18.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9997 - HMM/CMA CGM/DIF/TTIA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 393/06)

1.   

Fid-9 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

HMM Co. Ltd (“HMM”, il-Korea t’Isfel),

—

CMA CGM S.A. (“CMA CGM”, Franza), ikkontrollata bi sħab minn Merit Corporation (il-Libanu) u Banque Publique d’Investissement (Bpifrance, li qabel kien FSI, Franza),

—

DIF Management Holding B.V. (“DIF”, in-Netherlands) permezz tal-fond tagħha, DIF Core Infrastructure Fund I Cooperatief, U.A. (“DIF CIF Finance”, in-Netherlands),

—

Total Terminal International Algeciras, S.A. (“TTIA”, Spanja) bħalissa hija fil-kontroll esklużiv ta’ HMM.

HMM, CMA CGM u BBVA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TTIA.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

HMM: kumpanija integrata tal-loġistika li tħaddem madwar 110 bastiment tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u diversi faċilitajiet loġistiċi li jkopru network dinji ta’ portijiet flimkien ma’ sistemi tal-IT ewlenin relatati mat-trasport marittimu,

—

CMA CGM: grupp internazzjonali ta’ kumpaniji involuti prinċipalment fit-tbaħħir tal-linji tal-containers u fis-servizzi tat-terminals tal-portijiet. CMA CGM hija attiva wkoll fis-suq tas-servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija u ta’ loġistika tal-kuntratti,

—

DIF: kumpanija indipendenti tal-ġestjoni tal-fondi b’enfasi fuq tipi ta’ assi u swieq tal-infrastruttura fit-tul,

—

TTIA: operatur tat-terminal tal-containers li jinsab fil-Port ta’ Algeciras Bay, Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9997 - HMM/CMA CGM/DIF/TTIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).