12007L/AFI/DCL/43

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - A. Dikjarazzjonijiet dwar dispożizzjonijiet tat-trattati - 43. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 311a(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0263 - 0263


43. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 311a(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Partijiet Kontraenti Għolja jaqblu li l-Kunsill Ewropew, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 311a(6) ser jieħu deċiżjoni li twassal għall-modifika ta' l-istatus ta' Mayotte fir-rigward ta' l-Unjoni, sabiex dan it-territorju jiġi kkunsidrat bħala reġjun l' aktar 'il bogħod fis-sens ta' Artikolu 311a(1) u l-Artikolu 299 meta l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni li l-evoluzzjoni kurrenti fl-istatus intern tal-gżira tippermetti dan.

--------------------------------------------------