24.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 394/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1752

tat-23 ta’ Novembru 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Awstralja fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fl-Unjoni b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta’ tjur u prodotti tat-tjur (“il-komoditajiet”). Jipprevedi li l-komoditajiet jistgħu jiġu impurtati mill-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu biss.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Awstralja hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu jistgħu jiġu impurtati komoditajiet fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mingħajr restrizzjoni minħabba l-preżenza tal-HPAI.

(4)

Fil-31 ta’ Lulju 2020, l-Awstralja kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H7N7 f’azjenda tat-tjur f’Lethbridge, Victoria, lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Minħabba dik it-tifqigħa kkonfermata tal-HPAI, l-Awstralja ma tistax tibqa’ titqies bħala ħielsa minn dik il-marda u l-awtoritajiet veterinarji tal-Awstralja mhumiex f’pożizzjoni li jiċċertifikaw il-konsenji tal-komoditajiet maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha.

(5)

Għalhekk, l-entrata għall-Awstralja fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz minħabba t-tifqigħa attwali tal-HPAI. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza tad-dritt, jixraq li jiġi indikat fl-istess Anness, id-data minn meta dak il-pajjiż terz ma setax jibqa’ jitqies bħala ħieles mill-HPAI. Dan jiżgura wkoll li meta l-Awstralja eventwalment terġa’ tkun ħielsa mill-HPAI u tiġi stabbilita data tal-ftuħ, il-konsenji ta’ dawn il-prodotti manifatturati wara d-data tal-għeluq u qabel dik id-data tal-ftuħ ma jkunux eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Awstralja hija sostitwita b’dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-Kontroll tas-Salmonella(6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq(1)

Data tal-ftuħ(2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“AU — L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

BPP, DOC, HEP, SRP, LT20

 

 

31.7.2020

 

 

 

S0, ST0”

BPR

I

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

RAT

VII