<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0800730101.case.xml"><NO.CASE>C-458/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0458</NO.CELEX><NO.SEQ>0012.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>7315</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7332</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20070913">13.9.2007</DATE> — KAWŻA C-458/05</LEFT><RIGHT>JOUINI <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba' Awla)</P><P><DATE ISO="20070913">13 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-458/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija), permezz ta' deċiżjoni tas-<DATE ISO="20051116">16 ta' Novembru 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20051229">29 ta Diċembru 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Mohamed Jouini,</P><P>Okay Gönen,</P><P>Hasan Bajric,</P><P>Gerald Huber,</P><P>Manfred Ortner,</P><P>Sükran Karacatepe,</P><P>Franz Mühlberger,</P><P>Nakil Bakii,</P><?PAGE NO="I-7316"?><P>Hannes Kranzler,</P><P>Jürgen Mörth,</P><P>Anton Schneeberger,</P><P>Dietmar Susteric,</P><P>Sascha Wörnhör,</P><P>Aynur Savci,</P><P>Elena Peter,</P><P>Egon Schmöger,</P><P>Mehmet Yaman,</P><P>Dejan Preradovic,</P><P>Andreas Mitter,</P><P>Wolfgang Sorger,</P><P>Franz Schachenhofer,</P><?PAGE NO="I-7317"?><P>Herbert Weiss,</P><P>Harald Kaineder,</P><P>Ognen Stajkovski,</P><P>Jovica Vidovic</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Princess Personal Service GmbH (PPS),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba' Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President ta' l-Awla, E. Juhász, G. Arestis, J. Malenovský (Relatur) u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: H. von Holstein, Assistent Reġistratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20061213">13 ta' Diċembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-7318"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Jouini <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> minn E. Frischenschlager u D. Gallistl, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Princess Personal Service GmbH (PPS), minn G. Minichmayr, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer u G. Hesse, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn V. Kreuschitz u J. Enegren, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20070322">22 ta Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta' Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" DATE.PUB="2001" PAGE.FIRST="16">ĠU L 82, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7319"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn min-naħa M. Jouini u 24 rikorrent ieħor u min-naħa l-oħra l-kumpannija Princess Personal Service GmbH (PPS) (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>PPS<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), dwar il-ħlas ta' krediti ta' salarju u tal-konstatazzjoni ta' trasferiment tar-relazzjonijiet ta' impjieg lejn PPS għall-għanijiet ta' kalkolu tal-krediti tagħhom.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, ta' l-<DATE ISO="19770214">14 ta' Frar 1977</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji [traduzzjoni mhux uffiċjali] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="26">ĠU L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta' Ġunju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" DATE.PUB="1998" PAGE.FIRST="88">ĠU L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Direttiva 77/187<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-termini tat-tmien premessa tad-Direttiva 2001/23:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Il-konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u trasparenza legali kienu jeħtieġu li l-kunċett legali ta' trasferiment għandu jiġi ċċarat fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din il-kjarifika ma biddlitx il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 77/187/KEE skond kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7320"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>a)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta' impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta' trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (a) u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan l-Artikolu, ikun hemm trasferiment fis-sens ta' din id-Direttiva meta jkun hemm trasferiment ta' xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta' riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-termini ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/23:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta' kuntratt ta' mpjieg jew relazzjoni ta' mpjieg.