<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-591/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0591</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:66">EU:C:2021:66</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Rantos – Kawża C‑591/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs De Esteban Alonso</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Rantos</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20210127">27 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑591/19 P</HT></P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P><P>vs</P><P>Fernando De Esteban Alonso</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Ex uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Investigazzjoni tal‑Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)</KEYWORD><KEYWORD>Trażmissjoni ta’ informazzjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ta’ informazzjoni dwar fatti li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396/KE, KEFA, Euratom</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tiġi nnotifikata u tinstema’ l-persuna kkonċernata</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal‑Kummissjoni li tressaq ilment u li tidher bħala parti ċivili quddiem l‑awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Danni allegatament subiti minħabba l-aġir tal-OLAF u tal-Kummissjoni matul il-proċeduri</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għad-danni</KEYWORD><KEYWORD>Rabta kawżali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l‑annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190611">11 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑138/18</NO.CASE>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:398">EU:T:2019:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ikkundannat lill-Kummissjoni tħallas lil Fernando De Esteban Alonso (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">62000</FT> bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu minħabba aġir illegali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u tal-Kummissjoni, fil-qafas ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u ta’ proċedura kriminali nazzjonali miftuħa kontra tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan l-appell joffri l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi għall-ewwel darba, minn naħa waħda, dwar il-portata tal‑Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396/KE, KEFA, Euratom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19990602">2 ta’ Ġunju 1999</DATE> dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni rigward il-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kull xorta ta’ attività illegali li hija ta’ ħsara lejn l-interess tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 118).</P></NOTE> f’dak li jirrigwarda t-trażmissjoni, mill-OLAF, ta’ informazzjoni li toħroġ minn investigazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali qabel ma tingħalaq din l-investigazzjoni u, min-naħa l-oħra,<?PAGE NO="2"?> dwar il-portata tal‑Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19990525">25 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 91).</P></NOTE> f’dak li jirrigwarda l-involviment tal-Kummissjoni fi proċedura kriminali qabel ma tingħalaq l-imsemmija investigazzjoni tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Din id-dispożizzjoni ġiet issostitwita bl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE> dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir‑Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r‑Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 248, p. 1</REF.DOC.OJ>). F’dak li jirrigwarda dan il-każ, id-dispożizzjoni l-ġdida hija, essenzjalment, identika għal dik preċedenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-OLAF, stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="19990428">28 ta’ April 1999</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 110.</P></NOTE>, għandu jkun responsabbli, b’mod partikolari, bis-saħħa tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, li jwettaq, fi ħdan l-istituzzjonijiet, investigazzjonijiet amministrattivi maħsuba sabiex jiġġieled kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li tikkawża preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal‑Unjoni Ewropea u jinvestiga l-fatti serji, relatati mal-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali, li jistgħu jikkostitwixxu ksur tal-obbligi tal-uffiċjali u impjegati tal-Unjoni li jistgħu jwasslu għal proċeduri dixxiplinari u, jekk ikun il-każ, għal proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1073/1999</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1073/1999 jirregola l-ispezzjonijiet, kontrolli u miżuri oħra meħuda mill-impjegati tal-OLAF fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom. L-investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF jikkonsistu f’investigazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>esterni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni) u f’investigazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>interni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (fi ħdan dawn l-istituzzjonijiet). Dan ir‑regolament, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti ta’ din il-kawża, tħassar mir-Regolament Nru 883/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessa 10 tar-Regolament Nru 1073/1999 kienet tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[b]illi dawn l-investigazzjonijiet għandhom jitmexxew skond it-Trattat u partikolarment skond il-Protokoll [(Nru 7)] dwar il-privileġġi u immunitajiet [tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="202" PAGE.FIRST="266" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 202, p. 266</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NOTE>], waqt li jirrispettaw ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ uffiċjali [tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolamenti stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-<DATE ISO="19680229">29 ta’ Frar 1968</DATE> li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal‑uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal‑Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 5, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 248, p. 27</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="289" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 289, p. 21</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</P></NOTE>] u l-kondizzjonijiet tal‑impjieg ta’ impjegati oħra […] u b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal‑bniedem u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ l-imparzjalità, għad-dritt tal-persuni involuti li jesprimu ruħhom dwar il-fatti li jikkonċernawhom u għall-prinċipju li l-konklużjonijiet ta’ investigazzjoni jistgħu jkunu bażati biss fuq elementi li għandhom valur bħala xiehda; [b]illi għal dak il-għan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jistipulaw it-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom isiru dawk l-investigazzjonijiet interni; [b]illi konsegwentement ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu emendati sabiex jistipulaw id-drittijiet u l-obbligi ta’ uffiċjali u impjegati oħra fir‑rigward ta’ investigazzjonijiet interni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (5) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Investigazzjonijiet interni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, kien jistipula dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-oqsma li għalihom issir referenza f’Artikolu 1, l-[OLAF] għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fi ħdan istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji […]</ALINEA><ALINEA>Dawn l-investigazzjonijiet interni għandhom jitwettqu bla ħsara għar‑regoli tat-Trattati, partikolarment il-Protokoll ([Nru 7)] dwar privileġġi u immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’attenzjoni xierqa għar-Regolamenti […] tal-Persunal taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri stabbiliti minn dan ir-Regolament u d-deċiżjonijiet adottati minn kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija. L‑istituzzjonijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti minn dawk id-deċiżjonijiet.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-investigazzjonijiet jisvelaw li xi membru, maniġer, uffiċjal jew impjegat ieħor jista’ jkun personalment iinvolut, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija ta’ min ikun għandhom jipu infurmati.</ALINEA><ALINEA>F’każijiet li jkunu jeħtieġu segretezza assoluta għall-iskopijiet ta’ l‑investigazzjoni jew li jkunu jeħtieġu rikors għal mezzi ta’ investigazzjoni li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali, l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jista’ jiġi differit.