|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2605 |
23.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2605
tat-22 ta’ Novembru 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/926 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja wara rieżami parzjali interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (3) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ dan id-dazju anti-dumping minn hawn’ il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni anti-dumping oriġinali”. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/387 (4), il-Kummissjoni imponiet dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mill-Indja. L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ dan id-dazju kumpensatorju minn hawn’ il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni antisussidji oriġinali”. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/926 (5) u (UE) 2022/927 (6), il-Kummissjoni żammet, wara rieżami ta’ skadenza, id-dazju anti-dumping definittiv u d-dazju kumpensatorju definittiv għal ħames snin oħra. |
|
(4) |
Fir-Regolament oriġinali, il-marġni tad-dumping stabbilit għal Electrosteel Castings Ltd (“ECL” jew “l-applikant” jew “il-kumpanija”) ġie ddeterminat għal 4,1 %. Fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali separata li tikkonċerna l-istess prodott mill-istess pajjiż ikkonċernat, id-dazju kumpensatorju stabbilit għall-ECL kien ta’ 9 %, li minnu 6,04 % kien ibbażat fuq sussidji kontinġenti fuq l-esportazzjoni. |
|
(5) |
F’konformità mar-Regolament anti-dumping bażiku u r-Regolament (UE) 2016/1037 (7) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), il-Kummissjoni qieset il-fatt li tlieta mill-iskemi ta’ sussidju investigati kienu sussidji tal-esportazzjoni li effettivament naqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni u b’hekk żiedu l-marġni tad-dumping skont dan. |
|
(6) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni naqqset il-marġini tad-dumping bl-ammonti tas-sussidju li nstabu fir-rigward tal-iskemi tal-esportazzjoni kontinġenti fl-investigazzjoni antisussidji oriġinali. Abbażi ta’ dan il-metodu, id-dazju anti-dumping definittiv għall-applikant tnaqqas għal 0 %. |
1.2. Talba għal rieżami interim parzjali
|
(7) |
Fit-22 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-bidu ta’ rieżami interim parzjali (‘Notifika ta’ bidu’) tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament anti-dumping bażiku (8). |
|
(8) |
Ir-rieżami, limitat fl-ambitu għall-eżami tad-dumping tal-produttur esportatur ECL, inbdiet wara talba mill-applikant. Din intalbet abbażi ta’ fużjoni li seħħet bejn ir-rikorrenti u l-kumpannija relatata tagħha Srikalahasthi Pipes Ltd (iktar’ il quddiem “SPL”), deċiża mill-Bord tad-Diretturi f’Ottubru 2020. |
|
(9) |
Il-fużjoni bejn ECL u SPL twassal għas-sitwazzjoni fejn il-miżura anti-dumping eżistenti x’aktarx jew ma kinitx għadha meħtieġa jew ma għadhiex biżżejjed biex tikkontrobatti d-dumping li qed jikkawża dannu skont it-tifsira tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Dan kien minħabba li l-marġni tad-dumping ikkalkulat fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali ma kienx jinkludi l-bejgħ domestiku tal-SPL. Barra minn hekk, id-dokumentazzjoni legali tal-konċentrazzjoni kienet tipprevedi “sinerġiji” li jista’ jkollhom effett fuq l-istruttura tal-ispejjeż, u konsegwentement fuq il-marġni ta’ dumping, tar-rikorrenti. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni qieset li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta’ natura dejjiema. |
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
|
(11) |
L-investigazzjoni tal-livell ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami” jew “PIR”) |
1.4. Partijiet interessati, kwestjonarju, u żjara ta’ verifika
|
(12) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur, lill-produtturi esportaturi magħrufa l-oħra u lill-industrija tal-Unjoni dwar ir-rieżami interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu. Produttur tal-Unjoni, Saint-Gobain PAM Canalizations (“SG PAM”), ipprovda kummenti mal-bidu (jekk jogħġbok ara t-Taqsima 1.8). |
|
(13) |
Biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant, li wieġeb sal-iskadenza mogħtija. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qisitha meħtieġa sabiex jinstab il-livell tad-dumping. Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament anti-dumping bażiku, il-Kummissjoni għamlet żjara ta’ verifika fil-bini tal-applikant. Il-Kummissjoni organizzat ukoll vidjokonferenzi mal-kumpaniji relatati biex tivverifika l-informazzjoni li ppreżentaw. |
1.5. Użu ta’ “fatti disponibbli”
|
(14) |
Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Lulju 2023 (iktar’ il quddiem l-“ittra tal-Artikolu 18”), il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti dwar id-dubji tagħha fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data tal-kumpanija. Fl-ittra, hija pprovdiet dettalji dwar għaliex qieset li ECL setgħet ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-applikant li tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku u dwar il-konsegwenzi ta’ dan. |
|
(15) |
Permezz tal-ittri tal-24 ta’ Lulju 2023, il-Gvern tal-Indja (“GOI”), ECL u SG PAM ipprovdew kummenti dwar l-ittra tal-Artikolu 18, u dwar id-divulgazzjoni. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand distributuri Ewropej fis-suq tal-Unjoni tal-pajpijiet duttili prodotti minn ECL – il-kumpaniji Valdro, Fusion Pipeline Products Limited (‘Fusion Pipelines Products’), CO.ME.CAR SRL, Deschacht, Idrovit SRL, Vodoskok d.d., u WAPPtech Ltd. |
|
(17) |
Fuq talba ta’ ECL, saret seduta fis-26 ta’ Lulju 2023. |
1.6. Żvelar
|
(18) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet biħsiebha temenda r-rata tad-dazju applikabbli għall-ECL. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw sas-6 ta’ Settembru 2023, u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti f’dan ir-rigward minn GOI, SG PAM, ECL, u mill-kumpaniji Ewropej Deschacht, IBECO AB, VAPPtech Environrnental Ltd (“VAPPtech”) u Vodoskok. |
|
(20) |
Fl-4 ta’ Settembru 2023, fuq talba tal-GOI, saret seduta ta’ smigħ bejn il-GOI u s-servizzi tal-Kummissjoni. Fuq talba tal-ECL, saret seduta oħra bejn ECL u s-servizzi tal-Kummissjoni fis-6 ta’ Settembru 2023. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti li saru mill-partijiet interessati kollha. |
|
(21) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni ddivulgat mill-ġdid is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-użu tal-fatti disponibbli (it-Taqsima 3.6 hawn taħt) u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw sas-6 ta’ Ottubru 2023. Waslu kummenti mingħand il-GOI, l-ECL u s-SĠ PAM. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti li saru mill-partijiet interessati kollha. |
|
(22) |
Fis-16 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni ddivulgat mill-ġdid is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-valur normali u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw sas-17 ta’ Ottubru 2023. aslu kummenti mingħand il-GOI, u ECL. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti li saru mill-partijiet interessati kollha. |
1.7. L-irtirar tat-talba għal rieżami
|
(23) |
Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Awwissu 2023, ECL informat lill-Kummissjoni li xtaqet tirtira t-talba tagħha għal rieżami interim parzjali. ECL tenniet l-argumenti, ipprovduti fil-kummenti tagħha dwar id-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali, li l-investigazzjoni għandha tintemm. |
|
(24) |
ECL irreferiet għas-sejbiet tal-Kummissjoni fid-dokument ta’ divulgazzjoni tagħha dwar l-użu tal- “fatti disponibbli”. Hija qieset li kienet ipprovdiet evidenza sinifikanti biex tikkonvinċi lill-Kummissjoni dwar il-preċiżjoni tad-data tagħha, u b’mod partikolari dwar il-piż tal-metall ta’ kull pajp fil-PIR u li hija ma tipprovdix aktar evidenza minħabba li l-pajpijiet kienu diġà nbiegħu. ECL argumentat ukoll li l-metodu għar-reġistrazzjoni tad-data (dwar il-piż tal-metall) ġie applikat fir-rekords kontabilistiċi tagħha u fis-sistema SAP tal-kumpanija (9). Hija impenjat ruħha li fil-futur jittieħdu passi xierqa biex jiġi kkontrollat u rreġistrat b’mod xieraq il-piż tal-metall ta’ kull pajp prodott. Għalhekk, ECL qieset li r-rieżami ma kienx ġustifikat u jenħtieġ li jiġi tterminat. |
|
(25) |
B’referenza għall-konklużjonijiet dettaljati fit-Taqsima 3.2 hawn taħt dwar għaliex qieset li d-data ġiet irrapportata ħażin, il-Kummissjoni ħadet nota tal-impenji tal-ECL għall-futur biex jiġi rreġistrat il-piż tal-pajpijiet. Madankollu, hija qieset li tali impenn ma setax jiġġustifika t-terminazzjoni tar-rieżami attwali, peress li ma kellu l-ebda effett fuq is-sejbiet attwali li kienu relatati ma’ perjodu fil-passat. |
|
(26) |
ECL argumentat ukoll li jekk il-Kummissjoni timponi d-dazju residwu ta’ 12,9 % kif imsemmi fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali, li jkun minbarra d-dazju kumpensatorju ta’ 9 % diġà applikabbli għall-kumpanija, ECL ma tkunx tista’ tkompli tbigħ il-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni u jkollha tagħlaq is-sussidjarji/l-uffiċċji tagħha fi Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja. B’riżultat ta’ dan, madwar 60 persuna impjegati direttament mill-ECL jitilfu l-impjieg tagħhom. |
|
(27) |
ECL irreferiet ukoll għal sottomissjonijiet minn diversi distributuri indipendenti mill-Italja, Franza, il-Belġju, l-Irlanda u l-Kroazja fejn argumentat li kien hemm problema serja ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Hija sostniet li jekk l-ECL ma tkunx tista’ tforni lil dawn il-kumpaniji, huma jkollhom – fil-biċċa l-kbira tal-każijiet – jagħlqu n-negozji tagħhom, li jirriżulta f’telf ta’ eluf ta’ impjiegi diretti u indiretti fl-Istati Membri madwar l-Unjoni. ECL qieset li t-telf ekonomiku fid-diversi Stati Membri jkun għalhekk saħansitra aktar sinifikanti. Barra minn hekk, fil-fehma tagħha, il-ħruġ tal-ECL mis-suq tal-Unjoni jsaħħaħ biss il-pożizzjoni kważi monopolistika ta’ SG PAM f’dan is-suq għad-detriment tal-interess usa’ tal-Unjoni. |
1.7.1. Kummenti mid-distributuri
|
(28) |
Il-kumpaniji Companies CO.ME.CAR S.r.l., Deschacht, Vodoskok d.d. u WAPPtech talbu lill-Kummissjoni ttemm ir-rieżami. Il-kumpaniji enfasizzaw l-importanza tal-preżenza tal-ECL fis-suq tal-Unjoni, u rreferew għas-sitwazzjoni kważi monopolistika ta’ SG PAM u għal dak li ddeskrivew bħala l-imġiba antikompetittiva tagħha. |
|
(29) |
Dawn il-kumpaniji kollha semmew ukoll li jekk l-ECL toħroġ mis-suq tal-Unjoni, ikollha impatt ekonomiku sinifikanti fuq l-operazzjonijiet tagħhom u fuq is-suq tal-Unjoni tal-pajpijiet duttili. Deschacht, pereżempju, semmiet li kienet se tnaqqas drastikament l-offerta tal-pajpijiet duttili fil-Belġju, li tkun ta’ detriment għall-industrija tal-pajpijiet duttili. WAPPTech semmiet li parti sinifikanti tal-fatturat annwali tagħha ġiet mill-bejgħ tal-pajpijiet duttili mill-ECL fl-Ewropa, li jipprovdi l-istabbiltà ekonomika tal-kumpanija. Vodoskok semmiet ukoll li, fil-fehma tagħha, l-impożizzjoni tal-miżuri proposti jkollha implikazzjonijiet ekonomiċi sinifikanti, li jaffettwaw il-katina tal-provvista u jikkawżaw telf ta’ impjiegi. |
1.7.2. Kummenti mis-SĠ PAM
|
(30) |
SG PAM sostna li huwa oppona t-terminazzjoni tal-investigazzjoni fuq il-bażi tal-irtirar tat-talba għal rieżami minn ECL. Fil-fehma tagħha, it-terminazzjoni tmur kontra l-interess tal-Unjoni, b’mod partikolari fid-dawl taż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx tal-ECL fis-suq tal-Unjoni. Huwa rrefera għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-dannu lill-industrija tal-Unjoni fil-każ oriġinali u fl-aħħar rieżami ta’ skadenza. |
|
(31) |
SG PAM fakkar ukoll li r-rieżami nfetaħ fuq talba ta’ ECL u li kien limitat għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-marġni tad-dumping tagħha, u għalhekk, li ma ppermettiex lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-interess tal-Unjoni. |
|
(32) |
Barra minn hekk, SG PAM iddefenda li l-ebda element ma ssuġġerixxa li ECL ikollha toħroġ mis-suq tal-Unjoni jekk il-livell ta’ dazji tagħha jiżdied. Hija fakkret li l-miżuri anti-dumping ma kellhomx l-għan li jipprevjenu l-importazzjonijiet iżda li jiżguraw li l-importazzjonijiet kienu bi prezz ġust. Hija qieset li l-allegazzjonijiet dwar l-imġiba antikompetittiva ta’ SG PAM ma kinux appoġġati u li kellhom biss l-għan li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, fil-fehma tagħha kienu jeżistu sorsi alternattivi ta’ provvista, bħall-bejgħ ta’ produtturi Ewropej oħra Duktus-VonRoll u TRM, u permezz ta’ importazzjonijiet mit-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda, iċ-Ċina u l-Iran, u mill-kumpanija Indjana Jindal. |
|
(33) |
SG PAM argumenta wkoll li s-suq għall-pajpijiet duttili kien “multimaterjali” minħabba li l-pajpijiet duttili jistgħu jiġu sostitwiti minn tipi oħra ta’ pajpijiet li kienu alternattiva xierqa. Huwa rrefera għall-konklużjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni fil-qafas ta’ analiżi differenti relatata mal-kompetizzjoni f’dan is-suq. SG PAM irrimarka wkoll li f’xi Stati Membri, is-sehem mis-suq tal-ECL kien importanti, u li skont il-pretensjonijiet tagħha stess, ECL kellha sehem mis-suq ta’ 30 % fi Franza u ta’ 50 % fi Spanja. Għalhekk, ECL kellha, fil-fehma tagħha, saħħa konsiderevoli fis-suq. |
|
(34) |
SG PAM irrefera għas-sottomissjonijiet tad-distributuri differenti. Hija qieset li s-sehem tal-attivitajiet kummerċjali tad-distributuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-pajpijiet duttili għat-trasport tal-ilma kien baxx, bħala medja bejn 3-10 % li ma jaqbiżx l-20 %. Għalhekk, fil-fehma tagħha, anki jekk dawn id-distributuri ma jkunux jistgħu jiksbu mill-ECL, l-impatt ta’ dan ma jkunx diżastruż għalihom. Barra minn hekk, SG PAM sab li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li s-sitwazzjoni tiegħu kienet rappreżentattiva għas-suq tal-pajpijiet duttili. |
|
(35) |
Barra minn hekk, SG PAM sostna wara d-divulgazzjoni li fil-fehma tiegħu kwalunkwe impenn għall-futur minn ECL ma kellux effett fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni attwali, u li t-terminazzjoni tal-investigazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li damet aktar minn sena u kienet tinkludi verifiki fuq il-post u mill-bogħod. Hija qieset ukoll li l-investigazzjoni ma setgħetx tintemm fid-dawl tas-sejbiet tal-Kummissjoni dwar informazzjoni falza u qarrieqa pprovduta minn ECL. |
1.7.3. Valutazzjoni tat-talba għall-irtirar mill-Kummissjoni
|
(36) |
Mill-bidu nett, il-Kummissjoni nnotat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament anti-dumping bażiku, dwar l-irtirar tal-ilment, tuża l-verb “tista’” u, għalhekk, il-Kummissjoni mhijiex obbligata li ttemm il-proċediment, iżda sempliċiment għandha l-possibbiltà li tagħmel dan, dment li tali terminazzjoni ma tkunx fl-interess tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni hija meħtieġa teżamina biss jekk terminazzjoni hijiex fl-interess tal-Unjoni jekk tqis tali terminazzjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma tqisx li hemm raġunijiet biex tintemm l-investigazzjoni. |
|
(37) |
Tabilħaqq, il-Kummissjoni fakkret li r-rieżami nbeda abbażi tal-fatt li l-ECL ingħaqdet mal-kumpanija relatata tagħha. Il-fużjoni, kif spjegat fit-Taqsima 3.1 hawn taħt, ikkostitwixxiet bidla fiċ-ċirkostanzi ta’ natura dejjiema li, f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament anti-dumping bażiku, li kien jeħtieġ kalkolu mill-ġdid tal-marġni tad-dumping stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(38) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu eliminati l-effetti ta’ distorsjoni tal-kummerċ u li tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva, jeħtieġ li jiġi stabbilit marġni ta’ dumping xieraq, b’mod partikolari f’din is-sitwazzjoni fejn ġiet ipprovduta informazzjoni qarrieqa. |
|