</P><?PAGE NO="I-7321"?><P>Madanakollu, l-Istati Membri m'għandhomx jeskludu mill-iskop ta' din id-Direttiva kuntratti ta' mpjieg jew relazzjonijiet ta' mpjieg biss minħabba:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>li huma relazzjonijiet ta' impjieg temporanji fis-sens ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KE [tal-<DATE ISO="19910625">25 ta' Ġunju ta' l-1991</DATE> li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' mpjieg b'dewmien fiss jew ta' mpjieg temporanju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" DATE.PUB="1991" PAGE.FIRST="19">ĠU L 206, p. 19</REF.DOC.OJ>)] u l-impriża, in-negozju jew il-parti ta' impriża jew negozju trasferit huma, jew jifformaw parti min-negozju temporanju ta' impjieg li huwa min jimpjega.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Id-drittijiet u l-obbliġi ta' min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta mpjieg jew minn relazzjoni ta' mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.</P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7322"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ifformular tad-dispożizzjonijiet msemmija iktar 'il fuq ta' l-Artikoli 1(1), 2(2) u 3 (1) tad-Direttiva 2001/23 huwa, fis-sustanza, identiku għal dik tad-dispożizzjonijiet ta l-Artikoli 1(1), 2 (2) u 3(1) tad- Direttiva 77/187.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-liġi dwar l-adattament tal-leġiżlazzjoni fil-qasam ta' kuntratti ta' xogħol (Arbeitsvertragsrechts-Anpassungsgesetz, BGBL 459/1993) jiddisponi illi meta parti minn impriża hija ttrasferita lil persuna oħra li timpjega, din takkwista l-kwalità ta' min iħaddem u hija ssurrogata fid-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw mir-relazzjonijiet ta' impjieg lil min lilu jsir it-trasferiment.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-impriża ta' impjieg temporanju Mayer &amp; Co GmbH (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Mayer<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>), illi ilha teżisti mill-1976, kienet immexxija fl-aħħar żmien mid-direttur industrijali attwali ta' PPS, li jaġixxi bħala direttur. Dan huwa miżżewweġ lid-direttriċi kummerċjali ta' PPS li kienet ukoll impjegata f'attivitajiet ta' l-uffiċċju, fl-impriża Mayer.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7323"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fuq talba ta' wieħed mill-klijenti prinċipali ta' Mayer, din l-impjegata żviluppat fl-2001 kunċett industrijali li għalih irċeviet l-appoġġ ta' żewġha. Id-diffikultajiet finanzjarji ta' din l-impriża kienu diġà magħrufa. Peress li l-kunċett żviluppat kien diġà ġie approvat mill-klijent, il-konjuġi ftehmu ma dan li jħaddmuh fil-kuntest ta impriża ġdida li trid tinħoloq, li teżerċita l-istess tip ta' attività ekonomika, f'każ fejn dawn il-modifiki strutturali jkunu diffiċilment jistgħu jitwettqu fl-impriża antika Mayer.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Din l-impriża ġdida ta' impjieg temporanju, PPS inħolqot fil-bidu tas-sena 2002. II-konjuġi kienu rispettivament ħadu l-funzjonijiet ta' direttur industrijali u ta direttriċi kummerċjali. Minħabba l-bżonnijiet tal-klijent prinċipali msemmi aktar 'il fuq, huma taw ordni lid-direttur tas-sussidjarja ta' Mayer, kompetenti għal dan leffett, li jipproponi lil 40 impjegat li kienu għas-servizz ta' dan il-klijent prinċipali trasferiment lejn PPS fl-iqsar terminu, kif fil-fatt sar.