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ir-rapport ta’ l‑investigazzjoni u l-azzjoni meħuda wara l-investigazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, kien jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Malli titlesta investigazzjoni mwettqa mill-[OLAF], dan ta’ l‑aħħar għandu jħejji rapport, taħt l-awtorità tad-Direttur, li jispeċifika l‑fatti stabbiliti, it-telf finanzjarju, jekk ikun hemm, u s-sejbiet ta’ l‑investigazzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur ta’ l‑[OLAF] dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġu mħejjija dawn ir-rapporti, għandhom jiġu meqjusa r‑rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru iinvolut. Ir-rapporti preparati fuq dik il-bażi għandhom jikkostitwixxu prova ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ l‑Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ, bl-istess mod u taħt l-istess kondizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mħejjija minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ valutazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi mħejjija minn spetturi amministrattivi nazzjonali u huma ta’ valur identiku għal dawk ir-rapporti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Rapporti magħmula wara investigazzjoni esterna u kull dokument relatat li jkun utli għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l‑Istati Membri in kwistjoni skond ir-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ investigazzjonijiet esterni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Rapporti mħejjija wara investigazzjoni interna u kull dokument relatat li jkun utli għandhom jintbagħtu lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija iinvoluta. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandhom jieħdu dik l-azzjoni, partikolarment dixxiplinarja jew legali, fuq il-bażi ta’ l-investigazzjonijiet interni, skond ir-riżultati ta’ dawk l‑investigazzjonijiet, u għandha tirraporta dwarha lid-Direttur tal‑[OLAF] fit-terminu ta’ żmien minnu stipulat fis-sejbiet tar-rapport tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Informazzjoni mibgħuta mill-[OLAF]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kien jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal Artikoli 8, 9 u 11 ta’ dan ir‑Regolament u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 <HT TYPE="SUP">[</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19961111">11 ta’ Novembru 1996</DATE> dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal‑Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 303).</P></NOTE><HT TYPE="SUP">]</HT>, l-[OLAF] jista’ f’kull ħin jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri nteressati l-informazzjoni miksuba waqt investigazzjonijiet esterni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal Artikoli 8, 9 u 11 ta’ dan ir‑Regolament, id-Direttur ta’ l-[OLAF] għandu jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru involut l-informazzjoni miksuba mill‑[OLAF] waqt investigazzjonijiet interni fi kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali. Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ l‑investigazzjoni, huwa għandu fl-istess ħin jinforma lill-Istat Membru involut.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament, l‑[OLAF] jista’ f’kull ħin jibgħat lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija iinvoluti l-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjonijiet interni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 1999/396</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 1999/396 tistipula, fl-Artikolu 4 tagħha, il‑modalitajiet li bihom il-persuna kkonċernata tiġi nnotifikata fil‑kuntest tal-investigazzjonijiet interni tal-OLAF bil-mod segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fejn l-implikazzjonijiet possibbli ta’ Membru, uffiċjal jew impjegat tal-Kummissjoni isiru evidenti, il-parti interressata għandha tkun informata malajr, basta dan ma jkunx ta’ ħsara għall-investigazzjnijiet. Għal kull fini, konkluzjonijiet li jirreferu bl-isem dwar xi Membru, uffiċjal jew impjegat tal-Kummissjoni ma jistgħux jiġu magħmula ġaladarba l-investigazzjoni tkun għal kollox lesta mingħajr mal-parti interessata kienet setgħat tagħti l-opinjonijiet tagħha dwarhu.</ALINEA><ALINEA>F’każijiet li jinħtieġu li tinżamm is-segretezza assoluta għal fini ta’ l‑investigazzjonijiet u li jkollhom il-ħtieġa ta’ proċeduri invetigativi li jaqgħu fil-jurisdizzjoni ta’ l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali, l‑obbligazzjoni li tistieden lill-membru, l-uffiċjal u l-impjegat tal‑Kummissjoni biex jagħtu il-fehmiet tagħhom tista titħalla biex dawn jiġu deċiżi flimkien ma’ l-President tal-Kummissjoni jew mas‑Segretarju Ġenerali tagħha rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent huwa ex uffiċjal tal-Kummissjoni li b’mod partikolari wettaq il-funzjonijiet ta’ Direttur tad-Direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Informatika, Pubblikazzjonijiet u Relazzjonijiet Esterni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Eurostat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), mill-<DATE ISO="19930101">1 ta’ Jannar 1993</DATE> sal-<DATE ISO="19970131">31 ta’ Jannar 1997</DATE>, qabel ma ġie nnominat sabiex iwettaq funzjonijiet oħra fi ħdan il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Sabiex jiżgura t-tixrid tal-istatistika, l-Eurostat kien juża l‑Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej (OPOCE). Matul is-sena 1996, dan l-uffiċċju kien stabbilixxa network ta’ punti ta’ bejgħ imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>datashops<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Ir-relazzjonijiet bejn l-Eurostat, l-OPOCE u kull datashop<?PAGE NO="5"?> kienu organizzati abbażi ta’ ftehimiet finanzjarji. Peress li awditu intern tal-Eurostat li sar f’Settembru 1999 wera irregolaritajiet fil-ġestjoni finanzjarja u kien hemm suspett ta’ abbuż ta’ fondi, l-OLAF intalab jinvestiga fis-<DATE ISO="20000317">17 ta’ Marzu 2000</DATE> u fetaħ diversi investigazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fil-qafas ta’ waħda minn dawn l-investigazzjonijiet, li kienet tirrigwarda l-kawża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Eurostat-Datashop-Planistat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF, f’nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, bagħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi informazzjoni dwar fatti li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). Din in-nota kienet issemmi b’ismu lil Y Franchet, Direttur Ġenerali tal‑Eurostat fi żmien il-fatti inkwistjoni u fid-data tal-imsemmija nota, u D. Byk, Kap ta’ Diviżjoni tal-Eurostat fi żmien il-fatti inkwistjoni, li sar id-direttur tiegħu fid-data ta’ din l-istess nota. Ir-rikorrent ma ssemmiex f’din in-nota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20030404">4 ta’ April 2003</DATE>, il-Prosekutur tar-Repubblika tat-tribunal de grande instance de Paris (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pariġi, Franza) fetaħ fajl ta’ investigazzjoni minħabba pussess ta’ oġġetti misruqa u kompliċità fl-abbuż ta’ fiduċja. Fit-<DATE ISO="20030403">3 ta’ April 2003</DATE>, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF bagħat nota sommarja lis-Segretarju Ġenerali tal‑Kummissjoni, fuq l-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin dwar l‑Eurostat. Fl-<DATE ISO="20030710">10 ta’ Lulju 2003</DATE>, il-Kummissjoni ressqet ilment kontra X u dehret ukoll bħala parti ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20030925">25 ta’ Settembru 2003</DATE>, l-OLAF ippreżenta r-rapport finali tiegħu fil-kawża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Eurostat-Datashop-Planistat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li ntbagħat lill‑awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi. Ir-rikorrent lanqas ma kien imsemmi fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20040129">29 ta’ Jannar 2004</DATE>, bħala risposta għal talba tal-Prosekutur Franċiż, il-Kummissjoni awtorizzat it-tneħħija tal-immunità tar‑rikorrent skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet. Huwa ma ġiex informat dwar dan. Konsegwentement, il‑Kummissjoni fetħet proċedura dixxiplinari kontra r-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, fi tmiem is-seduta, li għaliha kien imsejjaħ bħala xhud mill-pulizija ġudizzjarja Franċiża, ir-rikorrent tqiegħed taħt detenzjoni u, l-għada, ġie interrogat fuq abbuż ta’ fiduċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20130909">9 ta’ Settembru 2013</DATE>, il-qorti struttorja fi ħdan it-tribunal de grande instance de Paris (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pariġi) tat digriet li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>digriet li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) fil-konfront tal‑persuni interrogati kollha, fosthom ir-rikorrent. Il-Kummissjoni, bħala parti ċivili, ippreżentat appell minn dan id-digriet, li ġie miċħud mill-cour d’appel de Paris (il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi, Franza) permezz tas-sentenza tat-<DATE ISO="20140623">23 ta’ Ġunju 2014</DATE>, imbagħad appellat fil‑kassazzjoni minn din l-aħħar sentenza; il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) ċaħdet dan l-appell permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20160615">15 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE>, u sussegwentement fit-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, ir-rikorrent ressaq talbiet għal assistenza, ibbażati fuq l‑Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, li ġew irrifjutati mill‑Kummissjoni. Kontra t-tieni rifjut, ir-rikorrent fl-ewwel lok ressaq ilment, li ġie miċħud mill-Awtorità tal-Ħatra, u sussegwentement rikors, miċħud mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>F‑35/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:87">EU:F:2015:87</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li l-Qorti Ġenerali kkonfermat fl-appell permezz tas‑sentenza tad-<DATE ISO="20160909">9 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑557/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:456">EU:T:2016:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161222">22 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba għall‑kumpens ta’ danni subiti minħabba l-aġir tal-OLAF u tal‑Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal‑Persunal. Peress li l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet din it-talba bħala infondata, ir-rikorrent ressaq ilment kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda. Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet dan l-ilment bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors ibbażat fuq l‑Artikolu 270 TFUE u intiż sabiex jikseb kumpens għad-danni morali, fiżiċi u materjali allegatament subiti minnu minħabba żbalji mwettqa mill‑OLAF u mill-Kummissjoni, minħabba l-fatt li, minn naħa waħda, huwa ma kienx instema’ qabel it-trażmissjoni lill-awtoritajiet Franċiżi tal-provi miġbura kontrih u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni kompliet bil-proċeduri kriminali tagħha kontrih b’mod mhux iġġustifikat. Dawn id-danni kienu jammontaw, skont ir-rikorrent, għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1102</FT> 291.68, li magħhom għandha tiżdied is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> bħala spejjeż irrekuperabbli, kif ukoll għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li t‑tliet kundizzjonijiet li fuqhom hija bbażata r-responsabbiltà tal‑Unjoni, jiġifieri l-illégalità tal-aġir allegat fil-konfront tal-istituzzjonijiet, ir‑realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu invokat kienu ssodisfatti. Hija għalhekk laqgħet parzjalment it-talba tar‑rikorrent u kkundannat lill-Kummissjoni tħallsu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">62000</FT> bħala kumpens għad-dannu morali subit minħabba aġir illegali ta’ din l-istituzzjoni u tal-OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tan-natura illegali tal-aġir tal-OLAF u tal-Kummissjoni, preliminarjament, il-Qorti Ġenerali spjegat li meta taġixxi bħala persuna li timpjega, l-Unjoni hija suġġetta għal responsabbiltà ikbar, li timmanifesta ruħha permezz tal-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni kkawżati lill-persunal tagħha minn kull illegalità mwettqa fil-kapaċità tagħha bħala persuna li timpjega<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 46.</P></NOTE>. Fl‑ewwel lok, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-OLAF kiser l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396 u d-drittijiet tad‑difiża tar-rikorrent waqt it-trażmissjoni tal-fajl <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Eurostat-Datashop-Planistat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> lill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 82.</P></NOTE> jew, tal-anqas, ma osservax l-obbligu tiegħu li jinforma lir-rikorrent skont din id‑dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 85.</P></NOTE>. Fil-fatt, minħabba l-funzjonijiet li kien iwettaq fiż‑żmien meta seħħew il-fatti, ir-rikorrent kellu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jiġi ttrattat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> bħall‑persuni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>msemmija b’isimhom<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fil-konklużjonijiet misluta fi tmiem l-investigazzjoni mmexxija mill-OLAF skont it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 77.</P></NOTE>, jew, fi kwalunkwe każ, kellu jiġi kkunsidrat bħala persuna implikata personalment fil-fatti li wasslu għal din l-investigazzjoni u, minħabba dan, informat malajr, skont l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-istess deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 83.</P></NOTE>. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 9(4) tar‑Regolament Nru 1073/1999, billi dehret bħala parti ċivili u billi ppreżentat ilmenti quddiem il-qrati Franċiżi qabel ma ħareġ ir-rapport finali tal-OLAF, mingħajr ma kellha provi suffiċjenti u konklużivi kontra r-rikorrent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 109.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dannu morali subit mir-rikorrent, u tar-rabta kawżali bejn l-istanzi ta’ ksur irrilevati u dan id-dannu, fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-fatt li l-Kummissjoni dehret bħala parti ċivili u ressqet ilment quddiem il-qrati Franċiżi qabel ma ngħalqet l‑investigazzjoni tal-OLAF, ikkawża dannu għall-unur u għar‑reputazzjoni professjonali tar-rikorrent u li dan id-dannu jirriżulta direttament mill-aġir tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 130.</P></NOTE>. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-fatt li l-OLAF bagħat in-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE> lill‑awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi li timplika lir-rikorrent mingħajr ma dan kien instema’ jew, għall-inqas, informat, ikkawżalu dannu morali subit bil-fatt li huwa ma setax jesprimi ruħu u lanqas jiddefendi ruħu kontra l-fatti li mmotivaw il-proċeduri kontrih u li dan id-dannu jirriżulta mill-aġir illegali tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 131.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20190801">1 ta’ Awwissu 2019</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat appell mis‑sentenza appellata. Hija titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza appellata u tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza, kif ukoll tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u, sussidjarjament, tilqa’ t-talba tiegħu ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali fl-intier tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Peress li r-rikorrent ma ppreżentax appell inċidentali, inqis li t-tieni kap ta’ talbiet huwa inammissibbli.</P></NOTE>, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall‑ispejjeż taż-żewġ istanzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji ta’ annullament: l-ewwel wieħed huwa bbażat fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396, it‑tieni huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999, u t-tielet, ippreżentat sussidjarjament, huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu invokat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-responsabbiltà tal-Unjoni tirrikjedi li jkunu ssodisfatti numru ta’ kundizzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-illegalità tal-aġir ikkritikat tal-istituzzjonijiet, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu invokat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑123/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:694">EU:C:2019:694</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. In-natura kumulattiva ta’ dawn il-kundizzjonijiet timplika li, meta waħda minnhom ma tkunx issodisfatta, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni ma tistax tiġi stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990909">9 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Lucaccioni vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:402">EU:C:1999:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>EMB Consulting <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑571/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:208">EU:C:2020:208</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod iktar partikolari tal-kundizzjoni dwar l-aġir illegali kkritikat tal-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali spjegat, korrettament, li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara b’mod partikolari s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>UG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑571/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, taħt appell, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:141">EU:T:2020:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, meta taġixxi bħala persuna li timpjega, l‑Unjoni hija suġġetta għal responsabbiltà ikbar, li timmanifesta ruħha permezz tal-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni kkawżati lill‑persunal tagħha minn kull illegalità mwettqa fil-kapaċità tagħha bħala<?PAGE NO="8"?> persuna li timpjega<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 46.