(39) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tmiem tar-rieżami, u b’hekk injorat is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni, ma kienx xieraq f’dan il-każ u ddeċidiet li tkompli l-investigazzjoni. |
1.8. Kummenti fil-bidu
|
(40) |
Fil-bidu, il-produttur tal-Unjoni SG PAM sostna li, għal dawn l-aħħar għaxar snin, kien affettwat b’mod negattiv mill-prattiki inġusti ta’ ECL u mil-livell ogħla ta’ dumping. |
|
(41) |
SG PAM issottometta wkoll li t-talba ma kien fiha l-ebda informazzjoni li tappoġġa l-allegat tnaqqis fid-dumping jew tar-rabta bejn il-fużjoni u l-varjazzjoni tal-livell ta’ dumping. Argumenta li r-relazzjoni bejn ECL u SPL kienet diġà kkunsidrata fl-investigazzjoni oriġinali u li ċ-ċifri taż-żewġ kumpaniji ntużaw għad-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping tal-ECL. Ikkunsidra wkoll li r-rieżami x’aktarx jirriżulta fiż-żieda tal-marġni tad-dumping. |
|
(42) |
Bi tweġiba għal dan, ECL sostniet li l-argumenti ta’ SG PAM ma kinux sostnuti mill-fatti. Fil-fehma tagħha, is-sehem mis-suq ta’ SG PAM żdied mill-investigazzjoni oriġinali, filwaqt li l-volum tal-bejgħ totali ta’ ECL fis-suq tal-Unjoni naqas. ECL argumentat ukoll li, fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha żdiedu ’l fuq mil-livell tal-miżuri imposti fuq l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni. Fil-fehma tagħha, ir-riżultati finanzjarji, l-investimenti ġodda, u ż-żieda fil-livell tal-bejgħ kienu prestazzjoni eċċellenti ta’ SG PAM. |
|
(43) |
Barra minn hekk, ECL indikat li rieżami interim preċedenti kontra ECL fuq talba ta’ SG PAM intemm wara li t-talba ġiet irtirata minn dan tal-aħħar. Dan kien ifisser, skont ECL, li SG PAM kien tal-opinjoni li d-dumping ta’ ECL kien naqas. Fil-fehma ta’ ECL, SG PAM ibbenefika minn miżuri anti-dumping u kumpensatorji eċċessivament għoljin kontra l-produtturi esportaturi Indjani tal-prodott taħt rieżami. ECL argumentat ukoll li d-deċiżjoni li jinbeda r-rieżami interim attwali ma kinitx ibbażata fuq il-valutazzjoni tagħha stess iżda fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-fużjoni affettwat l-istruttura tal-ispejjeż tal-kumpanija. |
|
(44) |
Fil-kuntest ta’ dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni nnotat li l-għan tar-rieżami kien li jiġi ddeterminat il-livell il-ġdid ta’ dumping tal-ECL fid-dawl taċ-ċirkostanzi mibdula. Hija ċċarat ukoll li d-data tal-kumpanija relatata SPL ma ntużatx fil-kalkoli tad-dumping oriġinali. Barra minn hekk, il-fatt li d-data tal-SPL ma ntużatx fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali ma kienx l-uniku fattur li għandu jiġi kkunsidrat meta jingħata bidu għar-rieżami. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ġie kkunsidrat ukoll il-fatt li l-fużjoni rriżultat f’sinerġiji li taffew ċerti spejjeż li kellhom effett fuq l-operat u l-ispejjeż tal-kumpanija. Għalhekk, ir-rieżami kien ġustifikat u t-talba ġiet miċħuda. |
|
(45) |
SG PAM argumenta wkoll li t-talba ma ssodisfatx l-istandards għat-trattament ta’ informazzjoni mhux kunfidenzjali, u li l-applikant ma kienx ipprovda sommarji mhux kunfidenzjali f’dettall suffiċjenti biex jippermetti fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament anti-dumping bażiku. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni osservat li t-talba kollha ma kinitx kunfidenzjali. Barra minn hekk, hija nnotat li SG PAM ma speċifikax b’mod konkret liema informazzjoni fil-fajl miftuħ kienet fil-fehma tiegħu nieqsa. Għalhekk, hija rrifjutat l-affermazzjoni. |
|
(47) |
SG PAM issottometta wkoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li testendi l-perjodu ta’ investigazzjoni biex tqis l-allegata bidla fiċ-ċirkostanzi. Il-fużjoni ta’ ECL mal-kumpanija relatata tagħha SPL saret effettiva mill-1 ta’ Jannar 2022. Madankollu, il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami magħżul mill-Kummissjoni kien mistenni li jkun mill-1 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022, biex jallinja mas-sena ta’ rappurtar finanzjarju Indjana tradizzjonali. Skont SG PAM, dan kien ifisser li tliet kwarti tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (minn April 2021 sa Diċembru 2021) koprew perjodu qabel l-allegata bidla fiċ-ċirkostanzi u d-data tat-tliet trimestri preċedenti fi kwalunkwe każ ma kinitx se tkun rappreżentattiva ta’ kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-fużjoni. |
|
(48) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ inadegwatezza tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni ċċarat li ġie stabbilit li mil-lat operazzjonali, amministrattiv u minn perspettiva kontabilistika, il-fużjoni daħlet fis-seħħ, b’mod retroattiv (10), mill-1 ta’ Ottubru 2020. Għalhekk, hija setgħet tivvaluta l-effett tal-fużjoni matul il-perjodu kollu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. L-affermazzjoni ġiet għalhekk miċħuda. |
|
(49) |
Skont SG PAM, il-Kummissjoni kellha tivverifika wkoll id-differenzi fil-karatteristiċi bejn il-pajpijiet u t-tubi mibjugħa fl-Indja u fl-Unjoni. Dawn id-differenzi kienu prinċipalment relatati, fil-fehma tiegħu, mal-klassijiet tal-pressjoni u tal-ħxuna, mal-piż, mat-tulijiet u mal-kisi. Barra minn hekk, SG PAM indika li ECL biegħet pajpijiet li kienu itqal u li l-istess pajpijiet jista’ jkollhom użu differenti fl-Indja milli fl-Unjoni. Huwa ta eżempju ta’ pajp tal-klassi “K9” (11) li, skonthom, jintuża b’mod komuni fl-Indja għall-ilma, filwaqt li fl-Unjoni, il-pajpijiet tal-klassi “K7” intużaw għall-istess skop. Fil-fehma ta’ SG PAM, dawn id-differenzi jistgħu jiġġustifikaw aġġustamenti biex jippermettu tqabbil ġust bejn il-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku Indjan u s-suq tal-Unjoni. ECL ma qablitx u pprovdiet dettalji dwar il-karatteristiċi tekniċi tal-prodotti tagħha u d-differenzi allegati. |
|
(50) |
Il-prattika tal-Kummissjoni hija li tikkalkula marġni ta’ dumping billi tqabbel il-valur normali ta’ tip ta’ prodott mal-prezz tal-esportazzjoni ta’ tip ta’ prodott simili. Id-differenzi indikati minn SG PAM għalhekk tqiesu peress li l-klassijiet differenti ta’ pressjoni tqiesu bħala tipi differenti ta’ prodotti. Il-Kummissjoni qieset li t-tħassib ta’ SG PAM ġie indirizzat bis-sħiħ. |
|
(51) |
SG PAM argumenta wkoll li l-organizzazzjoni l-ġdida tal-grupp korporattiv tal-ECL ħolqot opportunitajiet sinifikanti għal kumpens trasversali, bejgħ intern b’valuri mhux tas-suq, servizzi mhux irrapportati u/jew oġġetti oħra li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-valutazzjoni tal-kostijiet u t-tqabbil tal-bejgħ domestiku u tal-UE tal-kumpanija. Għalhekk, fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta meta tivvaluta t-tranżazzjonijiet bejn l-entitajiet relatati. Għal dak l-għan, SG PAM ipprovda deskrizzjoni fil-qosor tal-istruttura korporattiva ta’ ECL Group, kif ukoll fatturi li, fil-fehma tiegħu, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni fil-kalkolu tad-dumping. SG PAM irrefera għall-forniment ta’ kokk prodott minn waħda mill-fabbriki tal-ECL f’Haldia, u għall-importazzjonijiet tal-faħam mill-Awstralja fejn xi partijiet relatati tal-ECL setgħu kienu involuti. L-istess kien validu skont SG PAM dwar is-suq tal-Unjoni, fejn ECL tbigħ permezz ta’ diversi partijiet relatati. SG PAM irrefera għall-iskontijiet imsemmija fir-rapporti annwali ta’ tnejn mill-partijiet relatati, Electrosteel Trading S.A. u Electrosteel Europe S.A., bonuses ta’ tmiem is-sena, bejgħ b’ “valuri żero”, u prattiki oħra tas-suq. SG PAM indika wkoll tranżazzjonijiet potenzjali li huma msemmija fil-kontijiet annwali tal-entitajiet ta’ ECL bejn ECL u Electrosteel Algeria SPA, Electrosteel Castings Gulf FZE (UAE), Electrosteel Bahrain Holding WLL (Bahrain), u Electrosteel Doha for Trading LLC (Qatar), li l-Kummissjoni għandha tiċċekkjahom biex tivverifika involviment possibbli ta’ dawn l-entitajiet fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni qieset dawn l-elementi fil-valutazzjoni tagħha, irrevediet l-istruttura tal-grupp korporattiv u l-organizzazzjoni tal-partijiet relatati sal-punt sa fejn ir-relazzjoni kienet rilevanti biex jiġi ddeterminat marġni ta’ dumping ġdid għall-ECL. Għal dak l-għan, hija qieset il-fatt li l-prodott taħt rieżami nbiegħ fis-suq tal-Unjoni permezz ta’ partijiet relatati. |
|
(53) |
SG PAM argumenta li peress li s-suq għall-mineral tal-ħadid kien distort fl-Indja u dawn id-distorsjonijiet ġew stabbiliti fir-regolament oriġinali li jimponi dazju kumpensatorju fuq il-produtturi esportaturi fl-Indja, jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta l-kostijiet meta jinħadem il-valur normali abbażi tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku. |
|
(54) |
L-industrija tal-Unjoni għamlet l-istess dikjarazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni qieset fiż-żmien li d-distorsjoni ġiet investigata u indirizzata fl-investigazzjoni antisussidji separata u li ma kienx hemm bżonn li din id-distorsjoni tiġi indirizzata aktar, peress li dan jammonta għal għadd doppju tal-effetti tas-sussidju. Il-Kummissjoni żammet ma’ din il-fehma. |
2. IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(55) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali) (“pajpijiet duttili”), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili mingħajr kisi intern u estern (“pajpijiet mikxufin”) (“il-prodott taħt rieżami”). |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(56) |
Il-prodott ikkonċernat minn dan ir-rieżami huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mill-Indja, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7303 00 10 u ex 7303 00 90 (il-kodiċijiet TARIC 7303001010, 7303009010). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma pprovduti għall-fini ta’ informazzjoni biss mingħajr preġudizzju għal bidla sussegwenti fil-klassifikazzjoni tariffarja. |
2.3. Prodott simili
|
(57) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni tar-rieżami interim ikkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(58) |
Dawn il-prodotti huma għalhekk ikkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping. |
3. SEJBIET
|
(59) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament anti-dumping bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi li abbażi tagħhom ġie stabbilit il-marġni tad-dumping attwali nbidlux u jekk din il-bidla kinitx ta’ natura dejjiema. |
3.1. Bidla sinifikanti u dejjiema fiċ-ċirkostanzi
|
(60) |
L-investigazzjoni kkonfermat li skont l-approvazzjoni tal-Iskema ta’ Amalgamazzjoni tal-SPL mal-ECL mill-awtoritajiet rilevanti fl-Indja fl-31 ta’ Diċembru 2021, il-SPL ingħaqdet uffiċjalment mal-ECL. ECL inkludiet l-SPL u għalhekk, iż-żewġ kumpaniji kienu qed joperaw bħala entità waħda mill-1 ta’ Jannar 2022’il quddiem. F’din l-aħħar data, SPL ma baqgħetx teżisti. L-ishma tal-ECL u tal-SPL ġew amalgamati u allokati fl-20 ta’ Jannar 2022 u l-proċess ta’ allokazzjoni tlesta f’April 2022. Madankollu, il-fużjoni seħħet b’mod retroattiv mill-1 ta’ Ottubru 2020 kif spjegat fil-premessa (48). |
|
(61) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament anti-dumping bażiku, il-bażi li fuqha ġew imposti l-miżuri eżistenti kienet inbidlet u dawn il-bidliet ġġustifikaw ir-rieżami tal-marġni tad-dumping għall-applikant. |
|
(62) |
Wara d-divulgazzjoni, ECL argumentat li l-Kummissjoni ma għamlitx valutazzjoni tas-sinerġiji mill-fużjoni, u li għalhekk, l-investigazzjoni għandha tintemm. |
|
(63) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din is-suppożizzjoni peress li, kif imsemmi fit-Taqsima 1.7 u żvelat lill-partijiet interessati, hija kienet ikkonkludiet li l-fużjoni rriżultat f’sinerġiji li taffew ċerti kostijiet li kellhom effett fuq l-operat u l-kostijiet tal-kumpanija. Il-konklużjoni dwar il-ħtieġa għal rieżami interim parzjali ġiet ripetuta wkoll fil-premessa (113) tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2023. |
|
(64) |
Wara d-divulgazzjoni, il-GOI tenna l-argumenti tal-ECL u ddefenda li r-rieżami interim ma kienx meħtieġ. Filwaqt li l-GOI qabel li kienet prattika konsistenti tal-Kummissjoni li twettaq rieżami interim parzjali f’każ ta’ fużjonijiet, huwa qies li l-każ tal-ECL kien differenti minħabba li kemm l-ECL kif ukoll l-SPL kienu parti mill-investigazzjoni oriġinali, u minħabba li d-deċiżjoni li ma tintużax id-data tal-SPL fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali kienet għażla magħmula mill-Kummissjoni. Għalhekk, fil-fehma tagħha, ma kienx hemm bżonn li jiġu investigati mill-ġdid. Barra minn hekk, fil-fehma tagħha, kienet il-Kummissjoni li talbet uffiċjalment lil ECL biex tissottometti t-talba għal rieżami interim. |
|
(65) |
Sabiex tistabbilixxi l-kostijiet tal-entità fuża, il-Kummissjoni kienet obbligata tuża, jekk id-data tal-ECL ma tiġix miċħuda, il-kostijiet konsolidati tal-entitajiet fużi, u l-kostijiet ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ ikkonsolidati. |
|
(66) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li jekk ECL kinitx tippreżenta t-talba fuq inizjattiva tagħha stess, jew jekk kinitx avżata mill-Kummissjoni, ma kienx rilevanti, peress li l-Kummissjoni stabbiliet, abbażi tal-Artikolu 11(3), li l-konċentrazzjoni kienet tirrappreżenta “ċirkostanzi mibdula ta’ natura dejjiema” li kienu jeħtieġu l-istabbiliment ta’ marġni ta’ dumping ġdid (ara t-Taqsima 3.1). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
|
(67) |
Il-GOI argumenta wkoll li tressqet talba għal rieżami interim fir-rigward kemm tal-miżuri kumpensatorji kif ukoll ta’ anti-dumping, u li kien inġust li l-Kummissjoni wettqet biss ir-rieżami anti-dumping, minħabba li ċerti skemi ta’ sussidju ma kinux għadhom fis-seħħ. |
|
(68) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-ECL ressqet biss talba għal rieżami tal-miżuri anti-dumping. It-talba għalhekk ma kinitx ġustifikata. |
3.2. Kooperazzjoni u użu tal- “fatti disponibbli”
|
(69) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-marġni tad-dumping tal-ECL (u produtturi esportaturi oħra li kkooperaw) ġie stabbilit fuq il-bażi tal-piż nett tal-metall tal-prodott ikkonċernat. Dan ifisser li ġie stabbilit fuq il-piż tal-pajp mingħajr il-kisja tas-siment u mhux fuq il-piż totali tiegħu. Għaldaqstant, ECL kienet ibbażat it-tweġiba tagħha għat-tweġiba għall-kwestjonarju anti-dumping biss fuq il-piż nett tal-metall. |
3.2.1. L-importanza tal-piż nett tal-metall irrapportat għall-marġni tad-dumping
|
(70) |
Il-prodott taħt rieżami huwa pajp tal-azzar b’saff ta’ siment intern biex jipprevjeni lill-pajp mill-korrużjoni. Barra minn hekk, il-pajp tal-azzar għandu fuq barra saff ta’ protezzjoni rqiq ħafna ta’ ftit millimetri, magħruf komunement bħala l- “kisi”. Il-piż ta’ pajp bil-kisi tas-siment huwa definit bħala piż tal-kisi tas-siment (“CML”). |
|
(71) |
Il-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku Indjan għandhom kisja differenti (12) meta mqabbla ma’ dawk esportati lejn l-Unjoni. Dan jirriżulta f’nuqqas ta’ tqabbil tat-tipi ta’ prodotti għall-fini tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Minkejja l-fatt li l-kisi ma għandu l-ebda effett sinifikanti fuq il-kost tal-produzzjoni jew fuq il-prezz, minħabba n-nuqqas ta’ tqabbil, il-valur normali kellu jinbena abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni. Biex jinħadem il-valur normali, għal kull tip ta’ prodott il-piż totali tal-pajp partikolari mibjugħ lill-Unjoni kellu jiġi mmultiplikat bil-kost medju tal-manifattura għal kull kilogramma ta’ dak it-tip ta’ prodott. |
|
(72) |
Il-piż totali ta’ pajp jinkludi l-piż tal-metall, is-siment u l-kisi. Għall-biċċa l-kbira tat-tipi esportati lejn l-Unjoni u skont l-istandards nominali (teoretiċi) (13), il-piż medju tal-metall fil-pajp jirrappreżenta madwar 85 %, filwaqt li l-piż tas-siment jirrappreżenta medja ta’ 15 % tal-piż totali tal-pajp (14). Il-piż tal-kisi huwa bejn 0,3 u 1 % tal-piż totali tal-pajp. Il-metall jirrappreżenta l-proporzjon ewlieni tal-kost, u b’hekk il-kost tiegħu jiddefinixxi l-prezz tal-bejgħ tal-pajp finali. |
|
(73) |