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Dan ma ta' lok għal ebda bdil ta' l-attività ta' dawn l-impjegati fir-rigward tal-klijent Min-naħa l-oħra, ir-relazzjonijiet ta' impjieg tagħhom ma' Mayer waqqfu fit-<DATE ISO="20021130">30 ta' Novembru 2002</DATE> u dawk ma' PPS bdew fl-<DATE ISO="20021201">1 ta' Diċembru 2002</DATE>. Klijenti oħrajn kienu wkoll meħuda, peress li kien miftiehem illi n-numru ta' impjegati kkonċernati għal kull klijent kien, skond il-każ, minn tlieta jew erbgħa biss għal disgħa persuni. Diriġent ta' sussidjarja u konsulenti għall-klijentela kienu wkoll ittieħdu lura minn PPS. B'kollox, din ta' l-aħħar ħadet lura terz tal-persunal impjegat minn Mayer qabel ma tqiegħdet famministrazzjoni taħt il-kontroll tal-Qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti prinċipali, li ttieħdu lura min PPS, kienu talbu lil din ta' l-aħħar il-ħlas tal-krediti tas-salarji pendenti fil-konfront ta' Mayer li ma kinitx ħallstihom u lkonstatazzjoni tat-trasferiment tar-relazzjonijiet ta' impjieg lejn PPS għall-kalkolu tal-krediti tagħhom. Fir-rigward, b'mod partikolari, ta' l-impjegati temporanji li<?PAGE NO="I-7324"?> tqegħdu għad-dispożizzjoni ta' klijenti bħala ħaddiema, sewwieqa ta' krejnijiet jew <HT TYPE="ITALIC">fitters</HT>. Huma bbażaw it-talbiet tagħhom fuq il-fatt li kien sar trasferiment ta' negozju u li PPS kellha għalhekk tiggarantixxi, bħala <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>li ħadet lura n-negozju<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>, il-ħlas talkrediti antiki u tieħu kunsiderazzjoni tal-perijodi ta' attività preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>PPS ċaħdet dawn it-talbiet, peress li sostniet illi ma kienx hemm trasferiment ta negozju u li hija ma kienet ikkonkludiet ebda kuntratt ma Mayer. It-trasferiment tar-rikorrenti prinċipali fl-impriża tagħha kien sar b'mod abitwali fil-qasam ta' l-impriżi ta' xogħol temporanju. Ma setax ikun possibbli li jiġi identifikat in-negozju jew il-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>parti ta' negozju<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> meħud lura minn PPS.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li l-Landesgericht Wels, li ddeċidiet fl-ewwel istanza, u l-Oberlandesgericht Linz li ddeċidiet fl-appell, laqgħu t-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, PPS ressqet rikors bħala <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Reviżjoni<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> quddiem l-Oberster Gerichtshof. Hija kkontestat, b'mod partikolari, il-kwalifika ta' l-operazzjoni in kwistjoni inkwantu <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>trasferiment ta negozju<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> minn dawn il-qrati.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Oberster Gerichtshof tirrileva illi, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-prinċipju, l-eżami ta' l-eżistenza ta' trasferiment ta' negozju jieħu in kunsiderazzjoni, preliminarjament, l-eżistenza jew mhux ta' entità ekonomika organizzata b'mod stabbli fis-sens tagrupp organizzat ta' persuni kif ukoll elementi li jippermetti l-eżerċizzju ta' attività ekonomika li ssegwi għan tagħha stess. Sussegwentement, hemm lok li jiġi werifikat jekk il-kundizzjonijiet ta' trasferiment ta' din l-entità għal operatur ġdid huma sodisfatti, meta jittieħdu in kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha ta' fatt illi jikkaratterizzaw l-operazzjoni in kwistjoni (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19970311">11 ta' Marzu 1997</DATE>, Suzen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-13/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-1259">C-13/95, Ġabra p. I-1259, punti 13 u 14</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7325"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Issa, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, il-kontroll ta' l-eżistenza ta' trasferiment ta' negozju huwa partikulari, f'din il-kawża, peress illi jikkonċerna impriża ta' xogħol temporanju. Hija tenfasizza, fil-fatt, li dawn l-impriżi għandhom, minnhom infushom, ftit impjegati