</P></NOTE>, u dan mingħajr il-ħtieġa li jiġi stabbilit jekk jeżistix ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Spagnolli <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑568/16 u T‑599/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:347">EU:T:2018:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0196">196</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Din l-ispjegazzjoni ma ġietx ikkontestata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni relatata mar-rabta kawżali tirrigwarda, minn naħa tagħha, l-eżistenza ta’ rabta suffiċjentement diretta ta’ kawża u effett bejn l-aġir tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u d-dannu, rabta li għandha tiġi pprovata mir-rikorrent, b’tali mod li l-aġir ikkritikat għandu jkun il‑kawża determinanti tad-dannu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Mauerhofer vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑433/10 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:204">EU:C:2011:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati t-tliet aggravji li jirrigwardaw, l-ewwel wieħed, l‑illegalità tal-aġir tal-OLAF fir-rigward tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396, it-tieni, l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni fir‑rigward tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999 u, it-tielet, ir-rabta kawżali bejn dan l-aġir u d-dannu morali rrikonoxxut mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-fatti fir-rigward tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat lir‑rikorrent bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>personalment implikat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>imsemmi b’ismu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis‑sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396. Ir-rikorrent jirribatti li, minkejja li ma kienx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>imsemmi b’ismu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fil‑konklużjonijiet tar-rapport tal-OLAF, kien jidher bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>personalment implikat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fin-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, peress li huwa wara li ntbagħtet din in-nota, li kien fiha riferiment impliċitu għalih, u abbażi ta’ informazzjoni li kienet inkluża fiha, li l-Prosekutur tar‑Repubblika tat-tribunal de grande instance de Paris (il-Qorti tal‑Ewwel Istanza ta’ Pariġi), kien fetaħ fajl ta’ investigazzjoni li kien isemmih b’ismu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-eżami ta’ dan l-aggravju, preliminarjament, għandu jkun ibbażat fuq l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396, u, sussegwentement, fuq il-konklużjonijiet tal‑Qorti Ġenerali li r-rikorrent, minn naħa waħda, għandu jiġi ttrattat bħal persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>msemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>konklużjonijiet […] li jirriżultaw in segwitu għall-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tal-OLAF, fis-sens tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, li kien, fi kwalunkwe każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>implikat personalment<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fil-fatti li wasslu għall-investigazzjoni tal‑OLAF u, minħabba f’hekk, kellu jiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>informat malajr<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis‑sens tal-ewwel sentenza tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396, li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ notifika tal-persuni kkonċernati fl‑investigazzjonijiet interni tal-OLAF, jistipula b’mod partikolari, minn naħa waħda, li, fil-każ fejn, matul investigazzjoni, tidher il-possibbiltà ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>implikazzjoni personali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ uffiċjal tal-Kummissjoni, il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata malajr meta dan ma jkunx ta’ dannu għall-investigazzjoni u, min-naħa l-oħra, li<?PAGE NO="9"?> konklużjonijiet fi tmiem l-investigazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>jsemmu b’ismu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> uffiċjal tal-Kummissjoni ma jistgħux isiru mingħajr mal-parti kkonċernata ma tkun tpoġġiet f’pożizzjoni li tesprimi l-perspettiva tagħha fuq il-fatti li jikkonċernawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni b’hekk tirregola żewġ eżempji differenti, li magħhom huma marbuta konsegwenzi differenti. L-ewwel eżempju jirrigwarda b’mod partikolari s-sitwazzjoni fejn, matul investigazzjoni, tidher il-possibbiltà ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>implikazzjoni personali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ta’ uffiċjal, filwaqt li t-tieni tirrigwarda b’mod partikolari s-sitwazzjoni li fiha jsiru konklużjonijiet fi tmiem l-investigazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>jsemmu b’ismu<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> uffiċjal. Filwaqt li l-applikazzjoni tal-ewwel kunċett tirrikjedi evalwazzjoni, ta’ natura sostanzjali, taċ-ċirkustanzi tal-każ, sabiex tiġi vverifikata l‑eżistenza ta’ elementi li jistgħu juru implikazzjoni tal‑persuna kkonċernata, l-applikazzjoni tat-tieni kunċett jirrikjedi verifika, ta’ natura iktar formali, dwar jekk persuna hijiex imsemmija jew le fil‑konklużjonijiet magħmula fi tmiem l-investigazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ċertament, sabiex jiġi żgurat b’mod effikaċi d-dritt għal smigħ, previst fit-tieni eżempju, huwa neċessarju li ma ssirx biss interpretazzjoni purament formalistika tal‑kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>persuna <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>msemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li tippermetti lill-OLAF jiskarta mill‑obbligi tiegħu billi jevita li jsemmi l-persuna kkonċernata. Madankollu, fl‑opinjoni tiegħi, il-possibbiltà li dan il-kunċett jiġi applikat lil hinn mis‑sitwazzjoni fejn il-persuna tkun espliċitament imsemmija fil-konklużjonijiet hija limitata għall-każijiet ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ din ir-regola, b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet fejn ikun jirriżulta b’mod ċar li l-konklużjonijiet magħmula fi tmiem l-investigazzjoni jirreferu biss, bħala responsabbli mill-fatti li wasslu għall-investigazzjoni, persuna li tkun immedjatament identifikabbli (pereżempju, b’riferiment għall-funzjonijiet tagħha) u li, minkejja dan, ma tkunx imsemmija f’dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, id-distinzjoni bejn dawn iż-żewġ eżempji hija partikolarment importanti fid-dawl tal-konsegwenzi legali marbuta magħhom: minn naħa waħda, l-obbligu li tinforma malajr lill‑persuna li tidher personalment implikata u, min-naħa l-oħra, dak li jippermetti li tinstema’ l-persuna msemmija b’isimha. Barra minn hekk, iż-żewġ eżempji huma differenti wkoll fir-rigward tal-mument li fih japplikaw l-obbligi hawn fuq imsemmija: l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396 tistipula obbligu, ġeneriku ferm, li l-persuna implikata għandha tkun informata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>malajr<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, filwaqt li t-tieni sentenza ta’ din l-istess dispożizzjoni tistabbilixxi li l‑persuna msemmija għandha tinstema’ qabel ma jsiru l-konklużjonijiet fi tmiem l-investigazzjoni u tirreferi neċessarjament għall‑konklużjonijiet li jkunu f’rapport imħejji taħt l-awtorità tad‑Direttur tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara d-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030408">8 ta’ April 2003</DATE>, <NAME.CASE>Gómez‑Reino vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑471/02 P(R)</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:210">EU:C:2003:210</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, minn naħa waħda, li r-rikorrent kellu jiġi ttrattat bħal persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>msemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, u għalhekk kellu jinstema’ fis-sens tat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 77.</P></NOTE>, u, min-naħa l‑oħra, li, għall-inqas, din il-persuna kellha tiġi kkunsidrata bħala implikata personalment, u kellha għalhekk tiġi informata malajr, fis-sens tal-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 83.</P></NOTE>. Għalhekk, dawn iż-żewġ konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali, li huma s-suġġett tal-ilmenti tal‑Kummissjoni, għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-interpretazzjoni hawn fuq imsemmija tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li r-rikorrent kellu jiġi ttrattat bħal persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>msemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>konklużjonijiet […] li jirriżultaw in segwitu għall-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tal-OLAF</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, prinċiparjament, li fid-dawl tal-funzjonijiet li kien iwettaq fil-perijodu li fih seħħew il-fatti, ir-rikorrent kellu jiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>ttrattat bħall-<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>persuni msemmija b’isimhom fil-konklużjonijiet tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 77.</P></NOTE>. Il-Qorti Ġenerali bbażat din il-konklużjoni fuq iż-żewġ elementi segwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, in-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE> kienet tenfasizza l-fatt li r-rikorrent kien ġerarkikament jinsab bejn il-kap tiegħu, Y. Franchet, Direttur Ġenerali tal-Eurostat, u s-subordinat tiegħu, D. Byk, Kap ta’ Unità. Għalhekk, anki jekk ma kienx imsemmi b’ismu fir‑rapport finali tal-investigazzjoni tal-OLAF, l-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kriminali Franċiżi twasslu neċessarjament sabiex jissuspettaw li r-rikorrenti kien implikat fil-fatti deskritti fih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 75. Skont il-Qorti Ġenerali, din il-konklużjoni hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kkorroborata<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> bid-digriet li jikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, li minnu kien jirriżulta li r-rikorrent, b’effett mis-sena 1994, kien is-superjur fil-ġerarkija ta’ D. Byk.