Il-parti tal-metall biss tal-pajp tintuża biex tiġi mmultiplikata bl-ispiża medja tal-manifattura. Għalhekk, il-piż tal-metall u l-proporzjon tiegħu fil-piż ta’ pajp għandu impatt dirett fuq il-kalkolu tal-valur normali, u għalhekk, jaffettwa direttament il-marġni tad-dumping. Is-sottorappurtar tal-piż tal-metall awtomatikament iwassal għal valur normali maħdum aktar baxx u onsegwentement għal marġni ta’ dumping aktar baxx (15). Bl-istess mod, is-sottorappurtar tal-piż tal-metall għall-bejgħ lejn l-Unjoni jwassal għal prezz tal-esportazzjoni medju ogħla (16). Għalhekk, il-preċiżjoni tal-piż tal-metall irrapportat għandha rwol kruċjali fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping. Fi kliem ieħor, il-korrettezza tal-piż tal-metall irrapportat hija meħtieġa biex jiġi kkalkulat marġni ta’ dumping preċiż. Barra minn hekk, dan jaffettwa l-preċiżjoni kemm tal-valur normali stabbilit kif ukoll tal-prezz tal-esportazzjoni stabbilit. |
3.2.2. Il-piż tal-metall irrapportat mill-ECL fl-investigazzjoni attwali
|
(74) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-ECL matul il-verifika fuq il-post, il-pajpijiet prodotti mill-kumpanija ma ġewx ponderati b’mod sistematiku individwalment. Minflok, kontejner sħiħ jew trakk mgħobbi kompletament bil-pajpijiet kien jintiżen fuq miżien pont qabel ma jħalli l-bini tal-ECL. Dan il-kontenitur/trakk kien fih għadd ta’ pajpijiet b’dijametri differenti bis-CML u bil-kisi u seta’ inkluda prodotti oħra bħal gaskits, lubrikanti, fittings, jew oħrajn, u inkluda wkoll biċċiet tal-injam jew materjal ieħor tal-ippakkjar. ECL argumentat li l-piż nett tal-metall tal-pajpijiet li ġew prodotti ġie rreġistrat fis-sistema kontabilistika abbażi tal-użin ta’ pajp fil-kampjun ta’ kull tip ta’ prodott minn kull ordni. Skont ECL, il-piż tal-metall tal-pajpijiet fil-kampjun imbagħad ġie rreġistrat fis-sistema SAP tagħhom u ġie aġġustat kontinwament skont ir-riżultati ta’ kull eżitu tal-ittestjar tal-kampjun. ECL argumentat li din id-data, li ġiet irrapportata fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju u mbagħad intużat għall-iskop tal-kalkolu tad-dumping, b’hekk irriflettiet il-piż tal-metall attwali tal-pajpijiet. |
|
(75) |
Sabiex tivverifika l-korrettezza tal-piż nett tal-metall imdaħħal fl-SAP mill-ECL, il-Kummissjoni talbet lill-kumpanija tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar il- “piż gross” (totali) tal-pajpijiet (inklużi s-CML u l-kisi), u d-data tal-produzzjoni u tal-bejgħ espressa f’metri. |
|
(76) |
Il-piż gross, imsejjaħ il-piż “Kanta” għall-bejgħ domestiku huwa l-piż tal-pajpijiet inkluż is-CML u l-kisi. Il-kumpanija żammet rekords tal-piż gross ta’ trakk jew kontenitur mgħobbi fuq il-miżien, li kien jinkludi l-imballaġġ. Billi talbet din l-informazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni fittxet li tagħmel kontroverifika tal-korrettezza tal-piż nett tal-metall irrapportat mill-kumpanija. |
|
(77) |
Wara li qabblet l-informazzjoni addizzjonali sottomessa minn ECL, il-Kummissjoni sabet diskrepanzi bejn il-piż gross tal-prodott investigat mibjugħ fis-suq tal-esportazzjoni meta mqabbel mal-prodott investigat mibjugħ fis-suq domestiku. Id-differenza kienet tikkonċerna b’mod partikolari l-piż tas-CML fi prodotti mibjugħa fis-suq domestiku meta mqabbel mal-piż tagħha fil-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni. |
|
(78) |
Billi użat l-informazzjoni pprovduta minn ECL abbażi tat-tul tal-pajpijiet (metri), il-Kummissjoni, fl-assenza (17) ta’ piż CML fis-suq domestiku, għamlet paragun bejn il-piż medju ta’ Kanta għal kull metru ta’ pajpijiet mibjugħa fis-suq domestiku mal-piż CML tal-pajpijiet mibjugħa għall-esportazzjoni. Hija sabet li l-piż gross irrapportat tal-pajpijiet għal kull metru kien bħala medja aktar minn [5-15 %] ogħla għall-bejgħ tal-esportazzjoni, meta mqabbel mal-bejgħ domestiku (18). Peress li d-data rrapportata fis-suq domestiku kienet tinkludi l-imballaġġ filwaqt li l-imballaġġ ma kienx inkluż fil-piż irrapportat għall-bejgħ lill-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-differenza attwali tkun saħansitra ogħla. |
|
(79) |
Sabiex tkun preċiża kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni naqqset il-paragun għal tipi ta’ prodotti kważi identiċi mibjugħa kemm fis-suq domestiku Indjan kif ukoll fis-suq tal-Unjoni. Meta qabblet tipi ta’ prodotti kważi identiċi (19) (li jvarjaw biss fil-kisi estern), il-Kummissjoni osservat li l-piż nett tal-metall irrapportat kien identiku filwaqt li l-piż tal-piż tas-CML kien dejjem ogħla b’mod sinifikanti għall-bejgħ tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-piż (gross) totali ta’ pajp kien bħala medja [5–15 %] ogħla meta esportat. Għal xi tipi ta’ prodotti d-differenza kienet għolja sa [5–15 %]. Dan fisser li l-piż ta’ pajp għal kull metru kien bħala medja [10–20 %] ogħla meta mibjugħ għall-esportazzjoni meta mqabbel mal-pajp kważi identiku mibjugħ domestikament. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li dawn id-diskrepanzi dejjem kienu sejrin f’direzzjoni waħda — b’sottovalutazzjoni tal-piż tal-prodott esportat. Tali sottovalutazzjoni, kif spjegat fil-premessa (72), kellha l-effett li tnaqqas il-marġni tad-dumping tal-ECL. |
|
(80) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset dawn id-diskrepanzi bħala evidenza ta’ rapportar ħażin tal-informazzjoni dwar il-piż li tikkonċerna l-bejgħ. Kif innutat hawn fuq fil-premessa (40), ir-rappurtar korrett tal-informazzjoni dwar il-piż huwa kritiku sabiex jintlaħaq marġni ta’ dumping preċiż. B’mod speċifiku, ir-rappurtar ħażin tal-informazzjoni dwar il-piż jista’ jwassal għat-tnaqqis tal-marġni reali tad-dumping. F’dan l-isfond, fid-29 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni talbet lill-ECL biex tipprovdi spjegazzjonijiet għal dawn id-diskrepanzi. |
|
(81) |
L-ECL wieġbet li t-tqabbil tal-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku kien influwenzat mid-differenzi fit-taħlita tal-prodott tal-bejgħ fiż-żewġ swieq, u li d-differenzi li nstabu għall-pajpijiet b’dijametru sa 300 mm kienu kkawżati minn normi differenti fir-rigward tal-ħxuna tas-CML applikabbli fl-Unjoni u fis-swieq domestiċi Indjani. Barra minn hekk, fil-fehma tal-applikant, kienu jeżistu xi differenzi minħabba tipi differenti ta’ kisi użati fis-suq domestiku u tal-esportazzjoni, u differenzi fl-imballaġġ għat-trasport. |
|
(82) |
Il-Kummissjoni qieset li filwaqt li xi differenzi jistgħu tabilħaqq jiġu influwenzati minn taħlita ta’ prodotti differenti, il-kobor tad-differenzi misjuba meta jitqabblu tipi ta’ prodotti kważi identiċi (20) ma setax jiġi spjegat biżżejjed mir-raġunijiet mogħtija mill-ECL. |
|
(83) |
Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika fuq il-post, il-Kummissjoni stabbiliet li għall-pajpijiet tal-istess dijametru, il-ħxuna tas-CML għas-suq domestiku u tal-esportazzjoni kienet identika. Barra minn hekk, is-sistema ta’ kodifikazzjoni tal-produzzjoni tal-ECL stess użat kodiċijiet tal-prodotti identiċi kemm għas-suq domestiku kif ukoll għas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, intużaw l-istess linji ta’ produzzjoni u l-istess metodu ta’ produzzjoni. Kieku l-pajpijiet għall-esportazzjoni kellhom ikollhom ħxuna tas-siment differenti, kien ikun jeżisti kodiċi tal-prodott differenti għal dawn il-prodotti, li ma kienx il-każ. |
|
(84) |
Barra minn hekk, l-argument ta’ ECL li hemm normi differenti għall-ħxuna tas-siment fis-suq Indjan u tal-Unjoni kien jikkonċerna biss pajpijiet b’dijametru ta’ 300 mm. Il-Kummissjoni, madankollu, sabet ukoll diskrepanzi għal pajpijiet b’dijametru akbar minn 300 mm, li għalihom ir-rekwiżiti għall-ħxuna tas-CML fin-normi għaż-żewġ swieq kienu identiċi. Il-Kummissjoni kkalkulat li, abbażi tal-piż nett tal-metall kif irrapportat mill-ECL, is-CML għal xi tipi ta’ prodotti jkollha tkun id-doppju għas-suq tal-esportazzjoni meta mqabbel mas-suq domestiku. |
|
(85) |
Kif ikkonfermat mis-sottomissjoni tagħha stess, it-tip (differenti) ta’ kisi għas-suq tal-esportazzjoni kellu impatt minimu fuq il-piż totali ta’ pajp, li jirrappreżenta biss madwar [0-3 %] tal-piż totali. Għalhekk, differenza fil-kisi ma setgħetx tkun responsabbli għal differenza fil-piż li titla’ għal kważi [10–20 %]. Fir-rigward tal-imballaġġ għat-trasport, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni fuq il-post, li tikkonferma li l-piż gross irrapportat għall-bejgħ domestiku jinkludi l-imballaġġ u prodotti oħra (lubrikanti u gaskits). Madankollu, anki jekk l-imballaġġ u oħrajn kienu jiġu esklużi, ġie stabbilit matul il-verifika fuq il-post tal-fabbrika li s-sehem tal-imballaġġ domestiku u esportat fil-piż globali kien bejn wieħed u ieħor [0–3 %] u għalhekk, negliġibbli meta mqabbel mal-piż globali tal-pajpijiet. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li d-differenzi għall-pajpijiet b’dijametru ta’ 300 mm setgħu jiġu spjegati biss parzjalment (21) mill-argument li d-differenza kienet ikkawżata minn normi differenti fir-rigward tal-ħxuna tas-CML applikabbli fis-suq tal-Unjoni u dak Indjan. Għall-pajpijiet akbar minn 300 mm, id-differenza ma setgħetx tiġi ġġustifikata minn norma differenti għas-CML, tip differenti ta’ kisi, jew differenza fl-imballaġġ għat-trasport. |
|
(87) |
Abbażi tal-informazzjoni fil-fajl li kkontradixxiet kull element tal-ispjegazzjoni tal-applikant għad-differenzi fil-piż, deher li l-unika spjegazzjoni kienet li l-applikant irrapporta ħażin fis-sistema kontabilistika tiegħu l-piż jew it-tul tal-prodott ikkonċernat bl-effett li jnaqqas il-marġni tad-dumping tiegħu. B’dan il-mod, l-applikant ipprovda informazzjoni falza jew qarrieqa skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament anti-dumping, u b’hekk impedixxa b’mod sinifikanti l-investigazzjoni. |
3.3. Kummenti tal-Gvern tal-Indja dwar l-użu tal-fatti disponibbli
|
(88) |
Il-GOI kkummenta li l-investigazzjoni nfetħet fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u li fil-fehma tagħha ma kinitx meħtieġa. Stqarr li peress li ma kien hemm l-ebda differenza fir-rigward tal-piż nett tal-metall irrapportat fis-suq domestiku u tal-Unjoni, id-data tal-ECL għandha tiġi aċċettata. Innota li l-ECL għar-rappurtar tagħha kienet użat l-istess metodoloġija bħal fil-każ oriġinali (ibbażata fuq il-piż nett tal-metall) u li din (l-istess) metodoloġija ġiet aċċettata mill-Kummissjoni fl-investigazzjonijiet preċedenti kollha. Fil-fehma tal-GOI, peress li l-metodoloġija ma nbidlitx u l-kumpanija ma kinitx biddlet il-mod kif tirrapporta d-data, id-data/l-informazzjoni pprovduta mill-ECL ma setgħetx tiġi injorata. |
|
(89) |
Il-GOI kkummenta wkoll dwar is-sejbiet fir-rigward tad-diskrepanzi identifikati mill-Kummissjoni fl-ittra tal-Artikolu 18 bejn il-piż nett tal-metall, il-piż tas-CML u l-“Piż Kanta”. F’dan il-kuntest, stqarr li l-iskop u l-bażi tat-tliet piżijiet kienu differenti u għalhekk ma setgħux jintużaw għal xi analiżi komparattiva. |
|
(90) |
Il-GOI stqarr b’mod partikolari li l-piż nett tal-metall intuża mill-industrija għall-iskopijiet kollha ta’ reġistrazzjoni interna u statutorja. Is-CML ma tqiesx bħala kriterju essenzjali la mill-produttur tal-prodott ikkonċernat u lanqas mill-Kummissjoni sa issa għal kwalunkwe skop, inklużi n-numri ta’ kontroll tal-prodott (“PCNs”) (22). Fil-fehma tiegħu, dan l-approċċ kien ukoll konformi mal-fatt li anke l-kumpanija SG PAM qatt ma inkludiet is-siment bħala kriterju rilevanti filwaqt li tat il-karatteristiċi tal-prodott, u li l-Kummissjoni aċċettat ukoll il-PCNs mingħajr ma inkludiet is-siment bħala kriterju separat fl-investigazzjonijiet kollha mwettqa s’issa. Il-GOI argumenta li devjazzjoni mill-metodoloġija stabbilita f’rieżami interim parzjali ma la dehret mixtieqa u lanqas ġustifikata. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li tapplika l-fatti disponibbli abbażi tad-differenza fil-piż tas-siment mhux biss tkun ħarxa iżda wkoll mhux ġustifikata fuq ECL li kienet qed tikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjonijiet kollha matul is-snin. |
|
(91) |
Il-GOI żied ukoll li l-piż ta’ Kanta kien jinkludi mhux biss il-piż tal-pajp mikxuf (il-piż nett tal-metall) iżda wkoll dak tas-siment, tal-kisi intern u estern, tal-materjal tal-ippakkjar u ta’ oġġetti oħra bħaċ-ċirku tal-ispazjatur, il-lubrikanti, eċċ. Peress li l-piż ta’ Kanta kien jinkludi piżijiet ta’ oġġetti għajr dak tal-prodott ikkonċernat, kien ivarja abbażi ta’ kunsinna għal konsenja u għalhekk, jenħtieġ li ma jintużax għal xi kalkolu jew analiżi. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li, kif spjegat fil-premessa (8), l-investigazzjoni nbdiet wara t-talba tal-applikanti. Għalkemm din it-talba setgħet kienet ibbażata fuq diskussjonijiet informali mal-Kummissjoni dwar l-effetti tal-konċentrazzjoni ma’ SPL, dan ma jbiddilx il-fatt li hija r-rikorrenti li ddeċidiet li titlob ir-rieżami. |
|
(93) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet nota tal-ispjegazzjonijiet għall-unitajiet differenti ta’ kejl użati mill-industrija. Hija kkonfermat li f’konformità ma’ dak li ntalab mill-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni, u f’konformità mal-metodu użat fl-investigazzjonijiet preċedenti, ECL irrapportat data bbażata fuq il-piż nett tal-metall. Madankollu, għall-fini tal-verifika tal-preċiżjoni tad-data pprovduta abbażi tal-piż nett tal-metall, u fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-piż tal-metall tal-pajpijiet individwali, il-Kummissjoni ffukat matul il-proċess ta’ verifika fuq l-istabbiliment tal-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-ECL, u kontroverifikat l-informazzjoni ma’ unitajiet differenti ta’ kejl, bħall-piż gross u l-miters. Il-Kummissjoni ħarset ukoll lejn id-data rrapportata għas-suq domestiku u tal-esportazzjoni. Meta għamlet kontroverifika tal-preċiżjoni tal-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet diskrepanzi li jindikaw ineżattezza tad-data sottomessa abbażi tal-piż nett tal-metall. Għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx li tuża metodoloġija differenti minn dik użata fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali iżda pjuttost li tivverifika jekk ECL kinitx irrapportat id-data tagħha b’mod korrett. |
|
(94) |
Il-GOI qies ukoll li peress li l-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku ma kinux l-istess bħall-prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni, il-prattika konsistenti tal-Kummissjoni f’każijiet bħal dawn kienet li tibni l-valur normali abbażi tal-kost tal-produzzjoni. Għalhekk, il-GOI stqarr li d-differenzi bejn il-piżijiet tal-prodotti mibjugħa fis-suq domestiku u s-suq tal-UE ma kellhom l-ebda effett fuq l-investigazzjoni preżenti. |
|
(95) |
Bħala konklużjoni, il-GOI qies li l-proposta li jirrikorri għal “fatti disponibbli” ma kinitx ġustifikata, u li l-Kummissjoni għandha taċċetta l-informazzjoni pprovduta mill-esportatur li kkoopera u tagħmel id-determinazzjonijiet skont dan. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li f’konformità mal-metodu oriġinali, peress li ma nbiegħu l-ebda prodotti direttament komparabbli fis-suq tal-Unjoni u tal-esportazzjoni, hija kellha l-ħsieb li tibni l-valur normali abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni. Kif spjegat fil-premessa (72), il-preċiżjoni tal-piż tal-metall irrapportat għandha rwol kruċjali fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet meħtieġa wkoll data preċiża dwar il-piż f’każ li kellu jinħadem il-valur normali. Għalhekk, f’każ li jinstab li d-data ma kinitx affidabbli, ma setgħetx tintuża bħala tali biex jiġi ddeterminat il-valur normali. |
3.4. Kummenti tal-ECL dwar l-użu ta’ “fatti disponibbli”
|
(97) |
Fit-tweġiba tagħha għall-ittra tal-Artikolu 18, ECL qieset li l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli ma kinitx ġustifikata u ma kellhiex bażi fattwali minħabba li kienet ibbażata fuq tqabbil tal-piżijiet ta’ prodotti inkomparabbli u injorat diversi varjabbli. Barra minn hekk, qieset li l-kalkoli mill-Kummissjoni fl-ittra tal-Artikolu 18 ma kinux preċiżi. |
3.4.1.1.