fl-<QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>attività tagħha<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> fis-sens ta' għaqda organizzattiva, peress li l-impjegati huma ġustament imqegħda ma' persuni li jħaddmu oħrajn, l-impriżi utenti. Dawn ta' l-aħħar jintegraw l-impjegati kkonċernati fl-organizzazzjoni tagħhom stess skond il-ħtiġiet tagħhom. Il-biċċa l-kbira ta' l-impjegati ta' impriżi ta' xogħol temporanju mhumiex għalhekk integrati fl-attività stess ta' dawn l-impriżi, iżda f'dawk ta' persuni li jħaddmu oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssaqsi wkoll fuq il-punt dwar jekk il-metodu żviluppat għal impriżi oħrajn, u li jikkkunsidra b'mod wiesgħa l-eżistenza ta' unità organizzattiva fis-sens ta' <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>negozju<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> jew <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>parti ta' negozju<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>, jista' wkoll jiġi traspost fimpriżi ta xogħol temporanju. Dawn jiddistingwu ruħhom ukoll fundamentalment f 'impriżi ta' tindif jew ta' sorveljanza fejn l-impjegati li jipprovdi servizz m'humiex mqabbda mill-impriża ta' min iħaddimhom għal għan definit (xogħol ta' tindif jew ta sorveljanza) — li jista' jservi għall-identifikazzjoni tan-negozju —, iżda ċertament filfunzjonijiet diversi skond l-evalwazzjoni ta' l-impriża utenti.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Hemm trasferiment ta' impriża, jew ta' parti minn impriża, skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva [2001/23], meta, fin-nuqqas ta' struttura ta' organizzazzjoni identifikabbli fl-ewwel impriża ta' impjieg temporanju, impjegat ta' uffiċċju, direttur ta' kumpannija sussidjarja, min jagħti pariri lill-klijenti u l-amministratur jiġu trasferiti, fil-kuntest ta' kooperazzjoni bejn żewġ impriżi ta' impjieg temporanju, mill-ewwel impriża għat-tieni waħda, sabiex jeżerċitaw attivitajiet simili fit-tieni impriża, u magħhom jiġu wkoll parzjalment jew totalment trasferiti madwar terz mill-impjegati temporanji kif ukoll il-klijenti li lilhom ikunu allokati (fil-proporzjon ta' allokazzjoni temporanja li jmur minn tlieta sa ħamsin impjegat), anki fil-kuntest ta' din il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ impriżi?<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7326"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju ssaqsi, fis-sustanza, jekk l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 għandux jiġi interpretat fis-sens illi din ta' l-aħħar tapplika għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, illi tikkonsisti fi trasferiment ta' impjegati bejn zewġ impriżi ta' xogħol temporanju.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skond it-termini ta' l-Artikolu 1(1)(a), tad-Direttiva 2001/23, din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta' impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta' trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skond ġurisprudenza stabbilita, id-Direttiva 2001/23 hija intiża sabiex tassigura l-kontinwità tar-relazzjonijiet ta' impjieg eżistenti fil-kuntest ta' entità ekonomika, indipendentement minn bdil ta' proprjetarju. Għalhekk il-kriterju deċiżiv biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' trasferiment fis-sens ta' din id-Direttiva huwa li wieħed jara jekk l-entità in kwistjoni tħarisx l-identità tagħħa, kif jirriżulta, b'mod partikolari mill-fatt li tkompli fl-attività tagħha jew li terġa tibdiha (ara, b'mod partikolari, issentenzi tat-<DATE ISO="19860318">18 ta' Marzu 1986</DATE>, Spijkers, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="24/85" YEAR="1986" PAGE.ECR="1119">24/85, Ġabra p. 1119, punti 11 u 12</REF.DOC.ECR>; kif ukoll tal-<DATE ISO="20051215">15 ta' Diċembru 2005</DATE>, Güney-Gorres u Demir, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-232/04+C-233/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-11237">C-232/04 u C-233/04, Ġabra p. I-11237, punt 31</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza iċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7327"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dik li hija l-kundizzjoni dwar it-trasferiment legali, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilta ferm li l-portata tad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 ma tistax tiġi evalwata abbażi ta' l-interpretazzjoni testwali biss (ara, dwar l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 77/187, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19850207">7 ta' Frar 1985</DATE>, Abels, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="135/83" YEAR="1985" PAGE.ECR="469">135/83, Ġabra p. 469, punti 11 sa 13</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="19920519">19 ta' Mejju 1992</DATE>, Redmond Stichting, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/91" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-3189">C-29/91, Ġabra p. I-3189, punt 10</REF.DOC.ECR>). Minħabba d-differenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva kif ukoll id-diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fuq il-kunċett ta' trasferiment legali, il-Qorti tal-Ġustizzja tat lil dan il-kunċett interpretazzjoni biżżejjed flessibbli sabiex jirrispondi għall-għan tad-Direttiva li huwa li jħares lill-impjegati f'każ ta' trasferiment ta' l-impriża tagħhom (sentenzi Redmond Stichting, iċċitata aktar 'il fuq, punt 11, u tas-<DATE ISO="19960307">7 ta' Marzu 1996</DATE>, Merckx u Neuhuys, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/94+C-172/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-1253">C-171/94 u C-172/94, Ġabra p. I-1253, punt 28</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni flessibbli tikkonċerna wkoll il-forma tal-<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>ftehim<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> li bih sar it-trasferiment Il-kunċett ta' trasferiment legali jista' wkoll ifisser, skond il-każ, ftehim bil-miktub jew verbali bejn min jagħmel trasferiment u lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment rigward tibdil ta' l-identità tal-persuna responsabbli mill-attività ta' lentità ekonomika kkonċernata jew ukoll ftehim taċitu konkluż bejniethom li jirriżulta minn elementi ta' kooperazzjoni prattika li juru rieda komuni li jagħmlu dan it-tibdil</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kawża prinċipali, jirriżulta mid-deċiżjoni ta' rinviju illi t-teħid lura tal-ħaddiema kkonċernati ma sarx fil-kuntest ta' kooperazzjoni bejn Mayer u PPS, illi t-tnejn kellhom, fis-sustanza, l-istess diriġenti, illi dan ippermetta lil PPS li tibda attività identika. Minbarra dan, jirriżulta mill-inkartament illi l-kooperazzjoni reċiproka għamlet possibbli l-eżerċizzju minn PPS ta' din l-attività fis-servizz ta' l-<?PAGE NO="I-7328"?>istess klijenti u li rrikorriet ħafna drabi għal impjegati li qabel kienu ħadmu għal Mayer. F'dawn iċ-ċirkustanzi, kien jidher evidenti illi din il-kooperazzjoni kellha bħala għan u suġġett li tittrasferixxi l-elementi ta' attiv ta' Mayer lejn PPS.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kunċett ta' trasferiment legali, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, mhuwiex ta' ostakolu għall-konstatazzjoni ta' trasferiment ta' impriża bejn Mayer u PPS, anki jekk, kif stqarret PPS matul is-seduta, l-impriżi implikati ma kienu kkonkludew ebda ftehim bil-miktub jew verbali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi kif inhuma dawk fil-kawża prinċipali, hemm lok li jiġi stabbilit jekk loperazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata tirrigwardax l-impriża kollha jew parti minnha, peress illi f'din ta' l-aħħar għandha tiġi identifikata l-parti ta' l-impriża kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, huwa l-każ illi teħid lura ta' impjegati bħal dawk fil-kawża prinċipali ma jistax jikkorrispondi għal trasferiment ta' l-impriża kollha. Fil-fatt jirriżulta mill-inkartament illi PPS ħadet lura parti biss mill-impjegati responsabbli mit-tmexxija amministrattiva u terz ta' l-impjegati li kienu temporanji, u li Mayer kompliet teżerċita din l-attività