</P></NOTE>. Min‑naħa l-oħra, in-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE> kienet tenfasizza li parti tad-dħul mill-bejgħ tad-datashops miżapproprijat għall‑benefiċċju tal-Eurostat kien jiffinanzja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>fond sigriet<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li l-użu tiegħu kien suġġett għall-awtorizzazzjoni ta’ uffiċjal tal-Eurostat li n‑nota ma kinitx issemmi iżda li d-digriet li jikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni kien jippermetti li jiġi identifikat, peress li ma kien hemm l‑ebda dubju dwar l-identità tal-persuni implikati fil-fatti deskritti f’din in-nota<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 76. Sabiex tasal għal din il-konklużjoni, il-Qorti Ġenerali tibbaża ruħha wkoll fuq id-digriet li jikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, li minnu jirriżulta li r-rikorrent, flimkien ma’ persuni oħra li jirrapreżentaw lill‑Eurostat, kienu ntalbu minn imsieħeb kummerċjali sabiex jiksbu awtorizzazzjoni għall-ħlas tal-fatturi mibgħuta, li kienu biss ħames persuni, fosthom ir-rikorrent, li setgħu jagħtu din l-awtorizzazzjoni, u li l-movimenti mwettqa fuq ir-riżerva finanzjarja maħluqa fil-kontijiet tal-Eurostat twettqu taħt il‑kontroll, sas-sena 1998, tar-rikorrent, direttur ta’ D. Byk.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għalhekk ibbażat il-fatt li r-rikorrent għandu jiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ttrattat bħal<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>msemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> kemm fuq il-funzjonijiet eżerċitati minnu, jiġifieri r-rwol ta’ persuna li fil-ġerarkija tinsab bejn iż-żewġ persuni msemmija b’isimhom fl-investigazzjoni tal-OLAF, kif ukoll fuq is-setgħat li dawn il-funzjonijiet kienu jagħtuh, b’mod partikolari s-setgħa li jagħti l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>fond sigriet<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> li kien is-suġġett ta’ din l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jidhirli li, billi pproċediet b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali ħawdet iż-żewġ eżempji li huma s-suġġett tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396. Fil-fatt, għall‑eżami tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>persuna <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>msemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="2019" ID="QE0050"/><QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> hija użat l‑istess evalwazzjoni fattwali taċ-ċirkustanzi bħal dik mitluba għall‑eżami tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>individwu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>personalment implikat<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="2019" ID="QE0052"/><QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Fi kliem ieħor, il-Qorti Ġenerali interpret f’sens wiesa’ ferm il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>persuna <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>msemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="2019" ID="QE0054"/><QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, b’tali mod li tassimilah, essenzjalment, ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>individwu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>personalment implikat<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="2019" ID="QE0056"/><QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Barra minn hekk, anki jekk tingħata interpretazzjoni mhux formalistika tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>persuna <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>imsemmija b’isimha<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="2019" ID="QE0058"/><QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, kif proposta fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet, iċ-ċirkustanzi spjegati mill-Qorti Ġenerali, fl-opinjoni tiegħi, ma jurux li l-fatti kkontestati fil-konklużjonijiet tal‑OLAF kienu jirrigwardaw biss lir-rikorrenti, iktar u iktar peress li, minn naħa waħda, kien hemm persuni oħra, u dawn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>imsemmija b’isimhom<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, li fuqhom kien hemm is-suspetti tal-OLAF, u li, min-naħa l-oħra, is-setgħa li tingħata l‑awtorizzazzjoni għall-użu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>fond sigriet<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, li kien is-suġġett tal-investigazzjoni, kienet maqsuma ma’ erba’ persuni oħra, fosthom waħda msemmija b’isimha fin‑nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>. Barra minn hekk, il-fatt li r-rikorrent inizjalment isejjaħ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi biss bħala xhud u l-fatt li d-digriet li jikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, adottat fi tmiem l-investigazzjoni ġudizzjarja, eżonerah, jikkonfermaw, indirettament u <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, li l-fatt li l-OLAF ma semmiex lir-rikorrent b’ismu kien oġġettivament iġġustifikat minħabba l-inċertezza dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fil-fatti kkontestati.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, din l-interpretazzjoni twassal sabiex tneħħi kull utilità mid-distinzjoni bejn iż-żewġ eżampji previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396 u tħawwad l‑obbligu ta’ notifika malajr tal-fatti kkontestati lil uffiċjal personalment implikat matul l-investgiazzjoni ma’ dak li persuna msemmija b’isimha għandha tinstema’ qabel ma jiġi adottat ir-rapport finali. Għalhekk jidhirli li din l-interpretazzjoni tmur kontra t-test stess tad-dispożizzjoni interpretata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ħawdet ukoll il-mumenti li fihom għandha tiġi evalwata l-eżistenza taż-żewġ sitwazzjonijiet hawn fuq imsemmija. Fil-fatt, kif il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fl-<DATE ISO="20030404">4 ta’ April 2003</DATE>, il-Prosekutur tar-Repubblika tat-tribunal de grande instance de Paris (il‑Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Pariġi) fetaħ fajl ta’ investigazzjoni wara li ntbagħtet in-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza appellata, punti 15 u 71.</P></NOTE>. Din in-nota, li skont ir-rikorrent, hija l-att li kkawżatlu preġudizzju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 53.</P></NOTE>, ma fihiex konklużjonijiet magħmula <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>fi tmiem l-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, peress li r-rapport finali ġie adottat biss fil-<DATE ISO="20030925">25 ta’ Settembru 2003</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx dan il-fatt u, fl‑evalwazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara s-sentenza appellata, punti 75 u 76.</P></NOTE>, tibbaża ruħha mingħajr distinzjoni fuq konstatazzjonijiet li saru fir-rapport finali u fin-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Nirrimarka li, fuq il-punt inkwistjoni, l-approċċ adottat mill-Qorti Ġenerali fis‑sentenza appellata huwa konformi ma’ dak segwit fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tirrigwarda l-istess investigazzjoni tal-OLAF u l-applikazzjoni tal-istess dispożizzjoni, iżda li ma kinitx appellata. F’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali, filwaqt li rrikonoxxiet li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396 jirreferi għall-konklużjonijiet li jinsabu f’rapport redatt taħt l-awtorità tad-Direttur tal-OLAF (punt 131), ikkunsidrat li madankollu hemm lok li jiġi eżaminat jekk l-informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, meta ma kien jeżisti l-ebda rapport (punt 132), għandhiex tinftiehem li għandha tinkludi konklużjonijiet li jirrigwardaw personalment lir‑rikorrent (punt 133), mingħajr ma tat spjegazzjonijiet f’dan ir‑rigward.</P></NOTE>, konstatazzjonijiet li, barra minn hekk, kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>kkorroborati<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, skont il‑Qorti Ġenerali, bid-digriet li jikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, li ġie adottat fil-<DATE ISO="20130121">21 ta’ Jannar 2013</DATE>, jiġifieri kważi għaxar snin wara l‑adozzjoni tan-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, fi tmiem l-investigazzjoni tal‑awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Barra minn hekk, għalkemm, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punti 75 u 76 tas-sentenza appellata, id-digriet li jikkonstata li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni jsemmi ċerti fatti dwar ir-rikorrent, għandu jiġi kkonstatat li dawn l-elementi ma pprekludewx lill-awtoritajiet ġudizzjarji milli jeżentaw totalment lir-rikorrent, li, kuntrarjament għall-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali, jidher li iktar jiġġustifika, <HT TYPE="ITALIC">à posteriori</HT>, il-fatt li l‑OLAF ma kienx semma lir-rikorrent b’ismu (ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. B’hekk, l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma tikkunsidrax id-distinzjoni, li tirriżulta b’mod ċar mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396, bejn, minn naħa waħda, l-adozzjoni tar-rapport finali, li jiskatta l-obbligu tal-OLAF li jisma’ minn qabel lill-persuni msemmija, u, min-naħa l‑oħra, l‑adozzjoni ta’ kwalunkwe att ieħor adottat preċedentement fil-qafas tal‑investigazzjoni tal-OLAF, bħan-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, li sempliċement tiskatta l-obbligu li l-persuni implikati jiġu informati malajr<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Barra minn hekk, kuntrarjament għall-obbligu li jinstemgħu l-persuni msemmija b’isimhom, li għandu jseħħ <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> ir-rapport