Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 225, p. 22), li tħassar id-Direttiva 89/48/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.