|
(98) |
ECL argumentat li l-piż tal-metall irrapportat kien korrett, u li l-ECL ma kienet ipprovdiet l-ebda data falza jew qarrieqa, inkluż għall-piż tal-metall. Fil-fehma tagħha, il-piżijiet kollha rrapportati minn ECL matul l-investigazzjoni kienu bbażati fuq is-sistema SAP tal-kumpanija u/jew ġew innotati wkoll fuq fatturi maħruġa lill-klijenti fl-Unjoni u fuq id-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni. |
|
(99) |
Fir-rigward tal-piż tal-metall, ECL argumentat li d-data kienet ibbażata fuq is-sistema SAP tal-ECL, u l-preċiżjoni tagħha ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni matul il-verifika fuq il-post. Id-data kienet ibbażata fuq il-produzzjoni u l-konsum tal-metall, u kienet taqbel mar-rapport annwali ta’ ECL u l-ammont ta’ stokk ta’ metall irreġistrat fl-SAP, kollha vverifikati mill-Kummissjoni. Sostniet ukoll li l-piż tal-metall issemma wkoll fl-annessi tal-lista tal-ippakkjar tal-esportazzjoni (flimkien mal-piżijiet netti u grossi), u li dawn il-piżijiet jikkorrispondu għall-piżijiet irrappurtati mill-ECL fit-tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(100) |
ECL argumentat ukoll li d-data SAP ġiet awditjata kull tliet xhur minn awdituri esterni, u kif ivverifikat mill-Kummissjoni, irrikonċiljat mal-kontijiet annwali tal-kumpanija. Il-fatturi u d-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni maħruġa fil-passat (matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami) lil klijenti relatati u mhux relatati kienu l-bażi għad-dikjarazzjonijiet doganali, it-trasport tal-merkanzija, u rekwiżiti oħra ta’ konformità regolatorja u ġew iġġenerati awtomatikament mill-SAP abbażi tad-data tal-użin attwali li qed tiddaħħal fis-sistema fil-fabbrika minn għexieren ta’ impjegati tal-ECL. Għalhekk, l-awtentiċità u l-preċiżjoni tal-SAP u tal-iċevuti ma setgħux jiġu ddubitati fil-fehma ta’ ECL. |
|
(101) |
ECL sostniet ukoll li l-piżijiet differenti li rreġistrat u rrapportat lill-Kummissjoni kienu jikkorrispondu għad-data tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Argumentat li l-piżijiet netti tal-metall u l-piż tas-CML tat-tipi differenti tal-prodott meta jiġu esportati lejn pajjiżi terzi kienu komparabbli mal-istess tipi ta’ prodotti meta jiġu esportati lejn l-Unjoni. |
|
(102) |
Barra minn hekk, ECL argumentat li l-kumpanija ġiet awditjata u spezzjonata mill-awtoritajiet tal-istandards internazzjonali li kienu jikkontrollaw il-preċiżjoni tar-rekords tagħha. ECL ippreżentat b’mod partikolari rapport ta’ spezzjoni maħruġ minn kumpanija ta’ spezzjoni indipendenti li kien ikkummissjonat mill-klijent ta’ pajjiż terz ta’ ECL. Ir-rapport semma l-piż medju tal-pajpijiet u fil-fehma tal-ECL wera li l-piż għal kull metru tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni kien simili jew qrib il-piż tas-CML irrapportat mill-ECL u indika wkoll li l-ħxuna tal-kisi tas-siment kienet tvarja. |
|
(103) |
ECL fakkret li kienet tikkontrolla u ffukat fuq il-piż tal-metall peress li l-metall kien il-fattur ewlieni tal-kost, u li kien issorveljat kontinwament matul il-proċess tal-produzzjoni filwaqt li s-CML kienet tirrappreżenta biss madwar[0–3 %] tal-kost totali. Il-piżijiet Kanta u CML ġew ikkontrollati u rilevanti prinċipalment għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż tat-trasport. |
|
(104) |
Għalhekk, ECL argumentat li skont il-prattika ta’ kumpanija, il-piż tal-pajpijiet jista’ jiġi espress fuq il-bażi tal-piż nett tal-metall jew abbażi tal-piż CML, li ġie kkonfermat ukoll minn SG PAM fil-kummenti tiegħu. Il-piż nominali tal-metall u tas-CML skont l-istandards rispettivi ġew derivati minnhom. Il-piż nominali kien piż li l-produttur kien jimmira għalih, iżda skont l-ECL ma kienx l-istandard immutabbli. Għalhekk, fil-fehma ta’ ECL, valuri u proporzjonijiet ogħla tas-siment kienu permessi u kienu jeżistu regolarment. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-ispjegazzjonijiet differenti tal-applikant fir-rigward tal-piż differenti, u l-fatt li d-data li rrapportat kienet ibbażata fuq is-sistema SAP tiegħu, li kien soġġett għal awditjar minn awdituri esterni biex japprovaw il-kontijiet finanzjarji tiegħu, u kien soġġett għal spezzjoni dwar jekk il-prodotti tiegħu humiex konformi mal-istandards internazzjonali differenti. Il-Kummissjoni qablet ukoll li setgħet tivverifika u torbot il-konsum ġenerali tal-metall nett irrapportat mill-ECL għall-PIR mas-sistema SAP, u mal-kontijiet annwali tagħha. |
|
(106) |
Madankollu, parametri bħall-piż tal-metall, is-siment jew il-miters tal-pajpijiet individwali għall-prodotti u s-swieq differenti u kif dawn ġew allokati bejn il-prodotti kienu varjabbli li ddaħħlu fis-sistema mill-kumpanija. |
|
(107) |
L-ewwel nett, abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn ECL, il-Kummissjoni osservat li l-piż tal-pajpijiet individwali ma kienx irreġistrat b’mod sistematiku, għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet ECL. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-piż nett tal-metall irrapportat għall-istess tipi ta’ prodotti kien b’mod ġenerali qrib il-piż nominali, li ma jappoġġax, fil-fehma tal-Kummissjoni, l-argument ta’ ECL li kien qed jiġi aġġustat abbażi tal-piż reali. Instab ukoll li piżijiet netti simili tal-metall ġew irrapportati għal ordnijiet differenti. L-użu tal-piż nett reali tal-metall għal kull ordni kellu jirriżulta f’piż nett tal-metall differenti għal kull ordni, li ma kienx il-każ. |
|
(109) |
Il-fatt li fir-realtà l-piż nett tal-metall mhux dejjem kien ugwali għall-piż nominali kien evidenzjat minn rapporti ta’ spezzjoni ta’ kumpanija ta’ spezzjoni indipendenti li ECL issottomettiet biex turi li kien hemm varjazzjonijiet fil-ħxuna tas-CML. L-istess dokument wera b’mod ċar li għall-pajpijiet ittestjati, il-piż nett tal-metall qabeż il-piż nominali b’aktar minn [0–10 %]. Dan wera wkoll, fil-fehma tal-Kummissjoni, li kien improbabbli li l-piż nett tal-metall irrapportat minn ECL kien jirrifletti r-realtà. |
|
(110) |
It-tieni, parametri oħra bħal pereżempju l-PCNs tal-Kummissjoni ddaħħlu f’SAP mill-kumpanija, biex tipproduċi rapporti fi kwalunkwe ħin u anki barra mill-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(111) |
Għalhekk, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm il-konsum totali tal-metall kien jikkorrispondi għall-kontijiet annwali, ċerti parametri ewlenin għat-tranżazzjonijiet individwali tal-produzzjoni u tal-bejgħ bħall-piż għal kull metru kienu bbażati biss fuq l-input fl-SAP mill-ECL, u li l-korrettezza ta’ din l-informazzjoni fil-livell tat-tranżazzjonijiet individwali la setgħet tiġi vverifikata u lanqas kontroverifikata b’referenza għad-dokumenti ta’ sostenn u evidenza interna jew esterna oħra. Dawn iċ-ċirkostanzi kkorroboraw is-sejbiet li d-data rrapportata fil-livell tat-tranżazzjonijiet individwali ma kinitx korretta. Il-Kummissjoni għalhekk ma qablitx li s-sempliċi fatt li sitwazzjoni fejn id-data globali kienet taqbel mas-sistema SAP kienet tirrappreżenta l-prova deċiżiva li d-data fil-livell tat-tranżazzjonijiet individwali kienet awtomatikament korretta. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, skont ECL, id-data dwar il-piż nett tal-metall dehret biss fuq id-dokumenti tal-ippakkjar għall-esportazzjoni filwaqt li allegatament ma kienet teżisti l-ebda lista tal-ippakkjar għas-suq domestiku. Għalhekk, id-data ma setgħetx tiġi vverifikata miż-żewġ naħat. Barra minn hekk, kif innotat il-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-piż nett tal-metall fuq id-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata mit-trasportatur (u lanqas mill-klijent) peress li l-pajp trasportat kien jinkludi s-CML u l-kisi, filwaqt li t-trasport ġie ddeterminat abbażi tal-piż (gross) totali. Fl-istess ħin, l-ordnijiet u l-fatturi għall-klijent semmew il-miters. L-informazzjoni dwar il-piż nett tal-metall għalhekk ma setgħetx tiġi vverifikata minn parti terza. Il-Kummissjoni għalhekk ma kkunsidratx li l-fatt li l-piż nett tal-metall kien jidher fid-dokumenti tat-trasport kien evidenza addizzjonali li l-informazzjoni kienet korretta. |
|
(113) |
Skont il-metodoloġija tal-investigazzjoni oriġinali tal-anti-dumping, ECL inizjalment irrapportat il-piż nett tal-metall għal kull tranżazzjoni tal-bejgħ tagħha fis-suq domestiku u fis-suq tal-Unjoni. Għall-kuntrarju tal-fatturi għas-suq tal-Unjoni, il-piż nett tal-metall ma ssemmiex fuq il-fatturi tal-bejgħ domestiku. U, peress li ma dehritx ukoll pereżempju fuq dokumenti ta’ trasport domestiku jew listi ta’ ppakkjar, il-korrettezza tal-piż nett tal-metall ma setgħetx tiġi vverifikata mill-Kummissjoni. |
|
(114) |
Kien biss wara li l-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni li tippermettilha tqabbel il-piż Kanta fis-suq nazzjonali mal-piż CML fis-suq tal-Unjoni li d-diskrepanza ġiet skoperta għall-ewwel darba. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni ħadet nota wkoll li l-ECL (kif ukoll produtturi oħra) ġeneralment jimmonitorjaw mill-qrib il-konsum tal-piż tal-metall. Hija ħadet nota wkoll tal-ispjegazzjonijiet fir-rigward tal-piż nett tal-metall, il-piż nominali, u l-fatt li dan ma kienx standard strett, u li valuri u proporzjonijiet ogħla tas-siment kienu permessi u kienu jeżistu regolarment. Madankollu, fil-fehma tal-Kummissjoni, dawn l-ispjegazzjonijiet ma ppermettewx li jiġi konkluż li ECL irrapportat il-piż nett tal-metall b’mod preċiż. B’mod partikolari, l-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn ECL ma indirizzawx, fil-fehma tal-Kummissjoni, għaliex il-prodotti ġew irrapportati b’mod konsistenti bħala itqal fuq in-naħa tal-bejgħ tal-esportazzjoni, meta mqabbla mal-prodotti kważi identiċi mibjugħa fis-suq domestiku, u ċertament mhux għal prodotti li għalihom kienet tapplika l-istess norma dwar il-ħxuna tal-kisi tas-siment. |
3.4.1.2.
|
(116) |
ECL argumentat ukoll li l-kalkoli fl-ittra tal-Artikolu 18 ma kinux korretti minħabba li l-kalkolu tad-differenza ta’ [5–15 %] injora t-taħlita tal-prodott u l-istandards diverġenti tal-pajpijiet applikabbli fl-Unjoni u fis-swieq domestiċi. Il-paragun ikun korrett biss jekk prodotti identiċi jinbiegħu fl-istess proporzjonijiet fiż-żewġ swieq. Fil-fehma tagħha, id-differenza kienet tiddependi prinċipalment fid-differenza tal-istandards Indjani u tal-Unjoni għall-ħxuna tal-kisi tas-siment. Id-differenzi ma setgħux ikunu l-bażi biex wieħed jassumi li d-data ta’ ECL kienet falza jew qarrieqa. |
|
(117) |
Kif il-Kummissjoni diġà nnotat hawn fit-Taqsima 3.2.2, hija qieset il-fatt li t-tqabbil li għamlet abbażi tal-esportazzjoni totali u l-bejgħ domestiku totali kien tabilħaqq ibbażat fuq it-taħlita ta’ prodotti differenti, li tista’ tinfluwenza r-riżultat. Madankollu, hija għamlet dan it-tqabbil biex turi li kien hemm differenza sistematika fil-piż għal kull metru ta’ prodotti mibjugħa fis-suq tal-esportazzjoni meta mqabbel mas-suq domestiku, qabel ma naqset għal paragun ta’ tipi ta’ prodotti kważi identiċi (li kkonferma li d-differenza kienet teżisti wkoll għal tipi kważi identiċi). Il-Kummissjoni nnotat fl-istess ħin li minbarra affermazzjoni ġenerali li pajpijiet irqaq mibjugħa l-aktar fis-suq tal-esportazzjoni kien fihom allegatament aktar siment, ECL ma pprovdietx aktar evidenza dwar għaliex it-tipi ta’ pajpijiet mibjugħa fis-suq tal-esportazzjoni kienu sistematikament itqal mit-tipi ta’ pajpijiet mibjugħa fis-suq domestiku. L-ispjegazzjonijiet fir-rigward tad-differenza fin-normi tal-kisi tas-siment fuq prodotti differenti applikati biss għal pajpijiet b’dijametri baxxi (inqas minn 300 mm), u għalhekk, ma kienx validu għat-tipi l-oħra kollha ta’ prodotti li l-Kummissjoni qabblet u fejn in-normi f’termini ta’ CML kienu identiċi. |
|
(118) |
Barra minn hekk, fil-fehma ta’ ECL, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li s-CML kienet identika bejn prodotti kważi identiċi mibjugħa fis-suq tal-Unjoni u dak domestiku kienet żbaljata u d-differenza fil-ħxuna tas-CML għandha tiġi kkunsidrata. Hija kkalkulat li d-differenzi fil-piż bejn prodotti kważi identiċi kienu ta’ [0-5 %] u mhux [5–15 %] kif ikkalkulati mill-Kummissjoni. Hija tenniet li l-ħxuna tas-CML kienet simili biss fir-rigward ta’ dijametri ta’ aktar minn 300 mm, iżda ma kinitx tapplika għall-pajpijiet b’dijametru ta’ bejn 80 u 300 mm. B’mod partikolari, għall-pajpijiet b’dijametru ta’ bejn 80 u 300 mm, skont l-istandard EN 545:2006 li kien l-istandard tal-klassi K għall-pajpijiet esportati lejn l-Unjoni, il-ħxuna nominali tal-kisi tas-siment kellha tkun 4 mm. B’kuntrast ma’ dan, skont l-IS 8329 li kien l-istandard għall-pajpijiet tal-klassi K għas-suq Indjan, il-ħxuna nominali tas-CML kienet ta’ 3 mm. ECL b’hekk sostniet li l-kalkoli tal-Kummissjoni kellhom jiġu aġġustati bid-differenza fil-kisi tas-siment bejn is-suq domestiku u dak tal-esportazzjoni u għad-dijametri ta’ bejn 80 u 300 mm, din id-differenza kienet ta’ [25–35 %]. |
|
(119) |
ECL lanqas ma qablet li l-kodiċijiet interni tal-prodott tagħha kienu jirriflettu l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. Hija argumentat li l-kodiċijiet interni tal-prodott tal-ECL qabdu d-dijametru u l-klassi tal-pajp u l-elementi li jikkonċernaw il-piż tal-metall, iżda mhux il-varjanti multipli inklużi l-istandards, il-kisi taż-żingu, is-CML, il-kulur, eċċ. Dawn il-varjanti ssemmew fl-ordni SAP u dokument imsejjaħ “rilaxx tat-tagħbija tal-produzzjoni” li kien il-bażi tal-produzzjoni u l-bejgħ fejn ġie indikat l-istandard rilevanti (23). Għalhekk, ECL ma setgħetx tbigħ pajpijiet tal-klassi K abbażi tal-istandards Indjani fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-annessi tal-fatturi għall-bejgħ tal-Unjoni sottomessi lill-Kummissjoni semmew l-istandard. Għalhekk, is-suppożizzjoni/fehim tal-Kummissjoni ma setgħux ikunu fattwalment korretti. |
|
(120) |
ECL argumentat ukoll li l-Kummissjoni kellha tqis il-fatt li l-kisi taż-żingu kien itqal fuq in-naħa tal-esportazzjoni u li jista’ jkun hemm differenzi bejn il-kalibrazzjoni tal-weighbridge użat għat-trakkijiet għall-esportazzjoni u għall-użin tal-pontijiet użati għall-bejgħ domestiku. |
|
(121) |
Fil-fehma ta’ ECL, it-tipi ta’ prodotti komparabbli identifikati fl-ittra tal-Artikolu 18 kienu jirrappreżentaw biss [0–5 %] tal-esportazzjoni fil-PIR u għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddependi fuq tqabbil bħal dan. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tirrifjuta l-informazzjoni kollha, speċjalment meta parti ssottomettiet informazzjoni fi żmien xieraq, meta l-informazzjoni kienet verifikabbli, u meta l-parti aġixxiet bl-aħjar mod li tista’. Skont ECL, kalkolu mhux preċiż u manifestament skorrett tal-piż ma pprovdiex bażi oġġettiva biex jiġu applikati l-fatti disponibbli fir-rigward tal-piż tal-metall irrapportat, u ma għamilx id-data kollha dwar il-piż tal-metall tal-ECL inutilizzabbli jew mhux affidabbli. |
|
(122) |
Il-Kummissjoni għamlet analiżi ġdida tal-informazzjoni li għadha kif ġiet sottomessa, u l-argumenti ppreżentati mill-ECL. |
|
(123) |
Hija kkalkulat mill-ġdid id-differenza tal-piż gross irrapportat għas-suq domestiku u tal-esportazzjoni abbażi tal-medja ponderata, kif issuġġerit mill-ECL. Id-differenza fil-piż gross bejn is-suq domestiku u dak tal-esportazzjoni baqgħet sinifikanti ([5–15 %]). Barra minn hekk, baqa’ sa [10–20 %] għal ċerti tipi ta’ prodotti. Din id-differenza ma setgħetx tiġi spjegata mir-rikorrenti. |
|
(124) |
Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (82), il-fatt li kien hemm ċerti tipi li kellhom jiġu prodotti b’CML aktar baxxa kkontradixxa, fil-fehma tal-Kummissjoni, l-informazzjoni riċevuta matul il-verifika fuq il-post. Barra minn hekk, fil-katalgu tal-ECL għas-suq domestiku, il-ħxuna tal-pajpijiet b’dijametri inqas minn 300 intweriet li kienet 3,5 mm. Għalhekk, ECL ipproduċiet dawn id-dijametri skont il-katalogu bi ħxuna ta’ 3,5 mm, u mhux 3 mm kif argumentat. Minħabba t-tolleranza fil-ħxuna permessa fiż-żewġt iswieq, il-pajpijiet ta’ 3,5 mm sa 4 mm jikkonformaw man-normi fiż-żewġ swieq. |
|
(125) |
Madankollu, il-Kummissjoni għamlet paragun ġdid billi żiedet l-allegata differenza fis-CML, kif ukoll id-differenza fil-kisi taż-żingu kif ippreżentat minn ECL. Anki meta jsir aġġustament għal dawn id-differenzi, id-differenza fil-piż gross bejn is-suq domestiku u dak tal-esportazzjoni baqgħet sinifikanti, jiġifieri [0–10 %] bħala medja b’differenzi għal ċerti tipi ta’ prodotti sa [5–20 %]. F’termini ta’ kisi tas-siment, l-analiżi wriet li għal xi tipi ta’ prodotti, jekk wieħed jassumi li ġew irrapportati b’mod korrett, is-CML għall-pajpijiet mibjugħa għall-esportazzjoni jkun fih medja ta’ [30–75 %] aktar siment, b’differenzi għal ċerti tipi ta’ prodotti sa [20–100 %]. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li l-prodotti kważi identiċi (inklużi dawk li l-Kummissjoni aġġustat għall-kisi allegatament eħxen), kienu jirrappreżentaw [10–30 %] tal-bejgħ lejn l-Unjoni u mhux [0–3 %] kif argumentat mill-ECL. |
|
(127) |
Madankollu, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (125), il-prodotti kollha esportati lejn l-Unjoni ġew irrapportati bħala itqal bħala medja. Għall-prodotti li ma nbigħux fis-suq domestiku, il-Kummissjoni qabblet it-tipi mibjugħa fis-suq tal-esportazzjoni mal-piż nominali (teoretiku). Għal dawn it-tipi wkoll, id-differenza fil-piż kienet simili għal dik kważi identika. L-eżitu tal-kalkoli għall-prodotti li ma nbigħux fis-suq domestiku kien konformi mat-tqabbil li sar għall-prodotti li nbiegħu fis-suq domestiku, u wera differenza mhux spjegata fil-piż, li jekk tiġi rrapportata b’mod korrett, kienet tirriżulta f’pajp b’CML ħafna eħxen fuq in-naħa tal-esportazzjoni (medja ta’ [30–75 %] aktar siment b’differenzi sa [100–150 %]). |
3.4.1.3.
