sett ta’ CSTs. |
|
(7) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/409/KE għandha tinbidel b’din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deciżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u definizzjonijiet
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi t-tieni sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] għas-sistema ferrovjarja skont id-Direttiva 2004/49/KE u d-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE, tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 u tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Artikolu 2
Valuri nazzjonali ta’ referenza
Il-valuri nazzjonali ta referenza għall-Istati Membri u għall-kategoriji tar-riskju differenti li jintużaw għall-kalkolu tal-miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] huwa stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness.
Artikolu 3
Il-miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza]
Il-valuri, li jkopru s-sistema ferrovjarja globalment, tat-tieni sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza] għall-kategoriji tar-riskju differenti huma stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness.
Artikolu 4
Revoka
Id-Deċiżjoni 2010/409/UE hija rrevokata.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
1. Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs)
1.1. NRVs għar-riskju tal-passiġġieri (NRV 1.1 u NRV 1.2)
|
Stat Membru |
NRV 1.1 (× E-09) (1) |
NRV 1.2 (× E-09) (2) |
|
Il-Belġju (BE) |
37,30 |
0,318 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
207,00 |
1,911 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
46,50 |
0,817 |
|
Id-Danimarka (DK) |
9,04 |
0,110 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
8,13 |
0,081 |
|
L-Estonja (EE) |
78,20 |
0,665 |
|
L-Irlanda (IE) |
2,74 |
0,0276 |
|
Il-Greċja (EL) |
54,70 |
0,503 |
|
Spanja (ES) |
29,20 |
0,270 |
|
Franza (FR) |
22,50 |
0,110 |
|
Il-Kroazja (HR) |
176,9 |
1,135 |
|
L-Italja (IT) |
38,10 |
0,257 |
|
Il-Latvja (LV) |
78,20 |
0,665 |
|
Il-Litwanja (LT) |
97,20 |
0,757 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
23,80 |
0,176 |
|
L-Ungerija (HU) |
170,00 |
1,650 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
7,43 |
0,089 |
|
L-Awstrija (AT) |
26,30 |
0,292 |
|
Il-Polonja (PL) |
116,10 |
0,849 |
|
Il-Portugall (PT) |
41,80 |
0,309 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
57,40 |
0,607 |
|
Is-Slovenja (SI) |
25,30 |
0,362 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
62,10 |
0,883 |
|
Il-Finlandja (FI) |
9,04 |
0,110 |
|
L-Isvezja (SE) |
3,54 |
0,033 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
2,73 |
0,028 |
|
(1) NRV 1.1 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri fis-sena Hawnhekk, kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri jfissru l-unità ta’ traffiku tal-ferroviji tal-passiġġieri biss. (2) NRV 1.2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena. Il-FWSIs fi (*) u (**) jitfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
||
1.2. NRVs għar-riskju tal-impjegati (NRV 2)
|
Stat Membru |
NRV 2 (× E-09) (1) |
|
Il-Belġju (BE) |
24,60 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
20,40 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
16,50 |
|
Id-Danimarka (DK) |
9,10 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
12,60 |
|
L-Estonja (EE) |
64,80 |
|
L-Irlanda (IE) |
5,22 |
|
Il-Greċja (EL) |
77,90 |
|
Spanja (ES) |
8,81 |
|
Franza (FR) |
6,06 |
|
Il-Kroazja (HR) |
73,65 |
|
L-Italja (IT) |
18,90 |
|
Il-Latvja (LV) |
64,80 |
|
Il-Litwanja (LT) |
41,00 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
12,00 |
|
L-Ungerija (HU) |
9,31 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
5,97 |
|
L-Awstrija (AT) |
20,30 |
|
Il-Polonja (PL) |
17,20 |
|
Il-Portugall (PT) |
53,10 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
22,30 |
|
Is-Slovenja (SI) |
40,90 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
2,71 |
|
Il-Finlandja (FI) |
9,21 |
|
L-Isvezja (SE) |
2,86 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
