31995D0021



Official Journal L 028 , 07/02/1995 P. 0013 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta' Frar 1995

li temenda d-Deċiżjoni 93/231/KEE, li tawtorizza, fir-rigward tas-suq tal-patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti minnu ta' ċerti Stati Membri, miżuri aktar rigorużi kontra ċertu mard li hemm provvediment dwaru fl-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE

(95/21/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar is-suq ta' patata taż-żriegħ [1], kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/3/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kunsidrat it- talba magħmula mill-Portugall,

Billi l-Kummissjoni bid-Deċiżjoni tagħha 93/231/KEE [3], kienet awtorizzat, fir-rigward tas-suq tal-patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti minnu ta' ċerti Stati Membri, miżuri aktar rigorużi kontra ċertu mard li hemm provvediment dwaru fl-Annessi I u II tad-Direttiva 66/403/KEE;

Billi, minn paragun ta' miżuri meħuda mill-Portugall b’relazzjoni ma’ żoni fl-Ażores ’l fuq minn 300 metru ta' altitudini fir-rigward tal-produzzjoni lokali tal-patata taż-żriegħ u l-gradi KEE ta' patata taż-żriegħ bażika tal-Komunità, jista’ jkun preżunt li:

- "il-grad 1 KEE" jissodisfa l-kondizzjonijiet aktar rigorużi,

- "il-grad 2 KEE" hu ekwivalenti ghall-produzzjoni lokali intiża għall-patata taż-żriegħ, u

- "il-grad 3 KEE" hu ekwivalenti ghall-produzzjoni lokali intiża għall-produzzjoni tal-patata;

Billi l-Portugall, għal żoni fl-Azores ’l fuq minn 300 metru ta' altitudini, għandu għalhekk ikun awtorizzat li jirrestrinġi is-suq ta' patata taż-żriegħ biss ghall-gradi bażiċi ta' patata tal-Komunità stabbiliti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE [4];

Billi din l-awtorizzazzjoni hija skond l-obbligi tal-Istati Membri permezz tar-regoli komuni dwar saħħa tal-pjanta stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/13/KEE [6];

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-DeċIżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Iż-Żrieragh u l-Materjal tal-Propagazzjoni ghall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 93/231/KEE huwa hawnhekk emendata kif ġej:

Il-kitba li gejja hija miżjuda wara l-kitba li ghandha x’taqsam ma’ l-Irlanda:

"1 | 2 |

Portugall | Ażores (żoni madwar 300 m ta' altitudini)" |

Artikolu 2

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussell, fit-2 ta' Frar 1995.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2320/66.

[2] ĠU L 54, tal-5.3.1993, p. 21.

[3] ĠU L 106, tat-30.4.1993, p. 11.

[4] ĠU L 106, tat-30.4.1993, p. 7.

[5] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 5.

[6] ĠU L 92, tad-9.4.1994, p. 27.

--------------------------------------------------