22.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/4

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 166/2016

tat-23 ta’ Settembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/424]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2015/262 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni li għandha x’taqsam ma’ annimali ħajjin li ma humiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 33 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008) fil-parti 2.2. jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ 32015 R 0262: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/262 tas-17 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi regoli skont id-Direttivi tal-Kunsill 90/427/KEE u 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae (Regolament dwar il-Passaport Ekwin) (ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 1(1)(b) il-kliem ‘jew proċeduri doganali Norveġiżi’ għandhom jiżdiedu wara ‘ir-Regolament (UE) Nru 952/2013’.

(b)

Fl-Artikolu 3(1) il-kelma ‘territorji’ għandha tinftiehem li tinkludi lin-Norveġja.

(c)

Id-data ‘30 ta’ Ġunju 2009’ msemmija fl-Artikolu 43 għall-Istati tal-EFTA għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 504/2008 fil-Ftehim ŻEE.

Id-data ‘ 31 ta’ Diċembru 2009 ’ msemmija fl-Artikolu 43 għall-Istati tal-EFTA għandha tkun seba’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 504/2008 fil-Ftehim ŻEE.

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.”

2.

It-test tal-punt 85 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008) fil-parti 4.2. jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/262 bl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR

(1)   ĠU L 59, 3.3.2015, p. 1.

(2)   ĠU L 149, 7.6.2008, p. 3.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.