|
(128) |
ECL ikkummentat ukoll dwar il-kalkoli mill-Kummissjoni tal-ħxuna nominali tal-kisi tas-siment u l-piż tiegħu. Hija sostniet li l-kalkoli tas-CML nominali u l-piż fl-ittra tal-Artikolu 18 ma kinux korretti fil-każ ta’ diversi dijametri u minħabba l-kontenut ta’ ndewwa li kien jeħtieġ li jiġi aġġustat għalih. Il-kontenut ta’ ndewwa baqa’ fis-CML u għalhekk, żdied mal-piż. Jekk ġie kkunsidrat il-kontenut tal-indewwa, id-differenza bejn il-piż nominali tal-kisja tas-siment u dak irrapportat mill-ECL kienet allegatament ħafna aktar baxxa. |
|
(129) |
Barra minn hekk, ECL argumentat li s-CML għall-pajpijiet esportati lejn l-Unjoni kienet, b’mod ġenerali, eħxen mis-CML nominali, u eħxen għall-pajpijiet li għandhom jiġu esportati lejn pajjiżi terzi oħra, biex jiġi evitat ir-rifjut. Fil-fehma tagħha, dan il-fatt intwera wkoll fir-rapporti ta’ spezzjoni ta’ kumpanija ta’ spezzjoni indipendenti. ECL issottomettiet ukoll bħala evidenza ittra minn espert mill-kumpanija relatata tal-ECL, li hija wkoll rappreżentattiva fil-korpi li jistabbilixxu l-istandards, li tikkonferma li s-CML tkun eħxen fis-suq tal-esportazzjoni. |
|
(130) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-fatt li jista’ jkun hemm umdità residwa fil-pajpijiet mibjugħa. Madankollu, dan ikun validu biss fil-każ ta’ vjeġġi li jitilqu mill-fabbrika ftit wara l-produzzjoni tal-pajpijiet. Il-Kummissjoni nnotat li l-kontenut ta’ ndewwa fil-fatt naqas maż-żmien iżda li wara tlett ijiem il-livell ta’ ndewwa jkun stabbli. Barra minn hekk, ECL ma ssottomettietx evidenza jew ma kkwantifikatx kif il-kontenut ta’ ndewwa kellu impatt fuq il-piż tas-CML u l-piż totali tal-pajp. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dawn il-konklużjonijiet kienu teoretiċi peress li ECL ma setgħetx tistabbilixxi ż-żmien eżatt li għadda bejn il-mument li fih il-prodotti ġew prodotti u esportati. |
|
(131) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat ukoll li meta qabblet il-piż nominali (teoretiku) tas-CML mal-piż tas-CML irrapportat, fil-każ tas-suq domestiku, il-varjanza medja ponderata kienet f’minimu ta’ madwar [0–3 %]. Għas-suq tal-esportazzjoni, il-varjanza kienet ħafna ogħla. Bħala medja, il-varjanza kienet ta’ [0–10 %], sa [15–30 %] f’xi każijiet. Dan wera wkoll, fil-fehma tal-Kummissjoni, li d-data fir-rigward tal-piż kif irrapportat minn ECL ma kinitx korretta. |
|
(132) |
Barra minn hekk, ir-rapport ta’ kumpanija ta’ spezzjoni indipendenti wera li jista’ jkun hemm differenzi f’termini tal-ħxuna (u għalhekk il-piż) tal-kisi tas-siment. Madankollu, fl-istess ħin uriet li kienu jeżistu varjanzi simili fil-każ tal-piż nett tal-metall li kien irrapportat b’mod konsistenti minn ECL bħala qrib ħafna tal-piż nominali (teoretiku). Fi kwalunkwe każ, ir-rapport ma spjegax għaliex id-devjazzjonijiet mill-piż nominali dehru biss fuq in-naħa tas-suq tal-esportazzjoni, u għaliex ikunu qrib il-valur nominali fis-suq domestiku. |
|
(133) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ġenerali li l-pajpijiet għall-esportazzjoni jkunu eħxen minn dawk tal-ECL prodotti għas-suq domestiku, il-Kummissjoni tenniet li din l-informazzjoni qatt ma ssemmiet matul il-verifika fuq il-post. Għall-kuntrarju, hija nnotat li l-pajpijiet tal-istess dijametri dejjem ikollhom CML simili. Barra minn hekk, fil-fehma tagħha, l-ittra tal-espert mill-kumpanija relatata ta’ ECL ma kkonfermatx li l-pajpijiet għas-suq tal-Unjoni kollha jrid ikollhom b’mod ġenerali CML eħxen. L-ittra ġabret fil-qosor biss in-normi differenti, u kkonfermat li għad-dijametri ta’ inqas minn 300 mm, l-istandard kien jeħtieġ 4 mm ta’ CML. Filwaqt li tabilħaqq semmiet li kien hemm rekwiżit aktar strett skont in-norma tal-UE fir-rigward tat-toqob tas-siment, dan ma ġġustifikax, fil-fehma tal-Kummissjoni, li s-CML ikollha tkun eħxen minn dak li kien stipulat fin-norma tal-UE. Barra minn hekk, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza fir-rekord li t-tqegħid ta’ CML eħxen iwassal għal inqas xquq. Pereżempju, wara l-fuljett tal-prodott tal-ECL, il-formazzjoni ta’ xquq, irrispettivament mill-ħxuna, hija inevitabbli. Ix-xquq, flimkien ma’ xquq iżolati oħra, li jistgħu jiżviluppaw matul it-trasport, huma aċċettabbli u dawn ix-xquq ifejqu meta l-pajp jiġi f’kuntatt mal-ilma waqt l-użu tiegħu. |
3.4.1.4.
|
(134) |
ECL sostniet li l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli jenħtieġ li tkun konsistenti mal-istandard legali stabbilit mill-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku anti-dumping, li jeħtieġ li jiġi applikat fid-dawl tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping (“ADA”). ECL argumentat li l-użu tal-fatti disponibbli għandu jkun limitat biex jimla l-lakuni fl-informazzjoni meħtieġa. Għandha tkun limitata wkoll għas-sostituzzjoni raġonevoli tal-“informazzjoni meħtieġa” nieqsa, biex wieħed jasal għal determinazzjoni preċiża. Barra minn hekk, il-fatti disponibbli ma jridux jintużaw b’mod punittiv, u jridu jqisu l-fatti sostanzjati kollha pprovduti minn parti interessata, anki jekk dawk il-fatti jistgħu ma jikkostitwixxux l-informazzjoni sħiħa mitluba. |
|
(135) |
ECL sostniet li l-awtoritajiet investigattivi kellhom jagħmlu ħilithom biex jagħmlu użu massimu mid-data kkomunikata lilhom mill-partijiet. Skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku anti-dumping, anki jekk l-informazzjoni sottomessa minn parti interessata ma kinitx ideali fl-aspetti kollha, il-Kummissjoni ma għandhiex tinjoraha, sakemm kwalunkwe defiċjenzi ma kinux tali li jikkawżaw diffikultà żejda biex wieħed jasal għal sejba raġonevolment preċiża u li l-informazzjoni ġiet sottomessa b’mod xieraq fi żmien xieraq u hija verifikabbli, u li l-parti tkun aġixxiet bl-aħjar mod li tista’. |
|
(136) |
Il-Kummissjoni qieset li abbażi tal-argumenti ta’ hawn fuq ma setgħetx tqis id-data tal-ECL bħala li twassal għal sejbiet raġonevolment preċiżi. Għall-kuntrarju, l-informazzjoni diverġenti u d-diskrepanzi fid-data wrew li ma ġietx irrapportata b’mod korrett. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li diversi biċċiet ta’ evidenza wrew li d-data ġiet ippreżentata b’mod li jissottovaluta l-piż nett tal-metall fis-suq tal-esportazzjoni, sabiex jintwera eżitu aktar favorevoli għall-applikant. Il-fatt li l-informazzjoni ġiet ipprovduta fil-ħin u mingħajr dewmien ma tqiesx rilevanti biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet serji l-oħra. |
3.4.1.5.
|
(137) |
ECL argumentat li jekk il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-affidabbiltà tal-piż tal-metall irrapportat mill-ECL (li l-ECL ma taqbilx miegħu), jenħtieġ li madankollu tuża d-data dwar il-bejgħ domestiku u tal-Unjoni rrapportata f’termini tal-piżijiet tas-CML (abbażi tal-piżijiet ta’ Kanta aġġustati kif xieraq) jew tal-miters. Hija argumentat li d-data fil-piżijiet u l-miters tas-CML ġiet ippreżentata fil-ħin u kif xieraq fuq bażi speċifika għat-tranżazzjoni, u li ġiet ivverifikata wkoll mill-Kummissjoni, u li għalhekk setgħet tintuża mingħajr diffikultajiet żejda. |
|
(138) |
ECL qieset li kkooperat bis-sħiħ bl-aħjar mod possibbli mal-Kummissjoni. Sa mill-2014, hija kienet soġġetta għal diversi investigazzjonijiet, u f’kull investigazzjoni, hija pprovdiet l-informazzjoni kollha b’mod f’waqtu u kkooperat bl-aħjar mod li setgħet. Il-Kummissjoni qatt ma sabet problemi bid-data tal-ECL. |
|
(139) |
Fir-rigward tal-investigazzjoni attwali inkwistjoni, ECL infurmat lill-Kummissjoni dwar il-fużjoni imminenti tal-ECL-SPL fi spirtu ta’ trasparenza u divulgazzjoni sħiħa biex tiġi evitata kwalunkwe allegazzjoni li ECL ma pprovdietx informazzjoni kompluta. Madankollu, skont ECL, dan ir-rieżami interim ma kienx meħtieġ. |
|
(140) |
Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (74) sa (136), il-Kummissjoni ma setgħetx tiddependi fuq informazzjoni fir-rigward tal-piż nett tal-metall irrapportat mill-ECL. Ir-rappurtar mhux korrett tal-piżijiet fl-informazzjoni sottomessa kellu bħala konsegwenza li d-data la setgħet tintuża u lanqas ma setgħet tiġi kkoreġuta. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi liema informazzjoni kienet korretta u għalhekk setgħet tintuża bħala bażi għal korrezzjoni jew aġġustament. |
|
(141) |
Fir-rigward tal-piż gross tal-metall, l-informazzjoni (24) sottomessa mill-ECL uriet li l-piż tas-CML għall-bejgħ domestiku qabeż il-piż totali ta’ Kanta b’[0–10 %], li barra minn hekk kien jinkludi l-imballaġġ. Ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni plawżibbli għad-differenza, li tpoġġi f’dubju l-kredibbiltà tal-piż gross irrapportat fis-suq domestiku. |
|
(142) |
Id-differenza stabbilita mill-Kummissjoni kienet marbuta ma’ żewġ parametri — il-piż nett/gross tal-metall, u t-tul. Id-diskrepanzi li sabet kellhom jiġu kkawżati minn rappurtar ħażin ta’ — mill-inqas — wieħed minn dawn iż-żewġ parametri. Ir-rappurtar ħażin tal-piż jista’ jiġi kkawżat ukoll minn rappurtar ħażin tat-tul li ġie esportat, minħabba li l-piż huwa espress bħala kg/metru. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li ECL kienet irrapportat it-tul b’mod korrett. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li kalkoli alternattivi bbażati fuq l-unità differenti ta’ kejl ma setgħux jitwettqu, u barra minn hekk, li tali informazzjoni sottomessa wara l-proċess ta’ verifika ma setgħetx tiġi vverifikata. |
|
(144) |
Barra minn hekk, il-fatt li ECL ikkooperat f’diversi investigazzjonijiet mill-2014 u li d-data ta’ ECL kienet dejjem aċċettata ma jiggarantixxix li d-data sottomessa f’din l-investigazzjoni hija awtomatikament affidabbli. |
|
(145) |
Fir-rigward tal-argument li r-rieżami interim parzjali preżenti ma kienx meħtieġ, il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjonijiet ipprovduti fit-Taqsimiet 1.2 u 3.1 hawn fuq. Il-fużjoni ECL-SPL affettwat id-data dwar il-bejgħ u l-ispejjeż rilevanti għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping u kkostitwixxiet bidla fuq bażi dejjiema. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-fużjoni ECL-SPL issodisfat il-kundizzjonijiet legali tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku anti-dumping. |
3.4.1.6.
|
(146) |
ECL ilmentat ukoll dwar il-mod tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli. Hija ġabret fil-qosor il-passi u d-dati tat-talbiet differenti mill-Kummissjoni, u indikat li rċeviet l-ittra tal-Artikolu 18 biss fl-11 ta’ Lulju 2023. Hija qieset ukoll li ma kinitx infurmata “minnufih” (skont it-tifsira tal-paragrafu 6 tal-Anness II tal-ADA) bir-raġunijiet għar-rifjut possibbli tad-data tagħha dwar il-piż tal-metall u ma ngħatatx l-opportunità li tippreżenta aktar spjegazzjonijiet matul il-proċess ta’ verifika. Hija qieset ukoll li ma kellhiex biżżejjed żmien biex tikkummenta dwar is-sejbiet tal-Artikolu 18 li l-estensjoni ta’ 3 jum biex tipprovdi kummenti ma kinitx biżżejjed. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni qieset li d-data relatata mad-determinazzjoni tal-piż ġiet diskussa b’mod estensiv matul iż-żjara ta’ verifika, fejn il-Kummissjoni ġabret ammont konsiderevoli ta’ evidenza. Tabilħaqq, kien biss wara ż-żjara ta’ verifika fuq il-post tal-produttur esportatur, meta rċieva mill-ECL is-sett komplut ta’ data fir-rigward tal-unitajiet alternattivi ta’ kejl, li l-Kummissjoni setgħet tagħmel analiżi u tistabbilixxi s-serjetà u l-impatt tal-inkonsistenza, peress li s-sottomissjoni oriġinali tal-ECL kien fiha prinċipalment data bbażata fuq il-piż nett tal-metall. |
|
(148) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li tat biżżejjed żmien lil ECL biex tipprovdi spjegazzjonijiet, biex tissottometti data addizzjonali, u biex tikkummenta dwar is-sejbiet tagħha. Il-Kummissjoni diġà talbet l-ispjegazzjonijiet fid-29 ta’ Ġunju 2023. Barra minn hekk, infurmat lil ECL dwar id-dubji tagħha fir-rigward tal-affidabbiltà tad-data fil-5 ta’ Lulju 2023, l-aħħar data tal-verifika mill-bogħod mal-kumpanija relatata li għaliha r-rappreżentant tal-produttur esportatur ibbażat f’Kolkata għen. Sussegwentement, meta titqies l-estensjoni biex tipprovdi t-tweġiba, ECL kellha 14-il jum biex tikkummenta dwar l-ittra tal-Artikolu 18 mibgħuta fl-10 ta’ Lulju 2023. Barra minn hekk, fis-26 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni organizzat seduta estensiva ma’ ECL. Fl-aħħar nett, ingħatat opportunità addizzjonali biex jiġu pprovduti kummenti fil-mument tal-iżvelar tas-sejbiet preliminari. |
3.4.1.7.