finali, l-obbligu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>jkunu informati mill-iktar fis<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> il-persuni implikati jista’ jirreferi biss, fl-opinjoni tiegħi, għal notifika <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l‑mument li fih tidher l-implikazzjoni personali tal-individwu inkwistjoni, u dan mhux bilfors jipprekludi li din in-notifika ssir b’mod parallel jew wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Inqis għalhekk li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl‑interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li r-rikorrent kien, fi kwalunkwe każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>implikat personalment<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> fil-fatti li wasslu għall‑investigazzjoni tal-OLAF u li, minħabba f’hekk, kellu jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>informat malajr<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, sussidjarjament, li r-rikorrent kellu mill-inqas jiġi kkunsidrat bħala persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>implikata personalment<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> fil-fatti li wasslu għall‑investigazzjoni tal-OLAF u, minħabba dan, kellu jiġi informat malajr, sa fejn ma kienx ġie stabbilit li kien hemm ir-riskju li dan jippreġudika din l-investigazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 83.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa waħda, infakkar li l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/396 tipprevedi, b’mod partikolari, li meta tidher il-possibbiltà li uffiċjal ikun implikat personalment, huwa għandu jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>informat malajr<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> meta dan ma jippreġudikax l-investigazzjoni. Min-naħa l-oħra, nirrileva li l‑Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 1073/1999 jiddefinixxi speċifikament it-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji u jipprevedi li d-Direttur tal-OLAF għandu jibgħat lill‑awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru involut l-informazzjoni miksuba mill-OLAF waqt investigazzjonijiet interni fuq fatti li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali. Din id-dispożizzjoni ma tistipula l‑ebda terminu jew kundizzjoni sabiex tintbagħat din l-informazzjoni. Fl-opinjoni tiegħi, l-imsemmija dispożizzjoni tikkostitwixxi l<HT TYPE="ITALIC">ex specialis</HT> meta mqabbla mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396 f’dak li jirrigwarda t-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>La mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396, applikat b’analoġija mill-Qorti Ġenerali f’dan il-każ, u lanqas mill-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 1073/1999, li jistabbilixxi speċifikament it-trażmissjoni ta’ informazzjoni lill‑awtoritajiet ġudizzjarji, ma jirriżulta li n-notifika tal-uffiċjal personalment implikat għandha neċessarjament isseħħ qabel it‑trażmissjoni, mid-Direttur tal-OLAF, tal-informazzjoni lill‑awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, la mis-sentenza appellata u lanqas mill-proċess tal-kawża ma jirriżulta li t-trażmissjoni tal‑informazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’dan il-każ ikkawżat preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, matul l‑investigazzjoni tal-OLAF jew matul l-investigazzjoni ġudizzjarja tal‑awtoritajiet Franċiżi, u lanqas li l-aġir tal-OLAF kiser regoli jew prinċipji ġenerali oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Fuq kollox, filwaqt li jiġu kkunsidrati limiti tal-kompetenza tal-qorti tal-appell fl‑evalwazzjoni tal-fatti, jidhirli utli li jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjoni li r-rikorrent kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>personalment implikat<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> esklużivament abbażi tal‑funzjonijiet li kien jeżerċita u ta’ setgħat li kienu jirriżultaw minn dawn il‑funzjonijiet (ara l-punti 38 u 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet), mingħajr ma kkunsidrat il-fatt li l-OLAF kien indika b’isimhom żewġ persuni oħra bħala involuti fil-fatti li wasslu għall‑investigazzjoni. Il-Qorti Ġenerali għalhekk issostitwixxiet bl‑analiżi proprja tagħha, f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-fatti u tal‑implikazzjoni tal-persuni kkonċernati f’dawn il-fatti, l-analiżi li saret mill-OLAF fil-qafas tal-kompetenzi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni 1999/352 u mir-Regolament Nru 1073/1999, mingħajr ma spjegat kif l-analiżi li saret minn dan tal-aħħar kienet żbaljata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għalhekk, inqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tad‑Deċiżjoni 1999/396 fis-sens li, fil-każ fejn tidher l-implikazzjoni personali ta’ uffiċjal, dan għandu jiġi informat qabel it-trażmissjoni ta’ informazzjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 10(2) tar‑Regolament Nru 1073/1999.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Konsegwentement inqis li l-ewwel aggravju tal-appell għandu jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl‑interpretazzjoni tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lill‑Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal‑Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999, inkwantu ddeduċiet <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> ta’ din id-dispożizzjoni li l-Kummissjoni ma setgħetx tidher bħala parti ċivili u tressaq ilment quddiem il-qorti nazzjonali qabel ma tingħalaq investigazzjoni eventwali tal-OLAF. Hija ssostni li ma teżisti l-ebda raġuni valida sabiex il-possibbiltà tal-Kummissjoni li tidher bħala parti ċivili jew li tressaq ilment quddiem il-qrati nazzjonali tiġi limitata b’dan il-mod. Ir-rikorrent jirribatti li kien abbażi tan-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, mibgħuta lill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi, adottata fil-qafas ta’ investigazzjoni interna tal-OLAF, li huwa ssejjaħ fil-qafas tal-investigazzjoni kriminali nazzjonali u, għalhekk, kellu jiġi informat u jinstema’ fir-rigward tal-fatti li kienu jikkonċernawh qabel ma din in‑nota tintbagħat lill-awtoritajiet inkwistjoni, b’osservanza tal-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża u ta’ preżunzjoni tal-innoċenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma kellhiex tidher bħala parti ċivili u tresssaq ilment quddiem il-qrati Franċiżi qabel ma tingħalaq l‑investigazzjoni tal-OLAF, li kienet tirrigwarda l-istess fatti, sabiex tipproteġi lill-uffiċjali kkonċernati, fid-dawl tal-fatt li, fl-assenza ta’ konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-OLAF, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tieħu deċiżjoni informata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 108.</P></NOTE>. Il-Qorti Ġenerali waslet għal din il-konklużjoni billi fil-konfront tal-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali applikat, b’analoġija, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>raġunament<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> li l-Kummissjoni ma tistax tiftaħ proċeduri dixxiplinari qabel ma tingħalaq investigazzjoni tal-OLAF, raġonevolament ibbażat, skont il-Qorti Ġenerali, fuq l-Artikolu 9(4) tar‑Regolament Nru 1073/1999, kif interpretat fis-sentenza tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0351">351</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara s-sentenza appellata, punti 98 sa 102.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, ir-raġunament li sar b’analoġija mill-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi. Effettivament, għandu jiġi kkonstatat li t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999 sempliċement tistabilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>[l]-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandhom jieħdu dik l-azzjoni, partikolarment dixxiplinarja jew legali, fuq il-bażi ta’ l-investigazzjonijiet interni, skond ir-riżultati ta’ dawk l-investigazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>. Barra minn hekk, kif jirriżulta mit-titolu tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, id-dispożizzjoni inkwistjoni tirregola b’mod partikolari l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>azzjoni meħuda wara l‑investigazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> magħmula mill-OLAF, peress li barra minn hekk, dan ir-regolament jirrigwarda biss l-investigazzjonijiet magħmula minnu. Għalhekk, meħuda inkunsiderazzjoni interpretazzjoni testwali u kuntestwali, it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999 la għandha l-għan li tirregola, u lanqas li tillimita s‑setgħat u l-marġni ta’ manuvra tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li tibda proċeduri ġudizzjarji jew li tipparteċipa, b’mod partikolari, bħala parti ċivili, fi proċedura ġudizzjarja u dan indipendentament mis-setgħat jew mid-doveri tagħha f’dak li jirrigwarda l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu wara investigazzjonijiet tal‑OLAF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet hi stess li ma teżisti l-ebda regola espliċita li tipprojbixxi lill-Kummissjoni milli tidher bħala parti ċivili jew li tipproċedi kriminalment kontra uffiċjal qabel ma l-OLAF ikun ippreżenta r-rapport finali tal-investigazzjoni tiegħu. Madankollu, hija tqis li r-raġunament fir-rigward tal-proċeduri dixxiplinari jista’ japplika wkoll b’analoġija għall-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali, li huwa konformi mal-ispirtu u mal-kliem tar-Regolament Nru 1073/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 100.