ekonomika sakemm tqiegħdet f'amministrazzjoni taħt il-kontroll tal-qorti. Wara dan, fil-kuntest ta' dan ta' l-aħħar, impriża li tikkompeti ma' PPS xtrat lura mingħand Mayer l-attiv ta' stat ta' falliment tagħha u kompliet l-attività ekonomika ta' din l-impriża billi użat, in parti, l-impjegati u elementi ta' l-attiv oħrajn tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7329"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B'hekk, it-trasferiment eventwali tal-mezzi ta' attiv in kwistjoni fil-kawża prinċipali — jiġifieri t-teħid lura ta' l-impjegati kkonċernati — ta' Mayer lejn PPS seta' jirrigwarda biss parti ta' din l-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Sabiex id-Direttiva 2001/23 tkun applikabbli, it-teħid lura għandu, madankollu, jirrigwarda entità ekonomika organizzata b'mod stabbli, fejn l-attività tagħha mhijiex limitata għall-eżekuzzjoni ta' xogħol speċifiku. Il-kunċett ta' entità jirreferi b'hekk għal grupp organizzat ta' persuni u ta' elementi li jippermettu l-eżerċizzju ta' attività ekonomika li ssegwi għan speċifiku (sentenzi ta' l-<DATE ISO="19981210">10 ta' Diċembru 1998</DATE>, Hernàndez Vidal <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/96+C-229/96+C-74/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-8179">C-127/96, C-229/96 u C-74/97, Ġabra p. I-8179, punt 26</REF.DOC.ECR>, kif ukoll Güney-Gorres u Demir, iċċitata aktar 'il fuq, punt 32), u li huwa biżżejjed strutturat u awtonomu (sentenza Hernàndez Vidal <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata aktar 'il fuq, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-entità m'għandhiex neċessarjament tinkludi elementi ta' attiv, tanġibbli jew intanġibbli sinjifikattivi. Fil-fatt, f'ċerti oqsma ekonomiċi, dawn l-elementi huma ta' spiss imnaqqsa għall-iktar espressjoni sempliċi tagħhom u l-attività tistrieħ essenzjalment fuq il-ħidma ta' l-impjegati. B'hekk, grupp organizzat ta' impjegati illi huma speċjalment u għal żmien twil mogħtija xogħol komuni jista', fin-nuqqas ta' fatturi ta' produzzjoni oħra, jikkorrispondi għal entità ekonomika (sentenza Hernàndez Vidal <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata aktar 'il quddiem, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Dan jgħodd ukoll aktar fil-każ ta' l-impriżi ta' xogħol temporanju kkunsidrat fit-tieni subparagrafu(c) ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/23. Fil-fatt, jirriżulta minn din id-dispożizzjoni li bħala prinċipju, ir-relazzjonijiet ta' impjieg ta' dawn l-impriżi<?PAGE NO="I-7330"?> jaqgħu taħt id-Direttiva 2001/23, li dan jimplika illi għandhom jiġu kkunsidrati l-partikolaritajiet tagħhom matul l-eżami ta' l-operazzjoni tat-teħid lura tagħhom. Madankollu, dawn l-impriżi huma kkaratterizzati, bħala regola ġenerali, kif jirriżulta wkoll mid-deċiżjoni tar-rinviju, min-nuqqas ta' organizzazzjoni ta' impriża partikolari li tippermetti li jiġi identifikat fi ħdan din l-impriża entitajiet ekonomiċi differenti li jiġu trasferiti skond l-organizzazzjoni ta' min jittrasferixxi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, fin-nuqqas ta' struttura ta' organizzazzjoni identifikabbli ta' l-impriża ta' xogħol temporanju in kwistjoni, għandu jsir eżami b'kunsiderazzjoni tal-partikolaritajiet tagħha minflok analiżi sabiex jiġi stabbilit jekk teżistix entità ekonomika firrigward ta' l-organizzazzjoni tagħha. F'dan il-kuntest, l-evalwazzjoni ta' l-eżistenza ta entità ekonomika skond l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 timplika li għandu jiġi vverifikat jekk l-elementi ta' l-attiv ittrasferiti minn min jittrasferrixi jikkostitwixxux għalih grupp organizzat biżżejjed li jippermettilu l-fornitura ta għoti ta' servizzi kkaratterizzati mill-attività ekonomika ta' l-impriża mingħajr ma hemm bżonn li jintużaw elementi oħrajn ta' attiv importanti jew għal partijiet oħrajn tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-attività ta' l-impriżi ta' xogħol temporanju hija kkaratterizzata mill-għoti ta' servizz temporanju ta' impjegati lil impriżi utenti sabiex dawn jeżerċitaw ħidmiet diversi li jsegwu