31997D0757



Official Journal L 307 , 12/11/1997 P. 0033 - 0037


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Novembru 1997

li tippreskrivi l-kondizzjonjiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li joriġinaw fil-Madagaskar

(Test bir-relevanza għaż-ŻEE)

(97/757/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti tas-Sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru. 95/71/EC [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji dwar prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 19 (7) taghha,

Billi espert tal-Kummissjoni wettaq żjara ta’ spezzjoni fil-Madagaskar biex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom huma magħmula l-prodotti mis-sajd, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Madagaskar dwar l-inspezzjoni tas-saħħa u s-sorveljanza tal-prodotti mis-sajd jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi, fil-Madagaskar id-Direction des services vétérinaires (DSV) du ministère de l’élevage hija kapaċi li tivverifika effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura għall-ksib tac-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 11 (4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkopri wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġiet minimi fir-rigward tal-lingwa(i) li fiha għandu jkun imfassal u l-grad tal-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirmah;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, marka għandha tkun imwaħħla mal-pakketti tal-prodotti mis-sajd li tagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment, maħżen tat-tkessiħ u bastiment li jifriżża ta’ l-oriġini;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, lista ta’ stabbilimenti approvati, mħażen tat-tkessiħ jew bastimenti tal-friża għandha titħejja; billi dik il-lista għandha titħejja fuq il-bażiku tal-komunikazzjoni mid-DSV lill-Kummissjoni; billi huwa għalhekk għad-DSV biex tassigura l-konformità mad-disposizzjonijiet preskritti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi DSV pprovda l-assikurazzjonjiet uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli preskritti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettieq tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk preskritti f’dik id-Direttiva għall-approvazzjonijiet ta’ l-istabilimenti, mħażen tat-tkessiħ jew bastimenti tal-friża;

Billi huwa meħtieg li titħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/516/KE ta’ l-1 ta’ Awissu 1997 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ ċerti prodotti mis-sajd li joriġinaw fil-Madagaskar [5];

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direction des services vétérinaires (DSV) du ministère de l’élevage għandha tkun l-awtorità kompetenti fil-Madagaskar għall-verifikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti mis-sajd u l-akkwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti mis-sajd u l-akkwakultura li joriġinaw fil-Madagaskar għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull konsenja għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat oriġinali enumerat, debitament mimli, ffirmat, datat u li jkun jikkonsisti minn folja waħda skond il-mudell f’l-Anness A hawn mehmuż;

2. il-prodotti għandhom ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati u elenkati fl-Anness B hawn mehmuż;

3. ħlief fil-każ ta’ prodotti mis-sajd friżati fi kwantitajiet kbar u maħsuba għall-manifattura ta’ l-ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom fuqhom il-kelma ‘MADAGASKAR’ u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment, mħażen tat-tkessiħ jew bastimenti tal-friża ta’ l-oriġini f’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Ic-certifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jitħejjew mill-inqas f’lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istati Membri fejn jitwettqu l-verifiki.

2. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom fuqhom l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappresentat tad-DSV u t-timbru uffiċjali ta’ dak ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak ta’ ċertifikazzjoni oħra.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 97/516/KE hija imħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Novembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pg. 24.

[2] ĠU L 332, tat-30.12.1995, pg. 40.

[3] ĠU L 373, tal-31.12.1990, pg. 1.

[4] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, pg. 1.

[5] ĠU L 214, tas-6.8.1997, pg. 53.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

I. Lista ta' stabbilimenti approvati

Numru | Isem | Indirizz | Approvat sal |

MAD 111 SV | Peche et froi de l'ocean Indien | Antsiranana | 1.10.1998 |

MAD 101 SV | Pecherie de Nossy Be | Nosy Be | 1.10.1998 |

MAD 107 SV | Refrigepeche Ouest | Mahajanga | 1.10.1998 |

MAD 126 SV | Aqualma | Mahajamba | 1.10.1998 |

MAD 151 SV | Pecherie du Menabe | Morondava | 1.10.1998 |

MAD 104 SV | Le Martin-pecheur | Taolagnaro | 1.10.1998 |

II. List of cooling stores

Numru | Isem | Indirizz | Approvat sal |

MAD EF 03 | Aquamen | Tamatave | 1.10.1998 |

MAD EF 04 | Refrigepeche Est | Tamatave | 1.10.1998 |

III. Lista ta' bastimenti tal-friża

Numru | Isem | Indirizz | Approvat sal |

MAD 52-01 SV | Aquamen I | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 52-02 SV | Aquamen V | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 52-03 SV | Aquamen VI | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 52-04 SV | Aquamen XI | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 52-05 SV | Aquamen II | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 52-06 SV | Aquamen III | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 52-07 SV | Aquamen IV | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 52-08 SV | Aquamen VII | Aquamen | 1.10.1998 |

MAD 06-01 SV | Rantabe | Refrigepeche Est | 1.10.1998 |

MAD 06-02 SV | Mangoro | Refrigepeche Est | 1.10.1998 |

MAD 06-03 SV | Fanantara | Refrigepeche Est | 1.10.1998 |

MAD 06-04 SV | Rianila | Refrigepeche Est | 1.10.1998 |

MAD 07-01 SV | Cap St-Augustin | Refrigepeche Ouest | 1.10.1998 |

MAD 07-02 SV | Cap St-Vincent | Refrigepeche Ouest | 1.10.1998 |

MAD 07-03 SV | Cap St-Sebastien | Refrigepeche Ouest | 1.10.1998 |

MAD 07-04 SV | Cap St-Andre | Refrigepeche Ouest | 1.10.1998 |

MAD 07-05 SV | Cap Ste-Marie | Refrigepeche Ouest | 1.10.1998 |

MAD 07-21 SV | Baie d'Ambaro | Crustapeche | 1.10.1998 |

MAD 07-22 SV | Baie de Boina | Crustapeche | 1.10.1998 |

MAD 51-01 SV | Melaky 1 | Pecherie de Menabe | 1.10.1998 |

MAD 51-02 SV | Melaky 2 | Pecherie de Menabe | 1.10.1998 |

MAD 51-03 SV | Melaky 3 | Pecherie de Menabe | 1.10.1998 |

--------------------------------------------------