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nirrileva li l-Qorti Ġenerali ma tispjegax liema huma l-bażijiet legali li jiġġustifikaw, f’dan il-każ, din l-analoġija. Ir‑raġunament, li għalih tirreferi, huwa limitat, primarjament, sabiex tirripproduċi l-konklużjoni li għaliha waslet fis-sentenza tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0351">351</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara s-sentenza appellata, punt 98.</P></NOTE>, it-tieni nett, sabiex jiġi invokat l-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 99.</P></NOTE> u, it-tielet nett, sabiex jitfakkar il-kliem tal-Artikolu 9(4) tar‑Regolament Nru 1073/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara s-sentenza appellata, punti 101 u 102.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tas-sentenza tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, għandu jiġi kkonstatat li, f’din is‑sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet kisret ir-regoli li jipprojbixxu li tinfetaħ il-proċedura dixxiplinari qabel ma jingħalqu l-investigazzjonijiet tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0350">350</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0351">351</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, billi bbażat il-konklużjoni tagħha prinċiparjament fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (7) tad‑Deċiżjoni C(2002) 540 tal-Kummissjoni tad-<DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE> dwar it-tmexxija tal-investigazzjonijiet amministrattivi u tal-proċeduri dixxiplinari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0346">346</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0348">348</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, filwaqt li, sussidjarjament, issemmi sempliċement l‑Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0349">349</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, mingħajr ma siltet l‑ebda konklużjoni partikolari minn din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999 jista’ jkun il-bażi, waħdu, għall-projbizzjoni tal‑Kummissjoni li tiftaħ proċedura dixxiplinari qabel ma tingħalaq l‑investigazzjoni tal-OLAF, dan ma huwiex biżżejjed sabiex jiġġustifika, mingħajr iktar spjegazzjoni, l-applikazzjoni b’analoġija ta’ din il-projbizzjoni għall-proċeduri kriminali nazzjonali, kif għamlet il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 100.</P></NOTE>. Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, iż-żewġ eżempji huma radikalment differenti: minn naħa waħda, il-proċedura dixxiplinari, immexxija mill-Kummissjoni bħala investigatur u awtorità bis-saħħa li tiddeċiedi, bil-għan speċifiku li tiġi stabbilita l-eventwali responsabbiltà ta’ uffiċjal fid-dawl tal-obbligi dixxiplinari tiegħu; u min-naħa l-oħra, proċedura ġudizzjarja, miftuħa fuq inizjattiva tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u mmexxija minnhom, li għandha għan differenti, jiġifieri li jiġi stabbilit jekk kienx hemm ksur kriminali, proċedura li fiha l‑Kummissjoni ma għandha l-ebda kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalkemm, fl-ewwel eżempju, huwa ġġustifikat li jiġi previst li l‑Kummissjoni għandha tistenna li tingħalaq l-investigazzjoni tal-OLAF qabel ma tibda proċedura dixxiplinari, fit-tieni eżempju, għall-kuntrarju, jista’ jkun xieraq, meta jkunu jeżistu elementi li jwasslu għal suspett ta’ eżistenza ta’ ksur kriminali, li immedjatament tiġi adita l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali, sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tibda, mingħajr ebda dewmien, il-prosekuzzjoni tal-persuni allegatament responsabbli, indipendentament mill-ftuħ, b’mod parallel, ta’ proċedura dixxiplinari mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar‑Regolamenti tal-Persunal, imsemmi mill-Qorti Ġenerali, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma għandha l-ebda rilevanza f’dan il-każ. Fil-fatt, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>[m]eta uffiċjal jitħarrek għal dawk l-istess atti, deċiżjoni finali tittieħed biss wara li sentenza finali tingħata mill-qorti li qed jisma’ l-kawża<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. Fi kliem ieħor, din id-dispożizzjoni tipprevedi s-sospensjoni tal-proċedura<?PAGE NO="15"?> dixxiplinari meta proċedura kriminali tkun pendenti u mhux, bil-kontra, is-sospensjoni ta’ kwalunkwe att ta’ proċedura kriminali meta proċedura dixxiplinari tkun pendenti. L-iktar, l-eżistenza ta’ din l-istess dispożizzjoni turi li, kuntrarjament għall-approċċ segwit mill-Qorti Ġenerali, proċedura kriminali tieħu prijorità fil-konfront ta’ kwalunkwe proċedura dixxiplinari mmexxija mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għalkemm skont il-kliem tal-Artikolu 9(4) tar‑Regolament Nru 1073/1999, l-istituzzjoni kkonċernata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>għandha<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> tieħu l-azzjonijiet legali li jitlob ir-rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF, inkwantu dan ir-rapport jikkostitwixxi prova neċessarja għal din il‑proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 102.</P></NOTE>, għall-kuntrarju, minn din id-dispożizzjoni ma jirriżultax li l-Kummissjoni ma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>tistax<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, qabel ma tingħalaq l-investigazzjoni tal‑OLAF, tadixxi immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja, jekk hija tqis li għandha informazzjoni jew elementi li jistgħu jagħtu lok għal bidu ta’ investigazzjoni ġudizzjarja jew jintużaw bħala provi utili għal din l‑investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fuq kollox, inqis li l-elementi fattwali l-oħra msemmija mill‑Qorti Ġenerali sussidjarjament lanqas ma jikkontestaw din il‑konklużjoni. Effettivament, il-fatt li l-Kummissjoni kienet konxja tal‑fatt li l-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha ma kinitx tippermettilha f’dan l-istadju li tasal għal konklużjonijiet dwar l-uffiċjali kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 103.</P></NOTE> u li kellha tiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza fil-kawża inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 104.</P></NOTE>, ma kienx jipprekludi, anzi iktar kien jiġġustifika, li l-Kummissjoni tressaq ilment kontra X, li ma kienx isemmi lir-rikorrent, u lanqas kien jipprekludi lill-Kummissjoni milli tidher bħala parti ċivili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 105.</P></NOTE>. Dan japplika wkoll anki meta din l-istituzzjoni tidher bħala parti ċivili fi proċedura diġà miftuħa wara li tkun bdiet l-investigazzjoni tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 103. Barra minn hekk, huwa diffiċli li l-konklużjoni stipulata fil‑punt 108 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kellhiex tidher bħala parti ċivili u tressaq ilment quddiem il-qrati Franċiżi qabel ma tingħalaq l‑investigazzjoni tal-OLAF, tiġi kkonċiljata mar-raġunament, li jinsab fil-punti 111 sa 115 tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ma aċċettatx l‑ilment ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura minħabba l-fatt li tawlet il-proċeduri ġudizzjarji mingħajr ma pproduċiet provi suffiċjenti. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari rrilevat li l‑possibbiltà li individwu jasserixxi d-drittijiet tiegħu permezz ta’ azzjoni ġudizzjarja huwa l-espressjoni ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt li jinsab fil-bażi ta’ tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni fl-Istati Membri u li ġie stabbilit ukoll mill-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, u mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u peress li, l-aċċess għall-qorti huwa dritt fundamentali u prinċipju ġenerali li jiggarantixxi r-rispett tad-dritt, huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna li l-fatt li istituzzjoni tieħu azzjoni legali jista’ jikkostitwixxi nuqqas amministrattiv (is‑sentenza appellata, punt 111).</P></NOTE> u li kienet irċeviet rapport iddettaljat mingħand id-Direttur tal-OLAF, li fih dan tal-aħħar indika li kien irċieva informazzjoni mingħand il-qrati Franċiżi li abbażi tagħha huwa qies neċessarju li l-Kummissjoni tressaq ilment sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>l-ilment finanzjarju ma jiġix limitat biss għar-reati ta’ pussess ta’ oġġetti misruqa mwettqa fi Franza u sabiex tkun tista’ titlob il‑kumpens għat-totalità tad-danni subiti fil-Lussemburgu u fi Brussell<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 106.</P></NOTE>, minkejja l-fatt li, skont l-Artikolu 87 tal-Kodiċi tal‑Proċedura Kriminali Franċiż, il-parteċipazzjoni ta’ parti ċivili tista’ sseħħ fi kwalunkwe mument waqt l-investigazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 107.