5,17 |
|
(1) NRV 2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. Hawnhekk l-FWSIs ifissru kif tfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
|
1.3. L-NRVs għar-riskju tal-utenti tal-mogħdijiet ferrovjarji (NRV 3.1 u NRV 3.2)
|
Stat Membru |
NRV 3.1 (× E-09) (1) |
NRV 3.2 (2) |
|
Il-Belġju (BE) |
138,0 |
n.a. |
|
Il-Bulgarija (BG) |
141,6 |
n.a. |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
238,0 |
n.a. |
|
Id-Danimarka (DK) |
65,4 |
n.a. |
|
Il-Ġermanja (DE) |
67,8 |
n.a. |
|
L-Estonja (EE) |
400,0 |
n.a. |
|
L-Irlanda (IE) |
23,6 |
n.a. |
|
Il-Greċja (EL) |
710,0 |
n.a. |
|
Spanja (ES) |
109,0 |
n.a. |
|
Franza (FR) |
78,7 |
n.a. |
|
Il-Kroazja (HR) |
611,3 |
n.a. |
|
L-Italja (IT) |
42,9 |
n.a. |
|
Il-Latvja (LV) |
239,0 |
n.a. |
|
Il-Litwanja (LT) |
522,0 |
n.a. |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
95,9 |
n.a. |
|
L-Ungerija (HU) |
274,0 |
n.a. |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
127,0 |
n.a. |
|
L-Awstrija (AT) |
160,0 |
n.a. |
|
Il-Polonja (PL) |
277,0 |
n.a. |
|
Il-Portugall (PT) |
461,0 |
n.a. |
|
Ir-Rumanija (RO) |
542,0 |
n.a. |
|
Is-Slovenja (SI) |
364,0 |
n.a. |
|
Is-Slovakkja (SK) |
309,0 |
n.a. |
|
Il-Finlandja (FI) |
164,0 |
n.a. |
|
L-Isvezja (SE) |
64,0 |
n.a. |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
23,5 |
n.a. |
|
(1) NRV 3.1 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ utenti tal-mogħdijiet ferrovjarji li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. (2) NRV 3.2 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ utenti tal-mogħdijiet ferrovjarji li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[(L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena × L-għadd ta’ mogħdijiet ferrovjarji)/kilometri tal-binarji]. Id-dejta dwar l-għadd ta’ mogħdijiet ferrovjarji u kilometri tal-binarji ma kinitx affidabbli biżżejjed waqt l-estrazzjoni tad-dejta (il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri taw dejta komuni dwar il-kilometri tal-linji minflok dwar il-kilometri tal-binarji). Il-FWSIs fi (*) u (**) jitfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
||
1.4. NRVs għar-riskju ta’ persuni fil-kategorija “oħrajn” (NRV 4)
|
Stat Membru |
NRV 4 (× E-09) (1) |
|
Il-Belġju (BE) |
2,86 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
35,47 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
2,41 |
|
Id-Danimarka (DK) |
14,20 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
3,05 |
|
L-Estonja (EE) |
11,60 |
|
L-Irlanda (IE) |
7,00 |
|
Il-Greċja (EL) |
4,51 |
|
Spanja (ES) |
5,54 |
|
Franza (FR) |
7,71 |
|
Il-Kroazja (HR) |
7,28 (2) |
|
L-Italja (IT) |
6,70 |
|
Il-Latvja (LV) |
11,60 |
|
Il-Litwanja (LT) |
11,60 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
5,47 |
|
L-Ungerija (HU) |
4,51 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
4,70 |
|
L-Awstrija (AT) |
11,10 |
|
Il-Polonja (PL) |
11,60 |
|
Il-Portugall (PT) |
5,54 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
2,83 |
|
Is-Slovenja (SI) |
14,50 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
2,41 |
|
Il-Finlandja (FI) |
14,20 |
|
L-Isvezja (SE) |
14,20 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
7,00 |
|
(1) NRV 4 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni fil-kategorija “oħrajn” li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. Hawnhekk l-FWSIs ifissru kif tfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE. (2) L-NRV hu kkalkulat bħala l-medja tal-valuri NRV tal-pajjiżi ġirien (l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovenja). |
|
1.5. NRVs għar-riskju ta’ persuni mhux awtorizzati fil-bini tal-linji tal-ferrovija (NRV 5)
|
Stat Membru |
NRV 5 (× E-09) (1) |
|
Il-Belġju (BE) |
72,6 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
900,2 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
301,0 |
|
Id-Danimarka (DK) |
116,0 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
113,0 |
|
L-Estonja (EE) |
1 550,0 |
|
L-Irlanda (IE) |
85,2 |
|
Il-Greċja (EL) |