l-bżonnijiet u l-ordnijiet ta' dawn ta l-aħħar. Li tiġi segwita din l-attività jeħtieġ b'mod partikolari ċertu għerf tas-sengħa, struttura amministrattiva adatta li torganizza dan l-għoti ta' servizz ta' impjegati u grupp ta' ħaddiema temporanji li jistgħu jintegraw ruħhom fl-impriżi utenti u li jeżerċita għalihom il-xogħlijiet mitluba. Bil-kontra, elementi oħrajn ta' attiv sinjifikattivi mhumiex indispensabbli sabiex titkompla l-attività ekonomika in kwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7331"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-fatt, enfasizzat mill-qorti tar-rinviju, illi l-ħaddiema li ngħataw temporanjament huma integraw fl-istruttura organizzativa tal-klijent li fis-servizz tiegħu huma tqegħdu ma jistax, inkwantu tali, jostakola li tiġi stabbilita l-eżistenza ta' trasferiment ta' entità ekonomika. Fil-fatt, dawn il-ħaddiema ma jibqgħux aktar elementi essenzjali li mingħajrhom it-twettiq mill-impriża ta' xogħol temporanju, ta' l-attività tagħhom huwa essenzjalament impossibbli. Minbarra dan, iċ-ċirkustanza li dawn huma, kif jipprevedi wkoll l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/383, kif hemm riferiment fit-tieni subparagrafu (c) ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/23, marbuta ma min jittrasferixxi b'relazzjoni ta' xogħol u li dan iħallashom direttament hija ta' natura illi tikkonferma r-rabta tagħhom ma l-impriża operata minn min ittrasferixxa u, għalhekk, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-eżistenza ta' entità ekonomika fi ħdan dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dan kollu illi grupp wieħed kompost minn impjegati responsabbli mill-ġestjoni, mill-ħaddiema temporanji u mill-għarfien jista' jsegwi għan tiegħu stess, jiġifieri l-fornitura ta' servizzi li tikkonsisti fl-għoti ta' servizz temporanju tal-ħaddiema għall-impriżi utenti għal kumpens li jikkonsisti fi ħlas, u li dan il-grupp jista' jikkosttiwixxi entità ekonomika illi hija operattiva mingħajr ma għandha tuża' elementi ta' attiv sinjifikattivi oħra u lanqas ma tuża' partijiet oħra ta' min jitrasferixxi. Dan jista' b'mod partikolari jkun il-każ safejn il-grupp ikun kompost minn impjegat ta' uffiċċju, minn direttur ta' kumpannija sussidjarja, minn konsulenti lill-klijenti, minn terz tal-ħaddiema temporanji u l-amministraturi li għandhom għarfien tax-xogħol, u li huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tiwerifika dan.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, id-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens illi dan japplika meta parti millpersunal ta' l-amministrazzjoni u parti mill-ħaddiema temporanji jiġu ttrasferiti lejn impriża oħra ta' xogħol temporanju sabiex hemmhekk jeżerċitaw l-istess attivitajiet għas-servizz ta' klijenti identiċi, u, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika, illi l-elementi dwar it-trasferiment ta' entità ekonomika huma minnhom infushom biżżejjed sabiex jippermettu li jsiru prestazzjonijiet li huma karatteristiċi ta' l-attività ekonomika in kwistjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li jintużaw elementi ta' attiv sinjifikattivi oħra u lanqas partijiet oħrajn ta' l-impriża.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7332"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) taqta u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta' Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens illi dan japplika meta parti mill-persunal ta' l-amministrazzjoni u parti mill-ħaddiema temporanji jiġu trasferiti lejn impriża oħra ta' xogħol temporanju sabiex hemmhekk jeżerċitaw l-istess attivitajiet għas-servizz ta' klijenti identiċi, u, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika, illi l-elementi dwar it-trasferiment ta' entità ekonomika huma minnhom infushom biżżejjed sabiex jippermettu li jsiru prestazzjonijiet li huma karatteristiċi ta' l-attività ekonomika in kwistjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li jintużaw elementi ta' attiv sinjifikattivi oħra u lanqas partijiet oħrajn ta' l-impriża.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>