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għalhekk, minkejja li, f’ċerti ċirkustanzi, ma jistax jiġi eskluż li l-applikazzjoni ta’ regoli jew prinċipji ġenerali oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħal b’mod partikolari d-drittijiet tad-difiża jew il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, tista’ twassal sabiex ikun opportun jew neċessarju li l-Kummissjoni tistenna r-riżultati ta’ investigazzjoni tal‑OLAF qabel ma tipproċedi b’kawża kontra uffiċjal, fil-fajl ma hemm xejn li minnu jirriżulta li dawn il-prinċipji setgħu jiġu applikati jew, tal-anqas li dawn ġew miksura, fil-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, jiena tal-opinjoni li ċ-ċirkustanzi msemmija mill-Qorti Ġenerali ma jiġġustifikawx applikazzjoni b’analoġija tal‑Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999 għall-każ inkwistjoni, fis-sens li jillimita lill-Kummissjoni mill-possibbiltà li tressaq ilment kontra X jew li tidher bħala parti ċivili fi proċedura ġudizzjarja miftuħa wara l-bidu ta’ investigazzjoni tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Fuq kollox, din il-possibbiltà hija żgurata mill-Artikolu 335 TFUE, li jistipula li f’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Unjoni għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l‑iktar wiesgħa mogħtija lil persuni ġuridiċi bil-liġijiet nazzjonali u, għal dan il-għan, hija rrappreżentata mill-Kummissjoni. Issa, fil-proċess tal-kawża ma hemm l-ebda prova li minnha jirriżulta li l-leġiżlazzjoni Franċiża kienet tillimita, f’dan il-każ, il‑possibbiltà tal-Kummissjoni li jkollha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li t-tieni aggravju jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ rabta kawżali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, imqajjem sussidjarjament, il‑Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi laqgħet ir-rikors minkejja l-assenza ta’ rabta kawżali bejn, minn naħa waħda, it-trażmissjoni tan-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE> u d-deċiżjoni tal‑Kummissjoni li tressaq ilment kontra X, mingħajr ma informat lir‑rikorrent, u, min-naħa l-oħra, id-dannu invokat minnu, peress li dan id-dannu huwa biss ir-riżultat tal-inizjattivi tal-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi li fuqhom la l-Kummissjoni u lanqas l-OLAF ma kellhom kontroll. Ir-rikorrent jirribatti li bħala uffiċjal għoli Ewropew, huwa kien is-suġġett ta’ akkużi partikolarment serji u infondati, waqt proċedura li tat x’tifhem lill-ex kollegi tiegħu u lit-tim tiegħu li huwa kien wettaq aġir kundannabbli u li kien implikat fi skandlu finanzjarju Ewropew. Huwa b’hekk issubixxa dannu morali li jirriżulta mid-dannu għar-reputazzjoni u l-unur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, minn naħa waħda, li l-fatt li l-Kummissjoni dehret bħala parti ċivili u ressqet ilment quddiem il-qrati Franċiżi qabel ma kienet ingħalqet l‑investigazzjoni tal-OLAF, kien ikkawża dannu għall-unur u għar-reputazzjoni professjonali tar-rikorrent u li dan id-dannu kien jirriżulta direttament mill-aġir tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 130.</P></NOTE>, u, min-naħa l-oħra, li l-fatt li l‑OLAF kien bagħat in-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE> lill‑awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi li kienet timplika lir-rikorrent mingħajr ma dan ġie mismugħ jew, tal-anqas, informat, kien ikkawżalu dannu morali, minħabba li ma setax jesprimi ruħu u lanqas jiddefendi ruħu kontra l-fatti li mmotivaw il-proċeduri kontrih, u li dan id-dannu kien jirriżulta mill-aġir illegali tal-OLAF<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 131.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, dan ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Qabelxejn, jidhirli li huwa evidenti li d-danni kkunsidrati mill‑Qorti Ġenerali, b’mod partikolari d-dannu għall-unur u għar‑reputazzjoni professjonali tar-rikorrent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 130.</P></NOTE>, kif ukoll is-sentiment ta’ inġustizzja, ta’ nuqqas ta’ saħħa u ta’ frustrazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Ara s-sentenza appellata, punt 131.</P></NOTE>, kienu l‑konsegwenza diretta tal-interrogazzjoni tar-rikorrent mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi u ma kinux jirriżultaw mill-aġir, rispettivament, tal‑OLAF u tal-Kummissjoni, iktar u iktar peress li huwa ma kienx imsemmi fin-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, u lanqas fl-ilment kontra X tal-Kummissjoni, u li l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni bħala parti ċivili saret fil-qafas ta’ proċedura ġudizzjarja diġà miftuħa mill‑awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li jsostni r-rikorrent, li huwa kien is-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>akkużi partikolarment serji u infondati<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Ara l-punt 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, la n-nota tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, u lanqas l-ilment kontra X u l-parteċipazzjoni bħala parti ċivili tal‑Kummissjoni ma jistgħu jiġu assimilati ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>akkużi<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>. Fil-fatt, il‑Kummissjoni sempliċement informat lill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi dwar il-fatti li setgħu jikkostitwixxu ksur kriminali, mingħajr ma semmiet lir-rikorrent bħala persuna possibbilment responsabbli minn dan il-ksur, filwaqt li huma tali awtoritajiet, wara l-ewwel investigazzjoni tal-każ, li għandhom jiddeċiedu dwar l-interrogazzjoni u għalhekk l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>akkuża<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> tal-persuni allegatament responsabbli ta’ dan il‑ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Barra minn hekk, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, ir-rikorrent jorbot id-danni allegati b’mod partikolari mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>interrogazzjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> jew mad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>deċiżjoni li tinfetaħ proċedura ġudizzjarja kontra tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>. Dawn huma, b’mod evidenti, atti li jistgħu jaqgħu biss taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi. Fuq kollox, la r-rikorrent u lanqas il-Qorti Ġenerali ma wrew jekk – u sa fejn – l‑informazzjoni li tinsab fl-atti tal-OLAF u tal-Kummissjoni li huwa jikkontesta, li minħabba n-natura tagħhom, għandhom ikunu kunfidenzjali, kienu fid-dominju pubbliku, b’tali mod li kkawżaw dannu għall-unur u għar-reputazzjoni tar-rikorrent.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk jiġi preżunt li l-aġir allegatament illegali tal-OLAF u tal-Kummissjoni kien jikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja (<HT TYPE="ITALIC">conditio sine qua non</HT>) sabiex seħħew id-danni invokati, fis-sens li l-informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi kienet deċiżiva għall-ftuħ tal‑proċedura min-naħa tagħhom, dan ma huwiex suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita rabta suffiċjentement diretta ta’ kawżalità. Effettivament, kif imfakkar fil-punt preċedenti, kien il-ftuħ tal-investigazzjoni ġudizzjarja, li magħha huwa marbut id-dannu allegatament subit mir-rikorrent, li jaqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi, li huwa l-kawża determinanti ta’ dan id-dannu, fis-sens tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Ara b’mod partikolari l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għalhekk nipproponi li t-tielet aggravju jintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61, tal‑Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ tiddeċiedi definittivament il-kawża hi stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif ġie kkonstat fil-qafas tal-eżami tat-tliet aggravji, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fir-rigward tal‑evalwazzjoni tal-ewwel u tat-tielet kundizzjoni neċessarji sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, kundizzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju quddiem il‑Qorti Ġenerali u li l-eżami tagħhom ma jeħtieġ li tiġi adottata ebda miżura addizzjonali ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew ta’ eżami tal‑proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Abbażi tal-analiżi li saret f’dawn il-konklużjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li r-rikors ippreżentat mir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali għandu jiġi miċħud jew minħabba li l-kundizzjoni tal-illegalità tal‑aġir ikkritikat tal-OLAF u tal-Kummissjoni ma hijiex issodisfatta, inkella, sussidjarjament, minħabba l-assenza ta’ rabta kawżali bejn dan l-aġir u d-dannu invokat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VIII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal‑Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-kawża definittivament hi stess, hija tiddeċiedi dwar l‑ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, li huwa applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il‑parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrent tilef il-kawża, nipproponi li, apparti l-ispejjeż tiegħu, għandu jbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni, li jinvolvu, skont it-talbiet ta’ din tal-aħħar, kemm il-proċedura tal‑ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IX.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190611">11 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑138/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:398">EU:T:2019:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rikors fil-Kawża T‑138/18 huwa miċħud.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fernando De Esteban Alonso huwa kkundannat għall-ispejjeż taż‑żewġ istanzi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>