|
(149) |
Fid-dawl tal-evidenza sostantiva dettaljata hawn fuq fit-Taqsima 3, il-Kummissjoni qieset li l-ECL ipprovdiet informazzjoni qarrieqa jew falza biex tissottovaluta l-piż nett tal-metall li għandu jintuża għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping tagħha, sabiex tnaqqasha. |
3.5. Kummenti sottomessi wara d-divulgazzjoni
3.5.1. Kummenti minn ECL
|
(150) |
Wara d-divulgazzjoni, ECL sostniet li l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli mill-Kummissjoni kienet ibbażata fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti, u fuq suppożizzjonijiet u raġunament deduttiv fin-nuqqas ta’ evidenza fattwali. |
|
(151) |
ECL ikkontestat li kien hemm rappurtar ħażin intenzjonat tal-piż nett tal-metall biex jitnaqqas il-marġni tad-dumping. Hija enfasizzat li ma kien hemm l-ebda tentattiv biex tiġi pprovduta informazzjoni falza, skorretta jew qarrieqa, u li ECL kellha reputazzjoni fis-suq Indjan, fl-Unjoni, u fis-suq globali li ma kinitx se tpoġġi f’riskju. |
|
(152) |
Hija tenniet li l-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni relatata mal-ispejjeż u li hija rrikonċiljatha mal-bilanċ ta’ tqabbil preliminari u l-kontijiet tal-kumpanija. Għalhekk, fil-fehma tagħha, il-kostijiet tal-produzzjoni ġew ivverifikati b’mod sodisfaċenti. |
|
(153) |
Kemm ECL kif ukoll il-GOI argumentaw li l-Kummissjoni għamlet kalkoli żbaljati u li s-sottorappurtar tal-piż nett tal-metall ma jbiddilx il-marġni tad-dumping. Huma pprovdew kalkoli li juru li jekk il-piż nett tal-metall ġie s-sottorappurtat biex jiġu ddeterminati kemm il-prezz tal-esportazzjoni kif ukoll il-valur normali, il-marġni tad-dumping li rriżulta baqa’ l-istess. Fuq dik il-bażi, kemm l-ECL kif ukoll il-GOI qiesu li d-dikjarazzjonijiet dwar ir-rappurtar ħażin minn ECL biex jitnaqqas il-marġni tad-dumping ma kinux korretti. |
|
(154) |
Il-Kummissjoni rreferiet għas-sejbiet żvelati lill-partijiet fl-ittra tal-Artikolu 18 fit-Taqsima 3.2 hawn fuq. Hija indikat li s-sejbiet tagħha kienu jikkonċernaw id-data pprovduta biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. Ma ġiex stabbilit li l-istess sottorapportar tal- “iżball” tal-piż nett tal-metall seħħ fuq iż-żewġ naħat, jiġifieri fuq in-naħa tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-valur normali, f’liema każ l-impatt jiġi kkumpensat. Għall-kuntrarju, billi tirrapporta inqas mill-piż nett tal-metall fuq waħda miż-żewġ naħat tal-kalkolu, ECL tissottovaluta b’mod mhux xieraq il-marġni tad-dumping, kif spjegat fil-premessa (39) tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali. |
|
(155) |
Madankollu, il-Kummissjoni indikat li l-valutazzjoni tagħha, u b’mod partikolari d-diskrepanzi misjuba bejn il-piż totali tal-prodotti mibjugħa domestikament u esportati, kellha l-għan li turi li d-data sottomessa ma setgħetx tkun korretta. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi jekk id-diskrepanzi misjuba kinux ikkawżati mir-rappurtar żbaljat tal-piż nett tal-metall, tal-piż gross jew tat-tul tal-pajpijiet. |
3.5.1.1.
|
(156) |
Wara d-divulgazzjoni, ECL irreferiet għall-metodu tal-Kummissjoni biex tikkonkludi dwar l-ineżattezza tad-data pprovduta mill-kumpanija. Hija indikat li l-Kummissjoni kienet użat il-piż tas-CML sabiex tistabbilixxi d-differenza fil-piżijiet bejn il-prodotti mibjugħa fis-suq tal-esportazzjoni u dak domestiku. ECL argumentat li fil-konklużjonijiet tagħha dwar l-użu possibbli ta’ data alternattiva, il-Kummissjoni qieset li l-piż tas-CML seta’ ma kienx korrett. Minħabba din il-konklużjoni, ECL qieset li l-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-piż tas-CML biex tikkonkludi dwar l-inakurtezza tal-piż nett tal-metall. Għalhekk, fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda bażi biex tinsisti li l-piż nett tal-metall irrapportat kien żbaljat. |
|
(157) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-argument li, minħabba li l-piż tas-CML intuża biex juri d-diskrepanzi fid-data tal-ECL, u minħabba li l-Kummissjoni kellha fl-istess ħin dubji dwar il-korrettezza tagħha, dan kien ifisser li ma kien hemm l-ebda bażi biex jiġi stabbilit li d-data (il-piż nett tal-metall) ma ġietx irrappurtata b’mod korrett. It-tqabbil li sar mill-Kummissjoni kellu biss juri, kif spjegat fit-tul fit-Taqsima 3.2, li d-data sottomessa minn ECL ma setgħetx tkun korretta. |
|
(158) |
Il-Kummissjoni qieset li l-fatt li kellha dubji dwar xi piż irrapportat iżda ma setgħetx tikkonkludi liema mid-data kienet korretta jew żbaljata, ma poġġiex f’dubju l-konklużjoni tagħha, iżda li pjuttost wera li fin-nuqqas ta’ data affidabbli, ma kien jeżisti l-ebda metodu alternattiv għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Peress li kellha dubji ġustifikati li l-piż nett tal-metall, il-piż gross, u/jew it-tislif kienu rrappurtati b’mod korrett, ma setgħet tuża l-ebda wieħed minnhom bħala bażi għall-kalkoli. |
|
(159) |
ECL sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma kkunsidratx li tuża bħala alternattiva l-piż nominali (teoretiku) tal-pajpijiet jew it-tul. Hija qieset ukoll li t-tul irrapportat ma setax ikun ħażin. |
|
(160) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-analiżi tagħha kienet ibbażata fuq bażi ta’ piż għal kull metru. Id-differenza stabbilita mill-Kummissjoni kienet għalhekk marbuta ma’ żewġ parametri – il-piż nett jew gross tal-metall, u t-tul. Id-diskrepanzi li sabet kellhom jiġu kkawżati minn rappurtar ħażin ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ parametri. Ir-rappurtar ħażin tal-piż seta’ ġie kkawżat ukoll minn rappurtar ħażin tat-tulijiet li kienu esportati, minħabba li l-piż kien espress f’kg/metru. Għalhekk, li kieku kellu jintuża l-piż nominali, dan ikollu jiġi espress f’metri. Peress li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li ECL kienet irrapportat it-tulijiet b’mod korrett, l-użu tal-piż nominali ma jiggarantixxix determinazzjoni korretta tal-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(161) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha li kalkoli alternattivi bbażati fuq l-unità differenti ta’ kejl ma setgħux jitwettqu, u barra minn hekk, li informazzjoni ġdida sottomessa wara l-proċess ta’ verifika ma setgħetx tiġi vverifikata. |
3.5.1.2.
|
(162) |
ECL qieset ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza empirika biex turi li kisja tas-siment ogħla għall-bejgħ għall-esportazzjoni ma kinitx xjentifikament possibbli, u li ma kinitx teżisti. B’appoġġ għal din id-dikjarazzjoni ECL ippreżentat rapporti minn Baillif li juru li l-kisi tas-siment kien eħxen mill-ħxuna nominali għall-pajpijiet li ġew ikkonsenjati, fil-PIR, lis-sussidjarji Franċiżi u Taljani tagħha. Barra minn hekk, ECL għamlet disponibbli wkoll rapporti tat-testijiet għall-pajpijiet prodotti minn SG PAM. |
|
(163) |
Ir-rapporti għas-sussidjarji Franċiżi u Taljani wrew li għall-pajpijiet b’diversi dijametri bi ħxuna nominali ta’ 4 mm, il-ħxuna reali kienet tvarja sa [80–100 %] ogħla mill-ħxuna nominali. Abbażi tar-rapporti, ECL argumentat li l-ħxuna attwali tal-kisi tas-siment tista’ tkun regolarment ogħla mill-ħxuna nominali tal-kisi tas-siment, u li għalhekk, ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġi konkluż li [35–70 %] tal-kisi tas-siment ogħla msemmi mill-Kummissjoni fil-premessa (95) tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali ma kienx plawżibbli. |
|
(164) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tar-rapporti ppreżentati mill-ECL. Ir-rapporti tabilħaqq urew li l-ħxuna attwali ddevjat mill-ħxuna nominali tal-kisi tas-siment għall-pajpijiet eżaminati, u li kienet ogħla mill-ħxuna nominali. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li kellu jsir tqabbil kemm għall-bejgħ domestiku kif ukoll għall-bejgħ għall-esportazzjoni, filwaqt li, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (95) u (99) tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali, fis-suq domestiku, il-varjanza medja ponderata bejn il-piż attwali u dak nominali kienet ta’ madwar [0–3 %], meta mqabbla ma’ medja ta’ [0–10 %] (u sa [15–30 %] f’xi każijiet) fil-każ tal-esportazzjonijiet. Kif spjegat fil-premessi (96) sa (104) tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali, il-Kummissjoni qieset din id-differenza bħala infondata. |
3.5.1.3.
|
(165) |
ECL ikkunsidrat ukoll li l-Kummissjoni għamlet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-piż nett tal-metall u li applikat ħażin l-Artikolu 18(1) tar-Regolament anti-dumping bażiku. |
|
(166) |
L-ewwel nett, hija argumentat li l-Kummissjoni fehmet ħażin li ECL ħadet kampjun tal-pajpijiet minn kull ordni u li l-pajpijiet inklużi fil-kampjun intiżnu (il-premessa (40) tad-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali). ECL semmiet li l-pajpijiet ġew ittestjati għall-ħxuna biss. Semmiet ukoll li l-produzzjoni ġiet irreġistrata f’metri, u li s-sistema kontabilistika SAP awtomatikament ikkonvertiet il-miters f’piż tal-metall. Hija argumentat li ma kien hemm l-ebda tip ta’ intervent uman. ECL semmiet ukoll li l-piż li mbagħad jintuża huwa piż standard, u li din il-prattika li jintuża l-piż standard kienet komuni fl-industrija. |
|
(167) |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-argument li ECL ma kinitx tiżen il-pajpijiet fil-kampjun ikkontradixxa l-informazzjoni li rċeviet matul iż-żjara ta’ verifika. L-informazzjoni li ntiżnu l-pajpijiet fil-kampjun issemmiet ukoll fir-rapport tal-missjoni li ntbagħat lil ECL biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tagħha. ECL ikkummentat dwar għadd ta’ kwistjonijiet, iżda ma ssottomettiet l-ebda kumment fir-rigward tal-fehim tal-Kummissjoni rigward l-użin tal-pajpijiet. |
|
(168) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li kienet l-ewwel darba li ECL sostniet li l-produzzjoni fil-fatt ġiet irrapportata f’metri u li s-sistema SAP ikkonvertiet it-tul tal-pajpijiet f’piż. Din allegatament, informazzjoni diverġenti sottomessa biss wara l-proċess ta’ verifika, flimkien mal-fatt li l-pajpijiet fil-fatt ma ġewx ponderati matul il-proċess tal-produzzjoni, saħħaħ biss id-dubji tal-Kummissjoni li ECL irrapportat il-piżijiet b’mod korrett. |
3.5.1.4.
|
(169) |
ECL tenniet li t-tqabbil bejn il-pajpijiet kollha mibjugħa fis-suq domestiku u l-pajpijiet kollha mibjugħa fis-suq tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq taħlita ta’ prodotti differenti u li għalhekk kien irrilevanti. |
|
(170) |
Il-Kummissjoni fakkret li t-tqabbil li sar għall-prodotti kollha kien tabilħaqq ibbażat fuq taħlita ta’ prodotti differenti iżda r-riżultat ikkonferma s-sejbiet għall-prodotti kważi identiċi (kif ukoll għal dawk li mhumiex direttament komparabbli). |
|
(171) |
Għall-prodotti mhux direttament komparabbli, ECL sabet li l-metodu tal-Kummissjoni biex tikkalkula d-differenza fil-piż tal-kisi tas-siment għall-prodotti mibjugħa domestikament u esportati ma kienx korrett. Fir-rigward tal-prodotti kważi identiċi, ECL irreferiet għall-kummenti u l-kalkoli tagħha sottomessi b’reazzjoni għall-ittra tal-Artikolu 18, u miġbura fil-qosor fit-Taqsima 3.4 hawn fuq. Hija argumentat ukoll li d-differenzi għandhom jiġu espressi fuq il-piż tas-CML u li għalhekk, kienu aktar baxxi. ECL argumentat ukoll li għal xi tipi speċifiċi ta’ prodotti, id-differenza li l-Kummissjoni kienet sabet kienet minima, jew li kienet tirrappreżenta porzjon żgħir tal-esportazzjonijiet. Argumentat ukoll li d-differenzi għal xi tipi speċifiċi ta’ prodotti kienu baxxi jew li kienu jikkonċernaw biss volum żgħir ta’ esportazzjonijiet. |
|
(172) |
ECL lanqas ma qablet mal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-indewwa. Hija pprovdiet kalkoli ġodda li, fil-fehma tagħha, kienu jqisu l-preżenza ta’ ndewwa fil-pajpijiet mibjugħa domestikament, li kellhom jitqiesu meta jsir il-paragun mas-suq tal-esportazzjoni. |
|
(173) |
Kemm għall-prodotti kważi identiċi kif ukoll għal dawk mhux komparabbli, il-Kummissjoni osservat li ECL ma ġabet l-ebda evidenza addizzjonali li turi li l-kalkoli tal-Kummissjoni ma kinux korretti. |
|
(174) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-metodu tagħha li tesprimi d-differenza perċentwali fuq il-proporzjon tal-piż nett tal-metall kien korrett, u li ma kienx raġonevoli li tiġi espressa d-differenza abbażi tas-CML. Il-piż nett tal-metall kien simili kemm fuq in-naħa tal-esportazzjoni kif ukoll fuq in-naħa domestika, u għalhekk, il-paragun perċentwali kellu juri li l-piż tas-CML kien differenti għall-esportazzjoni meta mqabbel mal-bejgħ domestiku. |
|
(175) |
Fir-rigward tat-tqabbil li sar għat-tipi ta’ prodotti speċifiċi, il-Kummissjoni qablet li tabilħaqq kien hemm tipi ta’ prodotti fejn id-differenza kienet baxxa jew il-volum tal-esportazzjoni kien baxx. Madankollu, fuq bażi ta’ medja ponderata, id-differenza kienet għadha [0–10 %]. |
|
(176) |
Fir-rigward tal-kontenut ta’ ndewwa, il-Kummissjoni ħadet nota tal-argumenti tal-ECL. Hija ma qablitx li l-kontenut ta’ ndewwa influwenza l-piż tal-pajpijiet mibjugħa domestikament. Anki kieku dan kien il-każ, id-differenzi, skont il-kalkoli ta’ ECL stess, jibqgħu sinifikanti. |
3.5.1.5.
|
(177) |
ECL tenniet ukoll l-argumenti tagħha relatati mal-fatt li d-data ġiet mis-sistema SAP, u li għalhekk kienet korretta. Hija tenniet li l-piż nett tal-metall kien imsemmi fil-lista tal-ippakkjar għall-esportazzjoni, u li dan kien il-każ anki qabel ma beda l-każ tal-2014. |
|
(178) |
Fir-rigward tat-testijiet tal-piż tal-metall minn kumpanija ta’ spezzjoni indipendenti, ECL issa argumentat li dawn dehru li mhumiex korretti minħabba li l-piż totali tal-pajpijiet ittestjati rreġistrat mill-kumpanija ta’ spezzjoni indipendenti qabeż il-ħxuna tal-metall ikkalkulata kkonvertita f’piż, flimkien mal-piż tas-siment tal-kisi. Skont ECL, dan kien minħabba li l-ħxuna tal-metall x’aktarx titkejjel fl-estremitajiet tal-pajpijiet fejn huma eħxen. Għalhekk, ma kinitx korretta. |
|
(179) |
ECL sostniet ripetutament li l-kisi tas-siment kien differenti għas-suq domestiku u tal-esportazzjoni, u li s-sistema SAP kienet tiddistingwi bejn il-pajpijiet skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom. |
|
(180) |
Il-Kummissjoni rreferiet għall-konklużjonijiet tagħha fit-Taqsima 3.4. Hija qieset li ECL ma ġabitx evidenza addizzjonali li tappoġġa l-affermazzjoni tagħha li d-data ġiet irrapportata b’mod korrett. Fir-rigward tar-rapport ta’ kumpanija ta’ spezzjoni indipendenti, li kien, skont ECL, żbaljat f’termini tal-piż tal-metall, il-Kummissjoni qieset li tabilħaqq seta’ jsir l-istess kejl (żbaljat) għall-kisi tas-siment. Għalhekk hija qieset li lanqas ma setgħet tintuża minn ECL biex tagħmel xi argument konklużiv fir-rigward tal-piż tal-kisi tas-siment. |
3.5.1.6.