723,0 |
|
Spanja (ES) |
168,0 |
|
Franza (FR) |
67,2 |
|
Il-Kroazja (HR) |
676,3 (2) |
|
L-Italja (IT) |
119,0 |
|
Il-Latvja (LV) |
1 310,0 |
|
Il-Litwanja (LT) |
2 050,0 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
79,9 |
|
L-Ungerija (HU) |
588,0 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
15,9 |
|
L-Awstrija (AT) |
119,0 |
|
Il-Polonja (PL) |
1 210,0 |
|
Il-Portugall (PT) |
834,0 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
1 388,2 |
|
Is-Slovenja (SI) |
236,0 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
1 758,0 |
|
Il-Finlandja (FI) |
249,0 |
|
L-Isvezja (SE) |
94,8 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
84,5 |
|
(1) NRV 5 espress bħala: L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fil-bini tal-linji tal-ferrovija li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. Hawnhekk l-FWSIs ifissru kif tfissru fil-punt d tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/460/KE. (2) L-NRV hu kkalkulat bħala l-medja tal-valuri NRV tal-pajjiżi ġirien (l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovenja). |
|
1.6. NRVs għar-riskju għas-soċjetà (NRV 6)
|
Stat Membru |
NRV 6 (× E-09) (1) |
|
Il-Belġju (BE) |
275,0 |
|
Il-Bulgarija (BG) |
1 440,0 |
|
Ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
519,0 |
|
Id-Danimarka (DK) |
218,0 |
|
Il-Ġermanja (DE) |
203,0 |
|
L-Estonja (EE) |
2 110,0 |
|
L-Irlanda (IE) |
114,0 |
|
Il-Greċja (EL) |
1 540,0 |
|
Spanja (ES) |
323,0 |
|
Franza (FR) |
180,0 |
|
Il-Kroazja (HR) |
1 467,0 |
|
L-Italja (IT) |
231,0 |
|
Il-Latvja (LV) |
1 660,0 |
|
Il-Litwanja (LT) |
2 590,0 |
|
Il-Lussemburgu (LU) |
210,0 |
|
L-Ungerija (HU) |
1 020,0 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi (NL) |
148,0 |
|
L-Awstrija (AT) |
329,0 |
|
Il-Polonja (PL) |
1 590,0 |
|
Il-Portugall (PT) |
1 360,0 |
|
Ir-Rumanija (RO) |
1 704,4 |
|
Is-Slovenja (SI) |
698,0 |
|
Is-Slovakkja (SK) |
1 130,0 |
|
Il-Finlandja (FI) |
417,0 |
|
L-Isvezja (SE) |
169,0 |
|
Ir-Renju Unit (UK) |
120,0 |
|
(1) NRV 6 espress bħala: L-għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn inċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena. L-għadd totali ta’ FWSIs hawnhekk ifisser it-total tal-FWSIs kollha kkunsidrati fil-kalkolu tal-NRVs l-oħra kollha. |
|
2. Valuri assenjati għat-tieni sett ta’ miri komuni tas-sigurtà [tas-sikurezza]
|
Kategorija tar-Riskju |
Valur tal-CST (× 10–6) |
Unitajiet tal-kejl |
|
|
Riskji għall-passiġġieri |
CST 1.1 |
0,17 |
L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija tal-passiġġieri fis-sena. |
|
CST 1.2 |
0,00165 |
L-għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena |
|
|
Riskji għall-impjegati |
CST 2 |
0,0779 |
L-għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
|
Riskji għall-utenti tal-passaġġi invell |
CST 3.1 |
0,710 |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
|
CST 3.2 |
m.a. (1) |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena × L-għadd tal-passaġġi invell)/kilometri ta’ binarji] |
|
|
Riskji għall-“oħrajn” |
CST 4 |
0,0145 |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena |
|
Riskji għal persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji |
CST 5 |
2,05 |
L-għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fl-installazzjonijiet ferrovjarji li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
|
Ir-riskju għas-soċjeta inġenerali: |
CST 6 |
2,59 |
L-għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/L-għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
|
(*) Id-dejta dwar l-għadd ta’ passaġġi invell u l-kilometri ta’ binarji, li hija meħtieġa fil-kalkolu ta’ dan is-CST, ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (eż., il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw kilometri ta’ linji minflok kilometri ta’ binarji). |
|||
( 1 ) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
( 2 ) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 11.
( 3 ) ĠU L 189, 22.7.2010, p. 19.
( 4 ) ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1.