|
(181) |
ECL argumentat li anki jekk id-data dwar il-piż nett tal-metall kien fiha ċerti nuqqasijiet skont il-Kummissjoni, dawn ma kinux fi kwalunkwe każ ta’ tali natura jew daqs li ħolqu diffikultà żejda għall-Kummissjoni biex tasal għal konklużjonijiet raġonevolment preċiżi dwar il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni. Argumentat ukoll li l-Kummissjoni ma sabitx inkonsistenzi fid-data dwar il-valur tal-bejgħ, l-ispejjeż tal-produzzjoni, u d-data finanzjarja l-oħra kollha tal-kumpanija. ECL qieset li (a) ir-rifjut li jintużaw it-tliet alternattivi proposti mill-kumpanija għall-kwantifikazzjoni tal-volum li kienet l-aktar informazzjoni xierqa u adattata biex tissostitwixxi l-piż nett tal-metall, u (b) ir-rifjut sħiħ tad-data ta’ ECL għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-issuġġettar tagħha għall-marġni tad-dumping residwu ta’ 19 %, ikkalkulati għal Jindal Saw fl-investigazzjoni fl-2015, għal perjodu ta’ investigazzjoni ta’ kważi 8 sa 9 sena, kienu punittivi, sproporzjonati u diskriminatorji, mhux motivati biżżejjed u bi ksur ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament anti-dumping bażiku u tal-Anness II tal-ADA, kif diskuss hawn taħt. |
|
(182) |
ECL tenniet li jista’ jintuża metodu alternattiv biex isiru l-kalkoli, u li l-Kummissjoni ma għandhiex tirrifjuta l-informazzjoni kollha pprovduta minn ECL iżda li għandha tuża l-fatti disponibbli li jistgħu jissostitwixxu b’mod raġonevoli l-informazzjoni skorretta. ECL tenniet li l-Kummissjoni setgħet tuża t-tindif, il-piż gross/Kanta jew il-piż tas-CML, jew il-piż nominali tal-metall. |
|
(183) |
ECL qieset li r-rifjut tad-data kollha tal-ECL u l-użu tal-marġni tad-dumping ta’ 19 % kienu punittivi ħafna. Huma qiesu li ECL ikkooperat bl-aħjar mod possibbli u l-kooperazzjoni tagħha qabżet bil-kbir dak li normalment kien mitlub u pprovdut f’investigazzjoni anti-dumping standard. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kisret, fil-fehma tagħhom, il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Hija tat eżempji ta’ investigazzjonijiet fejn il-Kummissjoni ma rrifjutatx id-data kollha iżda ssostitwiet l-informazzjoni, jew użat id-data pprovduta mill-produttur esportatur. |
|
(184) |
Il-Kummissjoni qieset li s-sottomissjoni minn ECL ma kienx fiha evidenza addizzjonali li setgħet twassal għal bidla fil-konklużjoni tagħha. Il-kwistjonijiet imressqa minn ECL kienu diġà ġew indirizzati b’mod estensiv mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni u fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali. Id-dikjarazzjoni dwar l-użu tal- “fatti disponibbli” xierqa hija indirizzata fit-Taqsima 4 hawn taħt. |
3.5.1.7.
|
(185) |
ECL qieset li hija ma kinitx informata minnufih bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni u bir-raġunijiet li tiċħad id-data kollha tagħha. Billi naqset milli tinformaha minnufih biċ-ċaħda tad-data kollha tagħha u mhux biss bil-kwantifikazzjoni tal-volum fil-piż nett tal-metall, u billi ma tatx lil ECL opportunità li tipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għamlet żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 18 kisret l-Artikolu 18 (4) tar-Regolament anti-dumping u l-paragrafu 6 tal-Anness II tal-ADA. ECL qieset li kien biss permezz tad-dokument ta’ żvelar ġenerali li ECL saret taf bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta d-data kollha tagħha u anki mbagħad, id-dokument ta’ informazzjoni ġenerali ma spjegax għaliex id-data kollha kienet qed tiġi miċħuda. |
|
(186) |
ECL irreferiet għall-ittra tal-Artikolu 18 fejn il-Kummissjoni, fil-fehma tagħha, kellha biss l-intenzjoni li tirrifjuta l-kwantifikazzjoni tal-volum. Barra minn hekk, hija rreferiet għal Rapport tal-Bord f’Mexico — Steel Pipes and Tubes li jsemmi li l-użu tal-fatti disponibbli ma kienx jeħtieġ “dikjarazzjoni ġenerali tal-possibbiltà li l-fatti disponibbli jistgħu jintużaw […], iżda pjuttost notifika affermattiva u diretta lill-parti kkonċernata li fil-każ partikolari ttieħdet deċiżjoni biex tiġi rrifjutata l-informazzjoni tagħha, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni” (25). |
|
(187) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Qieset li skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku, hija infurmat lill-ECL fid-dettall dwar is-sejbiet tagħha, u tatha l-opportunità li tipprovdi aktar spjegazzjonijiet. Kif spjegat fit-Taqsima 3.4, il-Kummissjoni sabet li dawn l-ispjegazzjonijiet mhumiex sodisfaċenti, u pprovdiet ukoll ir-raġunijiet fid-dettall. |
|
(188) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ukoll li l-informazzjoni li pprovdiet fl-ittra tal-Artikolu 18 kienet dikjarazzjoni ġenerali, għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kienet infurmat lill-applikant dwar l-inkonsistenzi li sabet saħansitra qabel ma bagħtet l-ittra tal-Artikolu 18, li kienet akkumpanjata wkoll minn kalkoli u ġustifikazzjonijiet dettaljati ħafna. L-ittra tal-Artikolu 18 iddikjarat b’mod ċar li “d-diskrepanzi inkwistjoni jqajmu dubju dwar l-affidabbiltà tad-data pprovduta minn ECL”, u li konsegwentement, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tirrifjuta l-informazzjoni relatata mal-kwantifikazzjoni fil-volum tal-prodott kollu taħt rieżami prodott u mibjugħ minn ECL. Il-kelma “maħsuba” intużat peress li ECL u partijiet oħra kienu għadhom ingħataw il-possibbiltà li jikkummentaw, u wara dan il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar iċ-ċaħda. |
|
(189) |
Kif spjegat fid-dettall fit-Taqsima 3.2 hawn fuq, il-kwantifikazzjoni (valur għal kull unità) tintuża kemm biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni kif ukoll il-valur normali. Il-Kummissjoni għalhekk ma qablitx li l-ittra tal-Artikolu 18 ma semmietx b’mod ċar li d-data kollha setgħet tiġi miċħuda. |
3.5.2. Kummenti mis-GOI
|
(190) |
Minbarra l-kummenti li jappoġġaw it-talba ta’ ECL għall-irtirar, il-GOI rrefera għas-sejbiet tal-Kummissjoni fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali. Hija ddefendiet il-fatt li ECL ipprovdiet informazzjoni korretta, li l-informazzjoni rreġistrata fis-sistema SAP tal-kumpanija kienet korretta, u li ma għandhiex tkun soġġetta għad-dazju residwu ta’ 19 %. |
|
(191) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kumment. Hija qieset li l-kwistjonijiet imqajma mill-GOI kienu diġà indirizzati fid-dokument ta’ divulgazzjoni ġenerali. |
3.5.3. Kummenti mill-SG PAM
|
(192) |
SG PAM ikkunsidra li ECL kellha storja twila li naqset milli tikkoopera b’mod adegwat fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, u rreferiet għal investigazzjonijiet fl-2020 u fl-2021 li ġew itterminati. |
|
(193) |
Fil-fehma ta’ SG PAM, l-inabbiltà tal-ECL li tipprovdi informazzjoni sostanzjata dwar il-ħxuna attwali tal-kisi tat-tikħil tas-siment tal-pajpijiet fisser li d-differenzi (bejn is-suq tal-esportazzjoni u s-suq domestiku) ma kinux jeżistu. Fil-fehma tagħha, ma kien hemm l-ebda raġuni li tirrikjedi li ECL tiddistingwi l-kisi intern tat-tikħil tas-siment tal-pajpijiet tagħha skont is-suq. Argumentat li l-ħxuna minima tal-kisi tat-tikħil tas-siment skont in-normi applikabbli tal-UE kienet ta’ 2,5 mm (4 mm b’tolleranza negattiva ta’ 1,5 mm). Għalhekk, hija qablet mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-ħxuna ta’ 3,5 mm irrapportata mill-ECL fil-katalgu Indjan tagħha kienet taqa’ fi ħdan it-tolleranza fil-ħxuna kemm għall-istandards tal-Unjoni kif ukoll għal dawk Indjani. |
|
(194) |
Barra minn hekk, hija kellha dubji dwar jekk il-proċess ta’ produzzjoni kienx differenzjat skont is-suq tad-destinazzjoni tal-prodott, irrispettivament mill-eżistenza ta’ standards differenti. Fil-fehma tagħha, ECL tista’ sempliċiment telenka mill-ġdid u tbigħ fis-suq tal-Unjoni pajpijiet prodotti skont in-normi Indjani fi ħdan it-tolleranzi tan-normi tal-UE. |
|
(195) |
SG PAM ikkunsidrat ukoll l-affermazzjoni tal-ECL li hija ma mmonitorjatx sistematikament il-piż tal-metall tal-prodotti tagħha u bbażat fuq stimi bħala mhux konvinċenti. Il-metall huwa l-fattur ewlieni tal-ispejjeż għall-pajpijiet u huwa fattur ewlieni għall-prestazzjoni u l-ipprezzar tal-produtturi tal-pajpijiet tal-ħadid duttili. Hija qieset li l-inkapaċità li jiġi kkontrollat b’mod preċiż il-piż tal-metall kienet saħansitra aktar sorprendenti minħabba li fis-suq tal-Unjoni, fejn topera l-ECL, hija partikolarment esposta għal kunsiderazzjonijiet ta’ effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija hekk kif l-atturi jistinkaw biex jimminimizzaw l-impronta ambjentali ta’ proġetti ffinanzjati mill-pubbliku f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fil-fehma ta’ SG PAM, l-użu ta’ valuri standard mhux verifikati fir-rekords finanzjarji tal-ECL kompla jsaħħaħ id-dubji eżistenti dwar il-fedeltà tas-sett tad-data użat biex jimtela l-kwestjonarju tal-ECL. |
|
(196) |
SG PAM sostniet ukoll li fid-dawl tas-sejbiet attwali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivverifika t-tweġibiet preċedenti tal-ECL, peress li l-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni attwali u peress li ECL setgħet immanipula wkoll id-data fl-investigazzjonijiet preċedenti. |
|
(197) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li s-sejbiet fl-investigazzjoni attwali ġġustifikaw il-verifika tad-data tal-ECL jew ta’ partijiet oħra u li s-sejbiet attwali jistgħu jiġu estiżi b’mod retroattiv għal perjodi oħra ta’ investigazzjoni. Il-konklużjonijiet li għamlet f’din l-investigazzjoni kienu bbażati fuq id-data ppreżentata fir-rieżami ta’ skadenza attwali u relatati mal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, hija ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(198) |
Wara d-divulgazzjoni, SG PAM talab lill-Kummissjoni tirreġistra l-importazzjonijiet tal-ECL biex tiġbor id-dazji b’mod retroattiv, peress li qieset li ECL x’aktarx li żżid il-vjeġġi tagħha biex tikkostitwixxi stokk sostanzjali. Hija qieset li tali reġistrazzjoni kienet konformi mal-prattika reċenti tal-Kummissjoni. |
|
(199) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talba. Hija qieset li l-ebda element fil-fajl ma wera li l-importazzjonijiet kienu se jiżdiedu b’mod sinifikanti u li kien hemm riskju sinifikanti ta’ dħul f’daqqa ta’ importazzjonijiet. Għalhekk, hija ċaħdet it-talba. |
3.5.4. Kummenti mid-distributuri
|
(200) |
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand distributuri fis-suq tal-Unjoni tal-pajpijiet duttili prodotti minn ECL – kumpaniji Valdro, Fusion Pipeline Products Limited (‘Fusion Pipelines Products’), CO.ME.CAR SRL, Deschacht, Idrovit SRL, Vodoskok d.d., u WAPPtech Ltd. |
|
(201) |
Il-kumpaniji kollha enfasizzaw l-importanza ta’ preżenza tal-ECL fis-suq tal-Unjoni u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq in-negozju tagħha. |
|
(202) |
Valdro qieset li mingħajr ECL fis-suq, ma kien ikun hemm l-ebda kompetizzjoni u li ECL ma kinitx involuta fi prattiki li jfixklu s-suq. Hija semmiet ukoll li l-attività kummerċjali ewlenija tagħha kienet il-bejgħ ta’ pajpijiet duttili, li kien jirrappreżenta l-maġġoranza tal-qligħ tal-kumpanija, u jekk in-negozju jingħalaq, dan jirriżulta f’telf ta’ impjiegi. |
|
(203) |
Il-fużjoni Pipeline Products semmew ukoll li parti sinifikanti min-negozju tagħha kienet tiddependi fuq l-ECL, u li l-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li tippreserva l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni u tevita l-monopolji. |
|
(204) |
Deschacht argumentat fost l-oħrajn li SG PAM impona rekwiżiti ta’ xiri esklużiv u rrifjuta li jbigħhom. Hija enfasizzat l-importanza ta’ sors alternattiv kompetittiv ta’ provvista fis-suq Belġjan. Fil-fehma tagħha, SG PAM ma kellhiex kompetituri, żiedet il-prezzijiet sal-punt li d-distributuri ma setgħux ibigħu u l-kuntratturi u l-kumpaniji tal-ilma kienu miżmuma ostaġġi u kellhom iħallsu prezzijiet għoljin b’mod mhux raġonevoli li affettwaw il-proġetti u ppenalizzaw lill-konsumaturi Belġjani u Ewropej u l-atturi ekonomiċi fis-suq. Għalhekk, fil-fehma tagħha, il-livell ta’ dazju attwali applikat għall-ECL ma għandux jiżdied. |
|
(205) |
IBECO AB semmiet li, fil-fehma tagħha, kien importanti li ECL tibqa’ fis-suq tal-Unjoni. Hija semmiet li s-suq fl-Iskandinavja kien ikkontrollat minn Saint Gobain, mill-produzzjoni sal-bejgħ bl-ingrossa permezz tad-distributur tagħha. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand ANCO Sardegna, il-fergħa reġjonali tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Intrapriżi tal-Kostruzzjoni Taljana. Hija qieset li jkun hemm problema serja ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-UE fis-settur tal-pajpijiet tal-ħadid duttili jekk dan il-produttur Indjan ma jkunx jista’ jbigħ fl-UE bħala riżultat tar-rieżami, u dan ikollu impatt negattiv fuq ħafna kumpaniji. |
|
(207) |
Għalkemm il-kummenti li saru mid-distributuri ma kinux sostanzjati, dawn ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni. |
3.5.5. Konklużjoni
|
(208) |
Il-Kummissjoni rrevediet fid-dettall l-argumenti kollha tal-partijiet u l-evidenza fil-fajl. Hija żammet il-fehma tagħha li ECL ipprovdiet informazzjoni qarrieqa jew falza biex tissottovaluta l-piż nett tal-metall li għandu jintuża għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping tagħha, sabiex tnaqqasha, skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Għalhekk, id-data ma setgħetx tintuża bħala bażi għall-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping ġdid għall-kumpanija. Kif spjegat fit-Taqsima 3, id-data alternattiva li l-ECL ipproponiet ma setgħetx tintuża lanqas. |
|
(209) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tinjora l-informazzjoni pprovduta mill-ECL fit-totalità tagħha u li tirrikorri għall-fatti disponibbli biex tagħmel is-sejbiet finali tagħha dwar id-dumping fir-rigward tal-ECL. |
3.6. Il-fatti disponibbli
|
(210) |
Fin-nuqqas ta’ data ta’ rekord disponibbli għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni fittxet li tidentifika l-aktar informazzjoni xierqa disponibbli fil-każ inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li l-użu tal-ogħla marġni ta’ dumping ta’ 19 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali jista’ jkun xieraq, minħabba li ġie kkalkulat fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali abbażi tad-data ta’ produttur esportatur li kkoopera li esporta kwantitajiet sinifikanti ta’ tipi ta’ prodotti simili lejn l-Unjoni bħala ECL. |
|
(211) |
Wara d-divulgazzjoni, ECL sostniet li l-applikazzjoni ta’ marġni ta’ dumping ta’ 19 % kienet punittiva, u li kienet inkonsistenti mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Hija qieset li l-fatti disponibbli għandhom ikunu l- “aktar xierqa” jew “l-aktar xierqa” disponibbli fil-każ inkwistjoni, li kien jeħtieġ valutazzjoni komparattiva u li jrid ikun hemm “relazzjoni loġika” bejn il-fatti ta’ sostituzzjoni u l-fatti rreġistrati. |
|
(212) |
Fuq din il-bażi, ECL argumentat li l-applikazzjoni ta’ marġni ta’ dumping ta’ 19 % ikkalkulat kważi 8 snin ilu għal produttur esportatur ieħor ċertament ma kinitx l-aktar fatt xieraq jew xieraq fil-kuntest preżenti u li ma kellha l-ebda relazzjoni loġika mas-sitwazzjoni ta’ ECL. Hija indikat li fl-investigazzjoni oriġinali, filwaqt li l-marġni tad-dumping ta’ 19 % ġie kkalkulat għal Jindal Saw, il-marġni tad-dumping ta’ ECL kien biss ta’ 4,1 %. |
|
(213) |
ECL argumentat ukoll li f’dan il-każ, id-data sottomessa u vverifikata mill-Kummissjoni wriet li meta mqabbla mal-kost tal-produzzjoni/bejgħ domestiku ta’ ECL, il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni kienu ogħla b’mod sinifikanti. ECL argumentat li hija mmonitorjat il-prezzijiet u l-kostijiet tagħha biex tiżgura li ma kien hemm l-ebda dumping. Għalhekk, kwalunkwe kalkolu tal-marġni tad-dumping li jsir fuq il-bażi tad-data ta’ ECL stess bl-użu ta’ kwalunkwe alternattiva ta’ kwantifikazzjoni tal-volum issuġġerita minn ECL qatt ma jista’ jirriżulta f’marġni ta’ dumping ta’ 19 %. |
|
(214) |
Għalhekk, ECL indikat li l-użu tal-marġni tad-dumping ta’ 19 % ta’ Jindal Saw kien manifestament mhux xieraq u punittiv. ECL sostniet ukoll li jekk il-Kummissjoni ma taċċettax it-talba għall-irtirar jew l-argumenti dwar il-fatti disponibbli, hija tista’ tuża d-determinazzjonijiet tar-rieżami ta’ skadenza konkluż fl-2020, li kien aktar reċenti mid-data tal-investigazzjoni oriġinali u fejn il-Kummissjoni kkalkolat marġni tad-dumping ta’ 12 %. |
|
(215) |
Il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid il-proposta tagħha li tuża bħala fatti disponibbli l-marġni residwu tad-dumping tal-investigazzjoni oriġinali. Hija qieset li t-talba tal-ECL biex tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti aktar reċenti disponibbli kienet ġustifikata — il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali kien mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014 u għalhekk id-data kellha aktar minn 8 snin. |
|
(216) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-marġni stabbilit fir-rieżami ta’ skadenza kien biss indikattiv, u li dan intuża prinċipalment biex jiġi ddeterminat jekk fil-PIR tar-rieżami ta’ skadenza, il-produtturi esportaturi komplewx jesportaw bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fil-kuntest ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa minn dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni statistiċi mhux neċessarjament jikkostitwixxu prezzijiet lil klijenti indipendenti peress li l-maġġoranza l-kbira tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx biegħu permezz ta’ importaturi relatati fl-Unjoni. |
|
(217) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża bħala fatti disponibbli l-istatistika li tirrifletti eżattament il-PIR tal-investigazzjoni inkwistjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeterminat il-prezz tal-esportazzjoni rrapportat fil-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) (26), li jikkonċerna biss l-ECL matul il-PIR attwali. Il-Kummissjoni mbagħad ġabet il-prezz għal livell ex-works u aġġustat għall-fatt li l-prezzijiet kienu l-aktar bejn partijiet relatati. |
|
(218) |
Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe data oħra aktar reċenti u affidabbli, il-Kummissjoni ddeterminat il-valur normali abbażi tad-data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. Dan ġie ddeterminat abbażi tal-prezzijiet offruti, miftiehma u mħallsa għal kwantitajiet, dijametri u tipi multipli tal-prodott ikkonċernat f’diversi Stati u muniċipalitajiet differenti. Peress li l-valur normali kien ibbażat fuq data tal-2020, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali ddeterminat mill-industrija fir-rieżami ta’ skadenza għall-inflazzjoni bejn ir-rieżami ta’ skadenza u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami interim parzjali attwali. |
|
(219) |
Il-Kummissjoni għamlet it-tqabbil bejn il-prezz tal-esportazzjoni ddeterminat abbażi tad-data statistika fil-PIR, aġġustat kif deskritt hawn fuq, mal-valur normali ddeterminat fir-rieżami ta’ skadenza ddeterminat mill-industrija tal-Unjoni, aġġustat bl-inflazzjoni. |
|
(220) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping għal 12,89 %. |
|
(221) |
Wara t-tieni divulgazzjoni tas-sejbiet fir-rigward tal-użu tal-fatti disponibbli (it-Taqsima 3.6), ECL ikkummentat dwar il-metodu użat mill-Kummissjoni biex taġġusta l-valur normali għall-inflazzjoni. Hija argumentat li l-Kummissjoni għandha tibbaża l-kalkolu tagħha tal-inflazzjoni fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (“CPI”), aktar milli fuq żieda perċentwali tal-inflazzjoni kif issuġġerit mill-Kummissjoni. |
|
(222) |
Il-Kummissjoni rrevediet il-kalkoli. Hija qablet li l-użu tal-indiċi CPI kien metodu aktar korrett. Madankollu, il-valur normali għall-2020 fir-rieżami ta’ skadenza kien ibbażat fuq il-prezzijiet bejn Diċembru 2019 u Marzu 2020, u mhux fuq is-sena 2020 kollha, kif użat minn ECL fil-kalkolu tagħha. Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping il-ġdid għall-ECL kien ta’ 13,14 %. |
|
(223) |
Il-GOI ssottometta li ż-żmien għas-sottomissjoni ta’ kummenti fuq il-bażi l-ġdida għall-fatti disponibbli kien qasir wisq. Hija sabet ukoll li l-kummenti tagħha li saru wara l-ewwel divulgazzjoni tas-sejbiet ma ġewx indirizzati. Barra minn hekk, hija sostniet ukoll li l-aġġustament għall-inflazzjoni ma kellu l-ebda appoġġ legali u li ta riżultat qarrieqi. |
|
(224) |
Il-Kummissjoni qieset li l-iskadenza (ta’ jumejn (2)) ipprovduta biex tissottometti l-kummenti dwar il-bażi l-ġdida għall-fatti disponibbli hija suffiċjenti, sa fejn kienet limitata għall-użu tal-fatti disponibbli, deskritti fit-Taqsima 3.6. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li hija indirizzat il-kummenti kollha li saru mill-partijiet inklużi l-kummenti mill-GOI. Madankollu, peress li l-Kummissjoni ddivulgat biss il-parti tal-konklużjoni tagħha li kienet inbidlet, id-divulgazzjoni l-ġdida ma kienx fiha l-valutazzjoni tal-kummenti li kienu diġà indirizzati, u lanqas tal-kummenti mhux relatati mal-fatti disponibbli li fl-aħħar mill-aħħar intużaw. |
|
(226) |
Fir-rigward tal-pretensjoni dwar l-inflazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-GOI ma ssostanzjax għaliex l-aġġustament għall-inflazzjoni ma kienx legalment ġustifikat, u lanqas għaliex ta riżultat qarrieqi. Għall-kuntrarju, l-aġġustament tal-valur normali, li oriġinarjament kien stabbilit fl-2020, għall-inflazzjoni, iwassal għal sejbiet koerenti u għalhekk preċiżi għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-affermazzjoni ma kinitx ġustifikata. |
|
(227) |
Wara t-tieni divulgazzjoni tal-bażi l-ġdida għall-fatti disponibbli, SG PAM ma qabilx mal-għażla tal-Kummissjoni tal-fatti disponibbli. Hija sabet li l-Kummissjoni għamlet valutazzjoni restrittiva ħafna u bla bżonn ta’ x’jista’ jintuża jew le bħala fatti disponibbli, li marret lil hinn minn kwalunkwe rekwiżit eżistenti u wasslet għal diskriminazzjoni bejn l-esportaturi. Huwa rrefera b’mod partikolari għall-kliem użat fl-Artikolu 18(1) u (6) tar-Regolament anti-dumping bażiku li jistipula li l-fatti disponibbli “jistgħu jkunu inqas favorevoli” għall-parti li ma kkooperatx, jew li pprovdiet informazzjoni qarrieqa. Fil-fehma ta’ SG PAM, l-eżitu “inqas favorevoli” kien il-konsegwenza diretta u normali tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ dik il-parti stess, u ma jirrappreżenta l-ebda intenzjoni punittiva, anki jekk dan ikun iġġustifikat b’mod ċar f’każ li parti timmanipula d-data deliberatament. SG PAM ikkunsidra wkoll li r-Regolament anti-dumping bażiku ma stabbilixxiex rekwiżiti dwar kif “inqas favorevoli” r-riżultati setgħu jew ma setgħux ikunu, u lanqas dwar x’għandhom ikunu dawn il- “fatti disponibbli”. Għalhekk, hija qieset li l-Kummissjoni kellha diskrezzjoni fl-għażla tal-fatti disponibbli li jenħtieġ li ma tirriżultax f’eżitu aktar favorevoli għall-parti li ma tikkooperax. Jekk isir mod ieħor dan jimmina l-effett tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali tal-Unjoni. Għalhekk, SG PAM ikkunsidra li l-Kummissjoni ma għandha tipprovdi l-ebda trattament preferenzjali lil ECL meta mqabbla ma’ kumpaniji oħra li ma kkooperawx u argumenta li l-użu tal-marġni residwu tal-investigazzjoni oriġinali kien iġġustifikat. Barra minn hekk, anki jekk il-marġni tad-dumping stabbilit għal esportaturi oħra li kkooperaw u li ma kkooperawx kien ibbażat fuq data li issa kellha tmien snin, il-Kummissjoni setgħet tużah, peress li ntuża wkoll għal produtturi esportaturi li ma kkooperawx. |
|
(228) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat il-kummenti ta’ SG PAM dwar l-użu tal-fatti disponibbli. Kif spjegat fil-premessa (215) hawn fuq, il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali kien mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq fatti aktar reċenti disponibbli minn dawk li diġà kellhom tmien snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-premessa tal-kumment hija żbaljata għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, l-għan tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament anti-dumping bażiku mhuwiex li jikkastiga n-nuqqas ta’ kooperazzjoni iżda li jindika li din “tista’” twassal għal riżultat inqas favorevoli minn kooperazzjoni sħiħa. It-tieni, ma jistax jiġi ddeterminat jekk il-fatti disponibbli użati wasslux għal eżitu li huwa inqas jew aktar favorevoli għal ECL, li kieku kkooperat bis-sħiħ. ECL ma kkooperatx bis-sħiħ mal-investigazzjoni u għalhekk ma hemm l-ebda punt ta’ riferiment li jippermetti tali determinazzjoni. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(229) |
SG PAM argumentat ukoll li fl-investigazzjoni oriġinali, il-valur normali kien ibbażat fuq bejgħ bi profitt biss jew valur normali maħdum. F’każijiet bħal dawn, il-valur normali jew il-valur normali maħdum użat għat-tqabbil kien tipikament ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ domestiku. Madankollu, fil-kalkolu tad-dumping aġġornat tagħha, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-prezzijiet kif irrapportati fis-suq, u xejn ma jiggarantixxi li dawn il-prezzijiet huma profittabbli. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli mill-ECL dwar il-kostijiet, il-Kummissjoni trid tassumi li s-sitwazzjoni fejn hemm ukoll bejgħ mhux profittabbli tippersisti fis-suq domestiku Indjan. Għalhekk, minflok ma jintuża valur normali bbażat fuq il-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi Indjani, kif irrapportat fit-talba, jenħtieġ li dan jammonta biss għall-prezzijiet tal-bejgħ ogħla rrapportati peress li huma inqas probabbli li ma jkunux profittabbli u għalhekk mhux adattati għal kalkolu tad-dumping. |
|
(230) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-valur normali kien iddeterminat mill-industrija tal-Unjoni nnifisha fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. Il-valur normali kien ibbażat, skont l-industrija, fuq għadd kbir ta’ offerti ta’ prezzijiet u għalhekk kien jirrappreżenta medja tal-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Li tibbaża ruħha fuq l-ogħla prezzijiet, fuq is-suppożizzjoni li l-prezzijiet (relattivament) aktar baxxi x’aktarx ma jkunux profittabbli, tkun purament spekulattiva. Barra minn hekk, il-firxa ta’ prezzijiet tqieset xierqa biex jiġi stabbilit il-valur normali fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ skadenza, u l-Kummissjoni lanqas ma kellha bażi biex tagħżel xi wħud minnhom biss. Għalhekk, hija sabet li t-talba ma kinitx ġustifikata. |
|
(231) |
SG PAM argumenta wkoll li l-marġni tad-dumping ma għandux jitnaqqas bil-livell tal-marġni tas-sussidju tal-esportazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, peress li l-Kummissjoni nnifisha stabbiliet fir-rieżami ta’ skadenza li l-livell ta’ sussidji tal-esportazzjoni fl-Indja naqas. SG PAM sab li filwaqt li t-tnaqqis kien iġġustifikat jekk il-Kummissjoni kellha tuża d-dazju residwu tal-investigazzjoni oriġinali, dan ma kienx iġġustifikat fl-approċċ il-ġdid tagħha peress li s-sejbiet kienu relatati ma’ perjodu meta l-ECL irċeviet inqas sussidji. SG PAM irrefera għal investigazzjonijiet ta’ rifużjoni dwar ECL fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrimborża lill-partijiet għad-differenza fil-marġni kumpensatorju stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u l-livell ta’ sussidji fil-perjodi ta’ investigazzjoni, li jagħtu prova li l-ECL irċeviet inqas sussidji milli stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli dwar il-livell ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni, SG PAM qies li l-Kummissjoni trid tastjeni milli tnaqqas il-marġni tad-dumping bi kwalunkwe marġni ta’ sussidju għall-esportazzjoni, jew tal-anqas, trid tiżgura li t-tnaqqis tal-marġni ma jkunx ogħla mis-sussidji reali tal-esportazzjoni riċevuti. |
|
(232) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-asserzjoni. Peress li r-rieżami attwali kien limitat għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-livell ta’ dumping, ma kellu l-ebda bażi biex jistabbilixxi livell ġdid ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, anki jekk fir-rieżami ta’ skadenza u fl-investigazzjonijiet ta’ rifużjoni ġie stabbilit li l-livell ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni naqas, ECL xorta baqgħet soġġetta għal dazju kumpensatorju ta’ 9 %. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni kellha madankollu tnaqqas is-sussidji tal-esportazzjoni mill-marġni anti-dumping, il-livell (korrispondenti) tal-marġni kumpensatorju (mill9 % tad-dazju kumpensatorju) lanqas ma kellu jiġi impost fuq il-kumpanija. Għalhekk, l-impatt fuq il-marġni kkombinat għall-ECL ikun null. Il-metodu (biex jitnaqqsu s-sussidji tal-esportazzjoni) kien ukoll konformi mal-metodu li l-Kummissjoni użat fl-investigazzjoni tar-rifużjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
4. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(233) |
Kif stabbilit fit-Taqsima 3, il-Kummissjoni ddeterminat marġni tad-dumping ġdid għall-ECL fil-livell ta’ 13,1 %. Kif spjegat fil-premessa(4), il-Kummissjoni imponiet dazju kumpensatorju ta’ 9 % għal ECL wara investigazzjoni antisussidji separata, li minnha 6,04 % kienu bbażati fuq sussidji kontinġenti fuq l-esportazzjoni. B’mod konsistenti mal-approċċ adottat fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni naqqset il-marġni tad-dumping bl-ammonti ta’ sussidju misjuba fir-rigward tal-iskemi kontinġenti tal-esportazzjoni fl-investigazzjoni antisussidji separata. Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:
|
|
(234) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jippreżentaw osservazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. |
|
(235) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/926 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jindal Saw Limited |
3,0 |
C054 |
|
Electrosteel Castings Ltd |
7 |
C055 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
14,1 |
C999 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 53).
(3) Ir-regolament oriġinali ġie emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1369 tal-11 ta’ Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/388 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 4).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/926 tal-15 ta’ Ġunju 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 16.6.2022, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/927 tal-15 ta’ Ġunju 2022 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali) li joriġinaw mill-Indja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 16.6.2022, p. 28).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
(8) ĠU C 363, 22.9.2022, p. 9.
(9) Sistema ta’ kontabilità użat l-applikant.
(10) Ara n-nota 61 fil-paġna 271 tar-rapport annwali tal-ECL għas-sena finanzjarja 2020/2021.
(11) ‘K’ tindika klassi ta’ pressjoni bbażata fuq l-istandards domestiċi Indjani applikabbli għall-prodott taħt rieżami u, aktar ma jkun għoli n-numru, aktar tkun għolja l-pressjoni li jista’ jirreżisti.
(12) It-tip ta’ kisi jiddependi fuq il-korrużività tal-ħamrija. L-aktar tipi komuni huma l-liga metallika taż-żingu jew il-liga metallika tal-aluminju taż-żingu. Il-ħxuna tal-kisi fis-suq domestiku Indjan varjat bejn 130 sa 200 gramma/m2 filwaqt li għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni varjat bejn 200 u 400 gramma/m2.
(13) Il-piż nominali huwa piż teoretiku standard ta’ pajp, ikkalkulat abbażi tad-dimensjonijiet u s-sehem tiegħu tas-siment u l-metall.
(14) Skont id-dijametru tal-pajp, il-proporzjon tal-azzar inkorporat ivarja bejn 80 u 90 % tal-piż totali tal-pajp filwaqt li l-proporzjon tas-siment ivarja bejn 10 u 20 % tal-piż totali tal-pajp.
(15) Pereżempju, meta l-kost medju jiġi kkalkulat abbażi tal-kontenut tal-metall tiegħu, differenza ta’ sehem ta’ 10 % tal-kontenut tal-metall f’pajp mibjugħ tissarraf f’differenza ta’ 12,5 % tal-valur normali.
(16) Ikkunsidra, pereżempju, pajp mibjugħ għal valur ta’ EUR 100. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni medji differenti jidderivaw skont liema kwantità ta’ kontenut tal-metall tuża bħala denominatur. Jekk il-valur ta’ EUR 100 jiġi diviż b’ 50 kg, jinkiseb EUR 2/kg. Jekk il-kontenut tal-metall ikun ta’ 60 kg, il-prezz medju tal-esportazzjoni jkun ta’ EUR 1,81/kg.
(17) Il-piż tas-CML għall-bejgħ domestiku ġie pprovdut mill-ECL wara l-analiżi tal-Kummissjoni tad-differenzi fil-piż.
(18) Id-differenza f’% hija espressa fuq il-proporzjon tal-piż nett tal-metall.
(19) Meta tirreferi għal tipi ta’ prodotti kważi identiċi, il-Kummissjoni tfisser pajp tal-istess dijametru estern/intern u prodott skont l-istess norma. L-unika differenza kienet tikkonċerna l-kisi.
(20) Ħlief għall-kisi, il-pajpijiet kienu identiċi.
(21) B’massimu ta’ [0–10] punti perċentwali għal ċerti tipi ta’ prodotti.
(22) Il-kodiċijiet alfanumeriċi assenjati fil-bidu tal-investigazzjoni lil kull tip ta’ prodott tal-prodott ikkonċernat.
(23) Skont ECL, ir-rilaxx tat-tagħbija tal-produzzjoni huwa dokument li jistabbilixxi l-volum tal-produzzjoni u d-dettalji li abbażi tagħhom isseħħ il-produzzjoni.
(24) Il-piż tas-CML għall-bejgħ domestiku ġie pprovdut wara l-analiżi tad-differenza fil-piż magħmula mill-Kummissjoni.
(25) Panel Report, Mexico — Steel Pipes and Tubes, para. 7.188.
(26) Tar-Regolament anti-dumping bażiku.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2605/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)